Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/204642
turi tal-Ħajja Il-Ħadd 03 ta' Novembru 2013 | illum 11 ir-ring...ferut fil-ħajja tfal mhux infurmati biżżejjed dwar id-dixxiplini sportivi. U mhux sew li l-gvernijiet jistennew kollox mill-ġenituri. L-isport irid jidħol b'liġi fl-edukazzjoni tagħna għax l-isport ineħħilek 75 fil-mija tal-istress u mard ieħor bħallobeżità." Vince qalli wkoll li vera li bil-boxing tweġġa' bħal kull sport ieħor tant li hu fil-fatt jrid jibla' xi pinnoli kuljum minħabba d-daqqiet li kien ġarrab f 'rasu. "Iżda qabel l-ingwanti kienu ta' tmien uqiji u kienu mimlija bilħaxix (bħas-saqqijiet) illum huma ta' 12-il uqija u mimlija bil-foam li jagħmlu inqas ħsara. Għax meta tiġġieled professjonalment id-daqqiet huma aktar qawwija u tagħti d-daqqa bit-tidwira ħalli tagħmel impatt akbar. Trid tkun b'saħħtek bil-fors għal dan l-isport għax ma tistax tissogra li waqt logħba xi boxer ikun bid-demm u bil-pori miftuħa kollha u bl-għaraq tista' tieħu xi infezzjoni minn wieħed għallieħor. " Hawnhekk Vince reġa' beda jitkellem b'emozzjoni, "jien nixtieq ngħallem lit-tfal dak li tgħallimt jien, it-teorija u l-fitness. Iżda tefgħuni hawn u ninsab moħli" filwaqt li beda jimsaħ demgħa oħra li feġġet minn għajnejh. "L-uniku wieħed li kien tani ċans kien Ugo Mifsud Bonnici sa ma ħelsu minnu u tefgħuh President." Qalli li dan l-aħħar flIngilterra kellu gym u kien sejjer tajjeb għalhekk staqsejtu għaliex irritorna Malta u għaliex ma jmurx lura, "Il-Labour talbuni biex ngħinhom u talbuni biex noħroġ bħala kunsillier fil-Kalkara, tlajt u ngħatajt id-dekasteru tal-annimali u sport. Irnexxieli niġbor madwar 85 tifel u tifla millKalkara, li tajthom skop ġdid fil-ħajja u permezz ta' voluntiera oħra qed ngħallmuhom, tennis, hockey, boxing, kick boxing, u sport ieħor (barra futbol), mużika u anke arti. Tant sirt inħobbhom u nħoss li qed nagħmlu ġid magħhom li ma rridx nitlaq lura. Għax irrid nagħti lil dawn it-tfal dak li ma kellix jien u mingħajr ebda ħlas ta' xejn. "Meta ġejt Malta wegħduni li jagħtuni d-dinjità tiegħi iżda qed inħoss li miniex rikonoxxut. Mhux hekk talli fil-mużew tal-Imdina hemm l-istorja tiegħi dwar x'għamilt għal pajjiżi u tant apprezzawni li mhux qas biss tawni biċċa midalja ta' Ġieħ ir-Repubblika, iżda lanqas dinjità ma ħallewli. Ma rrid l-ebda pjaċir, irrid dak li ħaqqni u dak li wegħduni, iżda jidher li l-politiċi f 'Malta ħakmu l-pajjiż u kulħadd sar jibża' jitkellem. Jekk ma jkollokx xi ħadd jiġi minnek fil-partit qisek m'inti ħadd." U hawn urieni t-tessera tiegħu tal-Partit Laburista filwaqt li beda jgħidli "xi swietli? Xejn". "Tkellimt anke mal-Prim Ministru Muscat u dan qabbadni ma' xi ħadd flOPM iżda bqajt hawnhekk, mormi. Jekk irrid niftaħ gym u naqla' ħafna iżjed flus, iżda ma rridx nitlaq lil dawk it-tfal u lil Kalkara. Qalbi marbuta magħhom." Vince kien waqaf wara 18-il sena jibboxja għax ħass li laħaq kulma ried jilħaq. Qalli wkoll li llum ma baqax boxing f 'Malta għax dak li naraw mhux ta' vera, għax l-ebda boxing bout fid-dinja ma ddum