Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/212253
turi tal-Ħajja Il-Ħadd 17 ta' Novembru 2013 | illum 11 attalja kontinwa kontra trid tibda tgħix Fleur ma' wieħed mill-qtates tagħha ommha kienet diagnosed bilkanċer tas-sider u hi spiċċat mifruda minnha għal ħafna żmien, għax kienet għamlet l-operazzjoni l-Ingilterra u Fleur baqgħet Malta tieħu ħsieb missierha filwaqt li oħtha Michelle kienet tmur ma' ommha l-Ingilterra u toqgħod mal-kuġini tagħhom hemmhekk. "Michelle kienet għadha ċkejkna u għaliha kienet festa tgħix 'vaganza' l-Ingilterra." Sadanittant Fleur waqfet milliskola u spiċċat tistudja għall'O' levels u 'A' levels weħidha d-dar u rnexxielha. Il-battalja ta' ommha kontra din il-marda tawlet għal sitt snin sħaħ u kienet tgħidilha, 'I am living to see you two grow up' u kienet talbet lil ħabiba tagħha, Hilary Camilleri biex tieħu ħsieb uliedha "u fil-fatt wara li mietet ommi Hilary kienet it-tieni omm għalina." Fleur qaltli li sa dik l-età huma kienu jitkellmu blIngliż biss minħabba ommha, "konna nitkellmu bl-Ingliż mhux bi qżież, għax jien ma niflaħx nisma' Maltin jitkellmu bl-Ingliż, iżda billi ommna Ingliża twelidna nitkellmu bl-Ingliż. Iżda mal-mewt ta' ommi, missieri qalilna, 'ejja ħa nitgħallmu l-Malti.' U hekk għamilna. Mal-mewt ta' ommi jien ħadt il-parti tal-omm ma' oħti, iżda nkwetajnih wisq lil missieri. Missieri kien akbar minn ommi madwar 20 sena, u immaġina ta' 61 sena sab ruħu jrid irabbi żewġ adoloxxenti. U aħna konna tfajliet ribelli u mqarbin ħafna. Konna indemonjati u konna ninkwetawh wisq" qaltli Fleur bid-daħka. Fleur u Michelle kienu żewġ aħwa inseparabbli, dejjem flimkien u kien xokk kbir għal Fleur meta fl-2004, meta Michelle kellha 28 sena sabulha l-kanċer tal-imsaren u minn dak iż-żmien sa Ġunju li għadda din l-imsejkna tfajla ma waqfitx tissielet kontra din ilmarda qerrieda. "Wara l-kanċer tal-imsaren, ħarġilha kanċer talfwied u wara l-agħar grad talkanċer tas-sider fejn kellhom jaqtgħulha sidirha bħal ommi. Imbagħad tfaċċalha ieħor fi griżmejha u anke fil-pulmun. Spiċċat anke bil-lukemja. U spiċċat dejjem bil-kimoterapija. "Jien dejjem kont magħha, niġri magħha minn sptar għal sptar u bdejt naraha dejjem tinbidel, tonqos u daqqa tintefaħ. Insomma dik il-ġmiel ta' Michelle qas bqajt ngħarafha. Mill-2004 sal-2013 kien martirju għal Michelle u anke għalija. Bdejt neżisti u mhux ngħix." Fleur b'għajnejja kollha dmugħ irrakkuntatli l-aħħar mumenti ta' oħtha, "Immaġina John. Għadha ħajja u jien kont qed nipprepara l-funeral tagħha. Spiċċajt nitlob lil Mulej li jeħodha għax kienet qed tbati wisq. Mhux hekk meta mietet spiċċajt tgerfixt għax tlift rutina ta' 10 snin niġri fl-isptarijiet għal kimoterapija. Temminni? Meta niftakar fiha, nibki u nimmissjaha imma kuntenta li mietet u ma baqgħetx tbati. Barra hekk fl-aħħar xhur meta spiċċat l-isptar Boffa hi kienet