Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/204642
6 illum | Il-Ħadd 03 ta' Novembru 2013 Għada l-baġit... ser togħla l-ħajja? JEROME CARUANA CILIA jccilia@mediatoday.com.mt ĦAFNA qed jiddeskrivuh bħala l-ewwel eżami veru talGvern. Għada ser jitressaq il-baġit għas-sena 2014. Min jgħid li l-piżijiet ser jiżdiedu u min qed jistenna bosta inċentivi li jkomplu jsaħħu l-ekonomija ta' pajjiżna. Il-baġit ta' din is-sena kien lest mill-Gvern preċedenti u kellu impatt storiku. Dan għaliex kemm ilGvern Laburista kif ukoll l-Oppożizzjoni Nazzjonalista vvutaw favur dan il-baġit. Fil-fatt f 'April li għadda, b'69 vot favur, il-Parlament approva l-ewwel baġit ta' din il-leġislatura. Dakinhar, il-Gvern kien qal li wara qbil bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra, ma kellu jinbidel xejn minn dak li ġie ppreżentat fil-baġit ta' Novembru 2012, ħlief li tiddaħħal ilmiżura li permezz tagħha dawk li jaqilgħu biss il-paga minima ma jiġux intaxxati. Din il-ġimgħa l-Kumitat Parlamentari għall-Affarijiet tal-Kamra laħaq qbil dwar id-data għal qari tal-baġit. Iż-żewġ naħat tal-Kamra qablu wkoll li d-diskors tal-Kap tal-Oppożizzjoni jsir it-Tnejn ta' wara, fil-11 ta' Novembru, filwaqt li l-Prim Ministru Joseph Muscat jagħmel iddiskors tiegħu l-għada, it-Tlieta 12 ta' Novembru. Hemm stennija partikolari għal dan il-baġit. Hemm min qed jistaqsi jekk dan il-Gvern hux ser jintroduċi taxxi indiretti ġodda. Oħrajn qed jiddiskutu jekk hux ser togħla l-ħajja minħabba l-baġit. Therese Comodini Cachia, avukat u kandidata għallElezzjoni tal-Parlament Ewropew f 'isem il-Partit Nazzjonalista qalet li l-biża' hi li dan il-baġit ma joffrix l-aħjar soluzzjonijiet għal problemi li jista' jiffaċċja dan il-pajjiż. "Minn dak li rajt s'issa ma jidhirx li l-Gvern Laburista għandu xi pjanijiet serji filqasam ekonomiku. Nispera li fil-miżuri li jieħu jżomm f 'moħħu lil dawk kollha li għaddejjin minn problem finanzjarji u lil dawk kollha li jinsabu mingħajr impjieg," sostniet Comodini Cachia. "Skont dokument mibgħut lill-Kummissjoni Ewropea, il-Gvern indika li se jdaħħal numru ta' taxxi indiretti. Dan kollu jkun ta' piż fuq is-soċjetà tagħna u għad irridu naraw lil min se jolqtu dawn it-taxxi. Il-Gvern tela' bl-għajta li jtaffi l-burokrazija u jgħin lis-selfemployed u li jħalli aktar flus fil-but. Għaldaqstant, nispera Therese Comodini Cachia Miriam Dalli li l-miżuri f 'dan il-baġit iservu għal dan il-għan," qalet il-kandidata għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew. F'intervista mal-gazzetta ILLUM, l-avukat Comodini Cachia fissret kif hi ser tibqa' taħdem sabiex twassal il-vuċi tal-ħaddiema u n-negozjanti Maltin u Għawdxin, kemm f 'pajjiżna, iżda wkoll filParlament Ewropew ġaladarba l-poplu jtiha l-fiduċja. "Innegozji ż-żgħar u medji huma s-sinsla tas-sistema ekonomika tagħna, filwaqt li l-ħaddiem Malti huwa l-aqwa riżorsa li għandna bħala pajjiż. Għalhekk il-Gvern hu moralment obbligat li jiffaċilitalhom ħajjithom kemm jista' jkun." Ralph Cassar fisser kif l-AD qed