radizzjonijiet"
Ritratt: Ray Attard
Il-Ħadd 17 ta' Novembru 2013 | illum 13
"Aħna ma rridux inkunu
kkunsidrati bħal dawn il-pajjiżi
għaliex malli jibda jidħol is-sens
ta' ħabi, tkun qed tibgħat messaġġ
hemm barra li m'intix pajjiż serju,
imma qed tħalli lilek innifsek
tintuża. Ma nistgħux inħallu
l-passaport Malti jintuża kif ġieb u
laħaq," enfasizza Fenech.
Hu qal li kieku ma kienx għallemenda tal-PN, lanqas il-ġurament
ma kien jittieħed Malta.
"Kif inhi l-liġi, wieħed mhux
obbligat li jixtri post u lanqas
għandu bżonn jinvesti f 'Malta.
Diment li għandek €650,000, tista'
tixtri l-passaport. Barra minn Malta
diġà hemm xnigħat li "ta' Malta
l-irħas." Muscat huwa salesman,
imma lanqas salesman tajjeb. Hu
dejjem jgħid li jridna nkunu l-aqwa
fl-Ewropa, l-aqwa tbiegħu bl-irħas
prezz?!"
It-tifħir ta' Tonio Fenech lil
Henley & Partners
Il-Kelliem tal-Oppożizzjoni qal li
l-kritika mhix fuq il-kompetenza
ta' Henley & Partners, imma
minħabba l-fatt li dawn għandhom
"Muscat dejjem jgħid li jridna
nkunu l-aqwa fl-Ewropa… l-aqwa
tbiegħu bl-irħas prezz?!"
kunflitt ta' interess.
Jekk il-pariri dwar din l-iskema
tawhomlhom Henley & Partners,
mela nibda ninkwieta, u
nikkunsidra l-pożizzjoni tiegħi
dwar x'naħseb fuq din id-ditta.
"Imma jiena naf li huma wkoll qalu
lill-Gvern li m'għandux jagħmilha
b'dan il-mod. Li m'għandux iħares
lejn il-quick buck imma jfittex
l-investituri," temm jgħid Tonio
Fenech.