żewġ minuti, kull bout trid tkun ta' tliet minuti u minuta mistrieħ. Ix-shows tal-boxing li qed jiġu Malta mhux ta' vera u mhux rikonoxxuti fid-dinja tal-boxing. "Qas biss jafu t-teorija tal-logħba u lanqas kif jiġġieldu ma jafu u dan nista' ngħidu għax rajthom. Lest niltaqa' ma' kulħadd u kulfejn iridu min irid imerini fuq dan li qed ngħid" kompla Vince. Barra mill-boxing Vince għandu mħabba oħra, il-kant u l-mużika. "Kont abbati u Fr Redent (illum mejjet) għallimni l-kitarra u kont indoqq fil-knisja u f 'xi party tat-tfal. Attendejt l-iskola Johann Strauss talmużika u wasalt sa grade 7. Kelli missieri alkoħoliku u għalhekk kont nidħol waħdi fil-kamra u nikteb il-kanzunetti u npoġġihom f 'bagalja tal-injam. Meta kont insiefer għal boxing ma kontx noħroġ ma' sħabi fin-night clubs għax jien ma nixrobx, kont noqgħod fil-kamra nikteb il-kanzunetti u ndoqq Vince Bongailas, barra mill-boxing għandu mħabba oħra, il-kant u l-mużika "L-isport ineħħilek 75 fil-mija tal-istress u mard ieħor bħallobeżità" f 'xi pub. Ktibt diska għal Eurovision u għaddiet sal-finali, kienet ballad soft rock 'Unexplained' u meta staqsewni għaliex semmejt din il-kanzunetta hekk, weġibthom li m'għandix spjegazzjoni, bħall-istess isem tad-diska." "Il-mużika tagħtini t-trankwillità, il-boxing tani s-suċċess". Fil-fatt qalli wkoll li meta rebaħ il-Junior European Championship kien ingħata rigal ta' Lm65,000 li minnhom l-kowċ tiegħu jieħu 12 fil-mija. Ma kienx jonqos li ma nistaqsihx ftit dwar ilħajja personali tiegħu bħala missier. "Iżżewwiġt u sseparajt wara tliet xhur għax jien ridt mmur l-Awstralja naħdem ma' Jeff Fenech bħala boxer u hi ma riditx tiġi meta kienet taf li l-karriera tal-boxing kienet l-aktar importanti għalija. Meta tlaqt kienet tqila bit-tifel. Iżda ġejt narah jitwieled u kont jien li għażiltlu l-isem ta' Liston (għal boxer champion tad-dinja Sonny Liston). Jien u ommu qatt ma kellna problemi bejnietna, qbadna toroq differenti iżda bqajna ħbieb tant li konna niltaqgħu taħt l-istess saqaf nitkellmu dwar il-futur tat-tifel u mattifel. Rabbejnih flimkien b'imħabba tat-tnejn. Meta wieħed jispiċċa relazzjoni jrid jaċċetta li n-naħa l-oħra għandha dritt għal relazzjoni oħra u kuntentizza oħra." Staqsejtu jekk jinsabx f 'xi relazzjoni, Vince qalli li hu jsejħilha ħbiberija speċjali. Sadanittant Liston iggradwa perit u jiżfen anke l-hiphop li skont Vince dan iż-żfin ħareġ miż-żifna ta' Muhammed Ali waqt il-ġlied tiegħu fuq ir-ring. Vince b'ferħ kbir f 'għajnejh qal li meta ra lillibnu jiggradwa kulma ġie quddiem għajnejh kien ibnu tarbija meta kien ibiddillu l-ħarqa. Vince għalkemm iġġieled mal-ħajja kellu s-suċċessi tiegħu iżda fl-istess ħin għadu jikkumbatti mal-ħajja biex jirbaħ id-dinjità li jistħoqqlu u spiċċajna din l-intervista b'din is-sentenza li tfisser ħafna. "L-amministrazzjoni ta' qabel għalquli anke l-ventilaturi għax kont Laburist. Dawn s'issa ħallewni nistenna, nispera biss li l-ventilatur mhux magħluq anke hawn." Messaġġ qawwi minn gladjatur tal-ħajja li għandu jasal fejn għandu jasal.