tinsisti li żieda fil-paga minima biss tħajjar aktar nies joħorġu jaħdmu flok jibqgħu dipendenti fuq is-servizzi soċjali. "Ninsistu fuq pensjonijiet sostenibbli u diċenti, u inċentivi għal ġenituri bi tfal żgħar biex tgħinhom jibbilanċjaw aħjar il-ħajja tax-xogħol ma' dik talfamilja. Naf każi fejn ġenituri ma setgħux jużaw is-servizz ta' childcare minħabba nuqqas ta' carers." "Qed nistenna li f'dan il-baġit jitħabbar ir-roħs imwiegħed lillfamilji" "Il-protezzjoni tal-ftit kampanja li baqa' u talbiodiversità għandha tkun prijorità, però niddubita kemm dal-Gvern huwa differenti minn ta' qablu," qal Ralph Cassar f 'kummenti ma' din il-gazzetta. Cassar li huwa kunsillier tal-AD f 'Ħ'Attard u kandidat f 'isem l-AD fis-seba' u l-ħdaxil distrett elettorali qal li "punt ieħor li huwa importanti huwa l-baġit għall-Kunsilli Lokali: jekk dal-baġit se jkompli jonqos, il-lokalitajiet tagħna li diġà għandhom problema jlaħħqu mal-ispiża tas-servizzi li joffru se jsibu ruħhom daharhom mal-ħajt." Il-kandidata f 'isem il-Partit Laburista għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew, Miriam Dalli, qalet li qed tistenna li f 'dan il-baġit jibda jiġi implimentat il-manifest elettorali li abbażi tiegħu ġie elett Gvern Laburista. "Ewlenin fosthom qed nistenna li f 'dan il-baġit jitħabbar ir-roħs imwiegħed lill-familji filkontijiet tad-dawl u l-ilma. Naf li din il-miżura se tkun qed tħalli aktar flus f 'idejn il-familji tagħna u dan għandu jwassal biex tingħata spinta wkoll lillekonomija domestika." "Nistenna wkoll li jkun hemm spinta fil-qasam tal-impjiegi. L-inizjattiva Jobs+ tista' tinċentiva lill-persuni li llum il-ġurnata m'humiex fid-dinja tax-xogħol, partikolarment nies li qegħdin fuq il-benefiċċji soċjali u jridu jaħdmu u nisa li ħarġu mid-dinja tax-xogħol biex jibnu familja," sostniet Dalli. "Apparti li nsaħħu l-ekonomija u s-sitwazzjoni finanzjarja ta' pajjiżna, nemmen li rridu nagħtu każ ilħtiġijiet tal-familji tagħna biex mhux biss il-pajjiż ikun miexi 'l quddiem imma l-familji jkunu qed jiggwadanjaw mill-ġid li jinħoloq. B'dan il-mod biss jista' jkollna pajjiż li verament ikun b'saħħtu u jittratta liċ-ċittadini tiegħu b'mod ġust," qalet Miriam Dalli. Hi fissret kif żieda fid-dħul minn taxxi indiretti ma tfissirx neċessarjament li l-Gvern se jżid it-taxxi imma tirrifletti tkabbir fl-ekonomija ta' pajjiżna. "Pereżempju l-Gvern diġà impenja ruħu li mhux se jżid il-VAT, u nħares 'il quddiem biex nara li din ilwegħda tinżamm. Nassumi li l-Gvern se jaħdem biex idaħħal aktar flus minn taxxi indiretti billi fost l-oħrajn isaħħaħ mekkaniżmi li permezz tagħhom jiġbor ittaxxi u jassigura ruħu li kull min suppost iħallas it-taxxa jagħmel dan," temmet tgħid il-kandidata għall-elezzjoni talParlament Ewropew. Il-gazzetta ILLUM ħadet ukoll il-kummenti ta' Lara Michelle Camilleri, li hi studenta tal-Liġi u qiegħda r-raba' sena. Lara għamlet sena fl-eżekuttiv tal-MKSU u qiegħda fl-eżekuttiv tal+9 Studenti. Apparti minn hekk hi wkoll membru tas-sottokumitat tal-MŻPN tattmien