Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/204642
14 illum | Il-Ħadd 03 ta' Novembru 2013 Id-diplomazija Maltija fil-Kunsill Ewropew tħalli sinjali inkoraġġanti: "Li tpoġġi l-immigrazzjoni fuq l-aġenda mhux mixja ta' nhar ta' Ħadd" In-Nimrod jgharrex JAMES J. PISCOPO jpiscopo@mediatoday.com.mt L-ISFORZI ta' Malta biex tpoġġi l-immigrazzjoni fuq l-aġenda tal-Kunsill Ewropew ma kinitx faċli biex issir, sostna espert f'dan il-qasam meta kkuntattjat mill-ILLUM. Dan b'mod partikolari bil-kwistjoni tal-ispjunaġġ Amerikan fuq ilmexxejja Ewropej li serviet ta' distrazzjoni għall-prioritajiet ta' Malta. Il-Professur Roderick Pace sostna li kien kruċjali li Malta ssib l-appoġġ talpajjiżi Mediterranji li qegħdin f 'qagħda simili bħal tagħna. "Li tpoġġi tema fuq l-aġenda tal-Kunsill Ewropew mhux mixja ta' nhar ta' Ħadd. Malta rnexxielha tiġbor il-pajjiżi Mediterranji kollha. Ma ngħidx li disa' pajjiżi minn 28 hu ammont żgħir jew negliġibbli. Sakemm ma jkunx hemm nuqqas ta' qbil serju bejniethom fuq id-dettalji - kif kien hemm bejn Malta u l-Greċja - hu numru kbir biżżejjed." Wara li l-Kunsill Ewropew t'Ottubru qabel li l-immigrazzjoni irregolari tkun diskussa f 'Diċembru li ġej, Pace jgħid li issa hu ż-żmien tal-prova: jiġifieri kemm se Il-PM Malti f'kummenti lil media internazzjonali waqt il-Kunsill Ewropew jirnexxielhom waqt il-laqgħa tal-Kunsill jipperswadu lillpajjiżi membri l-oħra jaċċettaw il-proposti tagħhom. "Iżda hu importanti wkoll li ma nistriħux biss fuq il-laqgħa li jmiss f 'Diċembru, għalkemm bla dubju din se tkun kruċjali. Diċembru l-ewwel nett għoddu magħna u naħseb li wara l-kwinti d-diskussjonijiet għaddejjin bla waqfien," qal Pace. Il-Professur Pace, li jmexxi l-Istitut tal-Istudji Ewropej fi ħdan l-Università ta' Malta, jgħid li f 'dan il-kuntest Malta għandha bżonn terġa' tibda tieħu aktar interess fil-politika barranija tal-UE, b'mod partikolari b'rabta mal-politika tal-iżvilupp, iż-żamma tal-paċi u l-politika umanitarja. "Anke jekk argumenti mibnija fuq id-dinjità umana ma tantx għadhom jinżlu sew ma' ħafna Maltin, bħala pajjiż għandna l-interess li terġa' tirritorna l-paċi f 'ċerti reġjuni barra mill-Ewropa. Ir-reġjuni li huma s-sors tal-emigrazzjoni lejn l-Ewropa." Jgħid ukoll li Malta għandha tuża kull inizzjattiva anke dawk li fl-imgħoddi ma tawx il-frott, fosthom il-qasma tal-piż. Madankollu, mistoqsi jekk jaqbilx mat-theddid li Malta tuża l-veto Pace jirrispondi fin-negattiv għax dan iżid l-antipatija lejn Malta minflok jagħti r-riżultati mixtieqa. Pace jirrimarka li l-okkażjonijiet li tuża l-veto m'humiex ħafna imma f 'dan il-każ "inkunu qed nisparaw għal saqajna għax niftħu l-bieb beraħ għal tpattija f 'affarijiet importanti għalina." Sejħa għall- OFFERTI IL-MITA TIXTIEQ TAVŻA LI QEGĦDIN JINTLAQGĦU OFFERTI GĦAL: - Provision of Workstation Support Services for Ministries – T074/13 Data ta' ħruġ: 25 ta' Ottubru 2013 / Data ta' għeluq: 4 ta' Diċembru 2013 - Sharepoint Enhancements and Maintenance and Support Services – T035/13 Data ta' ħruġ: 28 ta' Ottubru 2013 / Data ta' għeluq: 9 ta' Diċembru 2013 Operaturi Ekonomiċi li huma interessati sabiex jipparteċipaw f'dawn is-sejħiet għall-offerti