Illum previous editions

illum 26 October 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/199845

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 35

Il-Ħadd 27 ta' Ottubru 2013 | illum 11 68 ambaxxatur fil-Kunsilli Lokali biex iwasslu l-vuċi taż-żgħażagħ JEROME CARUANA CILIA SAT-8 ta' Novembru t-68 Kunsill Lokali mifruxa madwar Malta u Għawdex ser ikunu qed jaħtru l-ambaxxatur jew l-ambaxxatriċi tagħhom ta' bejn is-16 u t-18-il sena biex iwasslu l-vuċi taż-żgħażagħ fil-lokalità tagħhom. Dawn l-ambaxxaturi ser ikollhom id-dritt li jipparteċipaw fil-laqgħat tal-Kunsill Lokali u ser jipparteċipaw fil-Parlament dakinhar li tiġi ppreżentata l-emenda fil-Parlament. Dan ħabbru s-Segretarju Parlamentari għall-Kultura u l-Kunsilli Lokali Josè Herrera waqt is-Seminar organizzat millKumitat tal-Moniteraġġ Vot 16 taħt it-tema "Iż-Żgħażagħ lejn Politika Responsabbli" li sar fil-Palazz tal-Verdala. Herrera ħabbar li nhar itTnejn 28 t'Ottubru ser jibgħat ittra lis-Sindki kollha ta' Malta u Għawdex fejn jitlobhom sabiex fi żmien ħmistaxil ġurnata jsejħu laqgħa b'urġenza u fiha japprovaw il-ħatra ta' żagħżugħ jew żagħżugħa mil-lokal tagħhom ħalli jkun l-ambaxxatur jew l-ambaxxatriċi tal-Vot 16 fillokalità tagħhom. Huwa qal li din il-persuna se tkun qiegħda takkumpanja lis-Sindki waqt id-diskussjoni li se ssir fil-Parlament nhar l-Erbgħa 20 ta' Novembru proprju flokkażjoni tal-20 anniversarju mit-twaqqif tal-Kunsilli Lokali. Herrera qal li l-ambaxxatur jew l-ambaxxatriċi se jingħataw id-dritt li jattendu l-laqgħat tal-Kunsilli Lokali bil-jedd li jistgħu jidħlu fiddiskussjoni imma mingħajr id-dritt tal-vot. "Dan huwa mument storiku f 'pajjiżna fejn qegħdin nagħtu prova li leħen iż-żgħażagħ irridu nisimgħuh illum u mhux għada," qal Herrera. Herrera qal li kull Kunsill Lokali għandu jinnomina din il-persuna malajr kemm jista' jkun u mhux aktar tard minn nhar il-Ġimgħa 8 ta' Novembru 2013. Fl-intervent tiegħu Josè Herrera ta rendikont tallaqgħat li saru fl-aħħar xhur fosthom mal-President ta' Malta, l-Arċisqof ta' Malta u l-Isqof t'Għawdex u laqgħat separati li saru mill-Kumitat ta' Moniteraġġ appuntat minnu mal-Prim Ministru, il-Kap tal-Oppożizzjoni u l-iSpeaker tal-Kamra tadDeputati. Finalment Josè Herrera radd ħajr lill-President ta' Malta li offra l-Palazz Verdala biex jospita liż-żgħażagħ ta' bejn 16 u 18-il sena flimkien m'għadd ta' kunsilliera u sindki żgħażagħ. "Il-preżenza tagħna hija turija li dan il-pass storiku għandu l-appoġġ talogħla istituzzjonijiet fil-pajjiż," sostna Herrera. Wara l-20 ta' Novembru mal10,000 żagħżugħ u żagħżugħa ser ikollhom id-dritt li jivvutaw. Dawn kienu t-temi ta' erba' workshops li saru diskussjonijiet dwarhom fisseminar tal-bieraħ filgħodu. Ir-rapporteur ta' workshop 1: 'Bħala żgħażagħ x'tistennew mill-Kunsilli Lokali?' qalet li huma ħejjew programm politiku u fost l-affarijiet li semmew kien hemm l-ambjent, l-isports, l-edukazzjoni u ż-żgħażagħ. It-tieni workshop tratta 'Xi tfisser politika responsabbli għalik?' li r-rapporteur tiegħu qalet li l-maturità ma tiddependix milletà. Mit-tielet workshop 'Il-parteċipazzjoni fiddemokrazija' ġie rrapurtat li d-demokrazija tfisser parteċipazzjoni u libertà talespressjoni. "Biex ikollok Vot 16 jaħdem tajjeb trid temmen fil-poplu. Sta għall-poplu li jagħżlu kandidat tajjeb minn ieħor", qalu ż-żgħażagħ li pparteċipaw f 'dan ilworkshop. Ir-raba' workshop 'Kieku kont is-Sindku tal-lokalità x'kont tagħmel?' intqal li s-sinċerità hija l-aktar importanti għall-politika. Il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Kunsilli Lokali David Aguis qal li l-Gvern mhux ser isib xkiel mill-oppożizzjoni f 'dan ir-rigward. Hu tkellem dwar l-importanza taledukazzjoni li mad-dritt talvot ta' 16 irridu wkoll naraw dmirijiet li għandu jkollhom iż-żgħażagħ fl-età ta' 16 inkluż ukoll il-bżonn ta' tibdil fil- liġijiet ta' pajjiżna biex dan ikun jista' jseħħ. Andrew Azzopardi li mexxa s-seminar qal li din hija opportunità biex nagħtu tifsira aktar wiesgħa ta' demokrazija. Qal li l-vot huwa ċ-ċavetta għal parteċipazzjoni tażżgħażagħ fl-iżvilupp tal-pajjiż. Ralph Cassar, Segretarju Ġenerali tal-AD u kunsillier fil-Kunsill Lokali ta' Ħ'Attard qal li l-opportunità li ż-żgħażagħ jivvutaw tagħtihom iċ-ċans li jwasslu 'l quddiem l-ideat u l-politika li jolqtu liż-żgħażagħ fillokalità tagħhom. Eżempju ta' dan, qal Cassar, huma l-użu tar-roti, spazji miftuħa u libreriji pubbliċi. B'dan il-pass, iż-żgħażagħ ser ikunu qed jiġu mgħejjuna biex jieħdu sehem attiv fis-soċjetà u mhux jibqgħu biss spettaturi. Il-Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija Żgħażagħ Miriam Theuma qalet li l-irwol tal-entità li tmexxi huwa li teduka liżżgħażagħ fir-responsabbilità għall-pass li ġej. Fil-fatt l-Aġenzija Żgħażagħ hija parti mill-grupp ta' moniteraġġ u li għenet tiffaċilita l-komunikazzjoni bejn iżżgħażagħ ta' 16 u 18-il sena. RESEARCH ANALYST

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 26 October 2013