Illum previous editions

illum 17 November 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/212253

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 35

"Baġit mimli kontr 12 illum | Il-Ħadd 17 ta' Novembru 2013 I d-deputat Nazzjonalista Tonio Fenech kien ilMinistru responsabbli millFinanzi fl-amministrazzjoni preċedenti. Huwa kellu jiffaċċja sfidi kbar, fosthom il-kriżi internazzjonali. kif ukoll akkużi ta' impropjetà u allegazzjonijiet ta' skorrezza politika. Il-baġit jgħid biss is-sabiħ, l-ikrah iħallih barra Tonio Fenech qal li dan il-baġit kien eżerċizzju ta' PR per excellence. Jekk tifli sew id-diskors tal-baġit, tinduna li fir-realtà huwa eżerċizzju ta' accounting ħażin, għaliex tinnota li bejn l-estimi u d-diskors hemm ħafna żbalji u l-istimi tad-dħul (għalkemm il-Ministru jgħid li mhumiex ottimisti) huma maħduma ħżiena. "Pereżempju jgħid li għolla l-liċenzji tal-karozzi b'€10 biss, jekk tieħu 260,000 karozza d-dħul huwa ta' €2.6 miljun. Iżda meta tara l-estimi, dawn juru li l-Gvern ser idaħħal żieda ta' €17-il miljun. Għaldaqstant dawn minn fejn ser jiġu, ser jiżdiedu daqshekk karozzi fit-toroq?" Fenech fisser kif anke fin-nefqa hemm numru ta' żbalji u Għawdex huwa eżempju klassiku. "Il-Ministru Scicluna jgħid li ser jagħmel skema ta' €1.2 miljun biex idaħħal iżżgħażagħ fid-dinja tax-xogħol, tmur fl-estimi u ssib €500,000. Dan ifisser €700,000 inqas. Il-Gvern jgħid li ser jagħmel dar tal-anzjani f 'Għawdex li tiswa aktar minn €1,000,000. Iżda meta tmur tara l-estimi ma ssib xejn. Jgħid ukoll li immedjatament ser jibda l-proġett tal-Qorti f 'Għawdex li ser jiġi jiswa mat-€12il miljun. Tmur tara l-estimi u ma ssib xejn." Tonio Fenech jiddeskrivi dal-baġit bħala "eżerċizzju kif jikkonvinċi linnies li huwa tajjeb, billi jaħbi dak li ma jridx jgħidilhom." Baġit mingħajr strateġija ekonomika Il-kelliem tal-Oppożizzjoni għallFinanzi qal li dan il-baġit żgur li ma juri l-ebda strateġija ekonomika. "Qed ngħid hekk għaliex vera li hemm numru ta' miżuri li jħajru lin-nies jidħlu fid-dinja tax-xogħol u huma tajbin, iżda dwar kif ser jinħoloq ix-xogħol dik jitfagħha fuq l-MCESD u qal li għad irid Tonio Fenech dwar il-baġit u l-pożizzjoni tal-PN dwar iċ-ċittadinanza. Jerome Caruana Cilia jccilia@mediatoday.com.mt joħloq strateġija ekonomika. Mela dan il-baġit sar mingħajr strateġija ekonomika." Fenech semma' dak li qal il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil, u tenna li f 'dan il-baġit iktar trid tfittex x'ma jgħidlekx milli x'jgħidlek. "Il-fatt illi ser joħloq it-taxxi, ser iżid id-dejn, ħabbar miżuri li m'għandux flus għalihom, qed jaqta' l-allokazzjoni fuq setturi partikolari bħal pereżempju lillpersuni bi bżonnijiet speċjali, u fuq kollox mhu ħa jagħmel xejn dwar ilfoqra ħlief li joffrilhom White Paper u Green Paper." Ma jissemma' xejn dwar kif ser jinħoloq ix-xogħol Tonio Fenech semma' l-iskemi biex iktar persuni jitħajru jidħlu fid-dinja tax-xogħol u l-fatt li l-benefiċċji soċjali mhumiex jinqatgħu mill-ewwel bħala aspetti pożittivi ta' dan il-baġit. Semma' l-miżura taċ-child care centres li wkoll kienet fil-programm elettorali tal-PN. Iżda hu sostna li l-problema ta' dan il-baġit hi li "qed iħeġġeġ linnies biex joħorġu jaħdmu, imma ma jgħid xejn kif ser jipprovdi x-xogħol. Mhux qed jinċentiva lis-settur privat biex joħloq ix-xogħol." Il-familji bi dħul baxx intlaqtu ħażin ħafna "Mingħajr dubju s-setturi l-iktar vulnerabbli fis-soċjetà tagħna ntlaqtu ħażin ħafna," sostna Tonio Fenech. Ir-roħs fil-kontijiet taddawl u l-ilma mhux ser jaffettwaw lil dawn il-familji, għaliex diġà jgawdu mill-benefiċċju tal-enerġija. "Il-fond tal-għajnuna supplimentari naqas b'miljun." Hu fisser kif it-traħħis tat-taxxa, kemm it-traħħis tar-rata li kompla fuq it-triq tal-Gvern preċedenti u anke l-bidla li għamel filkomputazzjoni ta' min hu ġenitur, tmiss lil dawk li huma medja fis- "Kulħadd ser iħallas għall-wegħdi li għamel Muscat" soċjetà. "Dan huwa tajjeb, imma l-faxex żgħar xejn? Dan il-partit li tela' bl-għajta li jrid jaqsam il-ġid ma' kulħadd, lanqas nies li qasam il-ġid