huma mħeġġa jieħdu nota għall-workshop li sejjer jiġi organizzat fis-Centre for Development Research and Training (CDRT), It-Telgħa ta' Sa Maison, il-Furjana, nhar il-Ġimgħa 8 ta' Novembru fid-9.00 ta' filogħdu (CET). F'dawn il-workshops, Operaturi Ekonomiċi sejrin ikollhom l-opportunità sabiex jsiru jafu aħjar kif għandhom jikkompilaw u jissottomettu l-offerti tagħhom online. Iktar informazzjoni tinsab fid-dokument tal-offerta. Dawn is-sejħiet għall-offerti jistgħu jinkisbu mis-Sistema Elettronika għas-Sejħiet Pubbliċi (www.etenders.gov.mt) Għal aktar informazzjoni, kkuntattja lill-Contracts Management Department 2123 4710 www.mita.gov.mt "Aħna wkoll irridu nsiru ċittadini Maltin" GĦAL daqsxejn qed tarawni hawn dil-ġimgħa għax kont għaddej minn fuq l-ajruport ta' Malta u arrestawni għax qaluli li kont qed niġbed xi ritratti f 'xi żona ristretta. Ħaduli t-tablet li kien tani Jowey u ħallewli l-mobajl għax tiegħi minn dawk li jingħataw b'xejn u li fil-fatt ma jiswew xejn. Kellimt lil Salvu u dan qalli li ma jaffordjax avukati għax hu m'għandux ġgajta ta' avukati biex jiġġelidli għad-drittijiet tiegħi. U bqajt insaffar u fil-fatt ilġimgħa l-oħra ħallejtkom b'xejn għax in-Nimrod ġie mitfugħ fl-iżbarra. Iżda dil-ġimgħa bis-sewwa jew bid-dnewwa rranġajt xi ħaġa, kien hemm xi ħadd mill-ħbieb antiki li emminni u erġajt ninsab hawn, però ma ħadtx ritratti għax qed nibża' issa. Tgħid hawn min jiddejjaq li forsi jsiefer ma' xi ħadd u ma jkunx irid juri? Kollox jista' jkun iżda oqogħdu attenti ħbieb għax tispiċċaw immanettjati. Kos qed naħseb kemm hu ħaxixu dak Jowey, mela l-ewwel jagħti t-tablets b'xejn u wara jiġborhom lura jekk jarak tieħu ritratt bihom u hekk ikollu għas-sena ta' wara. Iċ-ċittadinanza U x'inkwiet inqala' b'din taċ-ċittadinanza. Għax qegħdin sew min irid €650,000 biex ibiegħlek ċ-ċittadinanza u min kien jagħtiha b'xejn lil kull min jidħol bid-dgħajsa. Ħelwa li qal Simon ta' imma li meta jkun fil-gvern hu jeħodhielhom lura. Min jaf ikunux għadhom ħajjin dawn l-imsejkna hux? Imbagħad isimgħu din ħbieb, stramba imma vera ibni miżżewweġ Ġappuniża u tweldulu żewġ ulied il-Ġappun u ilni aktar minn erba' xhur nipprova nirreġistrahom bħala Maltin, l-aħħar li qaluli għax hemm xi ħaġa fil-liġi li ma jafux eżatt jistgħux jirreġistrawhom. Boqq mela tiġi bid-dgħajsa nagħtuk iċ-ċittadinanza (insomma xi ħaġa hekk għandi jkun), jekk tkun miljunarju, traffikant jew ma nafx minfejn tkun ġibt il-flus nagħtuk iċċittadinanza, iżda jekk ikollok missier Malti u omm Ġappuniża rridu niċċekjaw nistgħux nagħtuhielek (u dawn kunjom Malti għandhom eh). Insomma MALTA TAGĦHOM LKOLL u ftit TAGĦNA wkoll. Buzzwords U xi ngħidu għal buzzwords li qed jintużaw u dejjem jiżdiedu. Tisma' ftit TV u f 'moħħok jidħlulek dawn il-kelmiet ĦOLISTIKA, OVVJAMENT, LETTERALMENT jew LITTERALMENT (skont liema stazzjon), U-Turns bl-addoċċ fuq kull naħa, imbagħad tisma' xi kummentarju tal-futbol fuq it-TV tal-istat, ummi ma... Teknikalment, prattikament, tattikalment, peneltry, 'kif għidtilkom jien', il-kowċ żbalja…kieku jien kont nagħmel hekk...u kont naqla' lil dak u ndaħħal lill-ieħor…u Alla jbierek taf YOUR FIRST CLICK OF THE DAY www.maltatoday.com.mt