taf li se toħroġ minn hemm f 'tebut. Tant li hi xtaqet ukoll li tindifen bl-abjad. Kienet anke kitbet ktieb li għaddituli fejn kitbet dak li kienet tħoss u kitbet kliem ta' kuraġġ, waħda mill-kitbiet tagħha kienet 'be kind to everyone who comes in your path'. Bħala epitaffju fuq ilqabar riedet hekk 'Make Every Day special. Never give up the fight.'" Staqsejt lil Fleur x'kienu l-aħħar kliem li semgħetha tlissen, "Michelle waqfet titkellem fit-23 ta' Marzu meta għamlulha toqba taħt griżmejha Fleur u oħtha Michelle u l-aħħar kelma li qaltli kienet 'Inħobbok' u bistha. Minnaħa tiegħi fil-5 ta' Ġunju jien għidtilha, 'I love you Michelle' ħadet żewġ nifsijiet u mietet. Qabel kienet talbitni biex meta tagħlaq 40 sena mmur fuq ilqabar tagħha mal-ħbieb tagħha u nżejnuh bil-bżieżaq vjola. Hekk għamilna u dak kien l-għeluq tiegħi f 'dan il-kalvarju. Issa rrid nerġa' nibda ngħix, inħares 'il quddiem għal ħajja ġdida." Staqsjet lil Fleur kif irnexxielha tkompli għaddejja, "Jien skorpjuna. Nothing will beat me. Għalkemm kultant inħossni ipokrita għax ngħid hekk u ma nagħmilx dak li ngħid." Fleur saret magħrufa malpoplu Malti minħabba l-attività tagħha favur l-annimali. Din l-imħabba u l-attività favur tagħhom bdiet meta tkexkxet bl-aħbar tal-kelba Star midfuna ħajja. "Minn hemm iddeċidejt li niġġieled favur id-drittijiet tal-annimali fejn ġejt mgħejuna minn ħabiba Franċiża li anke fetħitli sit fuq l-internet. Organizzajt protesta u għamilt l-ewwel diskors pubbliku tiegħi. Kien suċċess kbir tant li minn hemm ħraxu l-pieni għal min jaħqar l-annimali. Wara bdejt battalja kontra l-annimali fiċċirklu u f 'dan il-baġit inħoss li rbaħna waħda oħra kbira." Jiġifieri Fleur ma kellhiex telf biss f 'ħajjitha. Jidher li beda jitfaċċa r-rebħ ukoll. Staqsejtha tgħidli xi ħaġa dwar missierha li llum għandu 86 sena. "Immaġina li dan il-bniedem ra lil martu u lil bintu żgħira jmutu taħt tbatijiet kbar. Iżda hu ta' karattru kwiet u kapaċi jsofri fil-kwiet. Fil-fatt igerger ftit għax jien niddiskuti l-istorja tagħna fil-pubbliku għax hu riservat. Missieri kien playboy kbir u fil-fatt iżżewweġ lill-ommi meta kellu 40 sena u hi kellha 22 sena." Staqsejtha wkoll x'inhi l-ħolma tagħha għal futur, "Li tinstab kura għal din il-marda tant krudili li tkissrek u titliflek id-dinjità tiegħek." Qabel sellimna lil xulxin Fleur qaltli li hi tħossha sodisfatta li lill-oħtha fl-agħar mumenti tagħha rnexxielha ġġibha tħossha qisha superstar fejn mietet imdawra b'nies bħal Claudia Faniello, Chiara li kantatilha id-diska Angel, għax oħti kienet dejjem temmen li la tmut se ssir anġlu u anke Joseph Chetcuti daqqilha l-vjolin bilmużika ta' Partirò." Jien nawgura lil Fleur li wara dal-maltemp kollu tfeġġ ixxemx għaliha, fejn toħroġ aktar b'saħħitha mill-operazzjoni li se jkollha l-Ħamis li ġej u kif qalet hi stess li terġa' tibda tgħix. Awguri gladjatura!