distrett. Din is-sena Lara ħadet sehem ukoll fl-attività tal-Parlament taż-Żgħażagħ. "Oġġettivament, qiegħda nistenna li kulma wiegħed Dr Muscat qabel l-elezzjoni issa narawh iseħħ fil-prattika. Jekk hi kwistjoni tal-POYC li fiha "Minn dak li rajt s'issa ma jidhirx li l-Gvern Laburista għandu xi pjanijiet serji" tinkludi l-uġigħ ta' ras talmediċini out of stock, tal-ikel out of stock (bħalissa l-Gvern mhuwiex qiegħed jipprovdi l-ikel 'gluten free' b'xejn bħalma kien jagħmel qabel), tat-'tablets', il-programm tassabbatical għall-għalliema, it-tnaqqis fil-'waiting list' talisptar Mater Dei, it-titjib fissistema tat-trasport pubbliku… issa jrid jattwa dak kollu li inkluda fl-għajta tiegħu għarrebħa." qalet Lara. "Skont kif qal il-Prim Ministru iva se jiżdiedu xi taxxi indiretti. Probabbli la darba qed isejħilhom indiretti jien tal-fehma li se jiżdiedu f 'affarijiet bħal ngħidu aħna fil-ħlas ta' applikazzjonijiet biex wieħed ikun jista' jagħmel rikors il-Qorti jew jibda kawża jew forsi ħlas biex wieħed jingħata permess jew liċenzja. La darba se jkun hawn dawn ittaxxi, forsi veru mhux se jolqtu lil kulħadd, imma jekk kemmil darba wieħed jagħmel użu minn dawn l-applikazzjonijiet (u jkun hawn ħafna) allura xorta l-ħajja hekk se tkun qed togħla indirettament. Diġà qed naraw kif l-ikel beda jogħla minn kemm ilna taħt gvern Laburista," tenniet l-istudenta tal-liġi. Il-General Workers Union tistenna illi l-baġit għas-sena 2014 ikun ta' wens għal min jiflaħ l-inqas. Għalhekk, ilGWU ressqet sett ta' proposti fl-interess tal-ħaddiema, talpensjonanti u l-familja tagħhom u ż-żgħażagħ. "Fost il-proposti li nistennew jidħlu fil-baġit hemm dawk li jaġevolaw lill-pensjonanti fosthom li ż-żieda tal-għoli tal-ħajja tingħata sħiħa lill-pensjonanti b'mod statutorju. Tistenna wkoll li jiġi msaħħaħ l-Ewwel Pilastru tal-pensjonijiet b'miżuri li minnhom innifishom iwasslu gradwalment għal sistema sostenibbli ta' pensjonijiet u kif ukoll tiġi inċentivata l-introduzzjoni volontarja tat-Tielet Pilastru sabiex jittaffa l-piż minn fuq is-sistema tal-pensjonijiet. Dan apparti li nistennew ukoll miżuri biex jiġu rranġati l-anomaliji li akkumulaw matul is-snin fis-sistema tal-pensjonijiet," qal Tony Zarb. "Il-GWU tistenna li jiddaħħlu miżuri għat-tkattir ekonomiku fosthom skemi ta' child care centres mingħajr ħlas sabiex iktar nies jiġu nkoraġġuti jidħlu fid-dinja tax-xogħol u li tingħata prijorità lilledukazzjoni u t-taħriġ sabiex jitnaqqas il-qgħad minn fost iż-żgħażagħ. Tistenna li għalhekk l-apprentisti b'livell post sekondarju jkunu mħarsa milli jingħataw xogħol li ma jkunx relatat mal-istudju li jkunu għamlu u kif ukoll li ma jservux għall-kumpaniji b'mod irħis f'ingaġġ ta' semi-skilled labourers. L-għan għandu jkun li kull student li jispiċċa l-istudju jsib impjieg xieraq u marbut ma' dak li jkun stinka għalih. "Fuq kollox il-GWU tistenna li f 'dan il-baġit titwettaq il-wegħda elettorali, dik illi jitraħħsu t-tariffi tad-dawl u l-ilma minn Marzu li ġej," temm jgħid is-Segretarju Ġenerali tal-GWU.