magħhom, huma l-aktar nies fil-bżonn." Inaqqas il-piżijiet fit-taxxi indiretti L-eks Ministru tal-Finanzi qal li hu kien jagħmel baġit differenti ħafna. Jgħid li kien inaqqas il-piżijiet fit-taxxi indiretti li fuqhom hemm żidiet fir-rati li jammontaw għal €72 miljun. "Hemm €17-il miljun minnhom li l-Ministru qal li €2.5 miljun biss ser jiġbor. Il-problema hi li mhux qed jikkontja d-dħul kif suppost." "Is-SISA fuq il-fjuwil hija l-akbar daħka fil-wiċċ," qal Tonio Fenech. Il-Gvern ser idaħħal taxxa ta' €0.2ċ fuq il-fjuwil kollu. Il-prezz tal-petrol u d-diesel mhux ser jinbidel, forsi jkun hemm żieda ta' ftit aktar minn 1ċ għal Jannar. "Il-prezz taż-żejt nieżel. F'dawn l-aħħar tlett xhur niżel minn 108 dollaru l-barmil għal 92 dollaru l-barmil. Kieku l-Gvern żamm is-sistema tal-Gvern Nazzjonalista, il-fjuwil kien jorħos kull xahar. Issa dan it-traħħis ħadu l-Gvern, din xorta hi taxxa." Fenech qal li "kulħadd ser iħallas għall-wegħdi li għamel Joseph Muscat. Qabel l-elezzjoni Muscat kien jgħid li mhux ser iżid it-taxxi, iżda ser iġib il-flus mit-tkabbir tal-ekonomija u billi tinqata' l-ħela. Iżda issa qed naraw kif żied it-taxxi sabiex iħallas il-wegħdi tiegħu." Id-dejn ser jiżdied b'€550 miljun fi tliet snin Il-Gvern ta' Muscat għażel li jmur għal sistema ta' defiċit aktar għoli. L-eks Sindku ta' Birkirkara qal li l-Partit Nazzjonalista fil-Gvern kien ipproġetta li jmur li d-defiċit għal din is-sena jkun ta' 1.7%, filwaqt li Gvern Laburista għamlu 2.7%. "Dan ifisser li din is-sena ser jagħmel defiċit iktar milli pproġettajna aħna ta' €50 miljun. Is-sena d-dieħla barra dak il€50 miljun, ser iżid €50 miljun ieħor għaliex flok 0.6% ser imur għal 2%. Dan ifisser li flok qed jinżel biex imur f 'sitwazzjoni ta' bilanċ, biex ikun jista' jħallas għall-wegħdi li għamel, qed iżid id-defiċit. Dan turih it-tabella li ppreżenta l-Ministru tal-Finanzi filParlament." "Gvern Nazzjonalista ħalla €4.8 biljun, fl-2016 dan ser jitla' għal €5.4 biljun. Din il-figura ma vvintajnihiex aħna imma ddikjaraha l-Ministru tal-Finanzi stess," kompla Fenech. Jiddispjaċik bil-frażi 'Alice in Wonderland'? "Jien mhux it-traħħis iddikjarajt li hu Alice in Wonderland, imma l-proġett innifsu. Dan għaliex illum dan il-proġett mhuwiex l-istess proġett ta' kif wegħduna qabel l-elezzjoni." Tonio Fenech spjega kif qabel l-elezzjoni l-Partit Laburista kien wiegħed li l-prezz fiss ser ikun għal għaxar snin u mhux ħamsa. Wiegħed ukoll li dan ser ikun proġett fuq l-art u mhux vapur enormi f 'nofs Marsaxlokk li ser joħloq problemi kbar għal Freeport. "Il-proġett inbidel u ser jibqa' jinbidel." Fenech semma' kif lanqas l-istudju dwar is-sigurtà u l-impatt ambjentali għadhom ma saru bisserjetà. "Sa Marzu li ġej qas tkun bdiet din il-powerstation," qal Tonio Fenech. Illum il-Gvern għandu l-vantaġġ li qed jiffranka €1,000,000 fil-ġimgħa grazzi għall-powerstation tal-BWSC kompla Fenech. "Fuq kollox dan il-Gvern intaxxa l-Heavy Fuel Oil b'0.2ċ, jiġifieri issa l-Enemalta tant għandha flus li qed jintaxxaha!" Il-pożizzjoni tal-PN dwar iċċittadinanza hi ċara Tonio Fenech spjega kif il-Partit Nazzjonalista mhuwiex kontra illi jkun hemm programm li jħajjar investituri barranin jinvestu f 'Malta. Il-PN jemmen li dawn m'għandhomx sempliċiment jixtru l-passaport, imma jinvestu f 'pajjiżna, joħolqu x-xogħol, jiftħu impriża u anke jinvestu f 'kumpanija Maltija. "Aħna ssuġġerejna fl-emendi tagħna fil-Parlament li dawn jagħmlu perjodu ta' ħames snin jgħixu hawn Malta, imbagħad jekk jinstab li huma denji, jiġu kkunsidrati għaċ-ċittadinanza Maltija. Dak li qed jipproponi l-Gvern Laburista mhux programm ta' investiment imma huwa bejgħ tal-passaport. Għalhekk fundamentalment aħna kontra dan il-programm, għaliex dan mhux programm li ser jattira l-investituri f 'Malta. Hu kompla jispjega kif sempliċiment bejgħ ta' passaport teżisti, imma mhux f 'pajjiżi Ewropej. Hu semma' li hemm gżejjer żgħar fil-Karibew li huma meqjusa bħala tax havens, fejn in-nies imorru joqogħdu sabiex jevadu t-taxxa.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 17 November 2013