Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/212253
Gladjat 10 illum | Il-Ħadd 17 ta' Novembru 2013 Ir-rotta talġurnalist minn John Busuttil Jerome Caruana Cilia "Taħsbek qiegħed fuq il-qamar" Din il-ġimgħa l-ġurnalist mar fiż-żona industrijali ta' San Ġwann. Żona li ta' kuljum jgħaddu minnha eluf ta' individwi. Min biex imur għax-xogħol u min biex jagħmel xi negozju. Kif tista' tara fir-ritratti, it-toroq jinsabu fi stat tal-biki. "Taħsbek miexi fuq il-qamar," qalli ħaddiem li ta' kuljum ikollu jgħaddi minn dawn it-toroq. "L-agħar ħaġa hi li biex tevita dawn il-ħofor, tistenna li tinfaqa'." Fil-fatt, minħabba li hemm kantuniera, huwa diffiċli immens biex wieħed jevita dawn il-ħofor. Dan għaliex biex tagħmel hekk, ikollok toħroġ għal nofs tat-triq u għaldaqstant tista' tidħol ġo vettura oħra li tkun ġejja mit-triq opposta. Dawn il-ħofor ilhom żmien hemm, iżda komplew jiżdiedu wara l-ħalbiet tax-xita fl-aħħar żmien. Nifhem li forsi dak li jkun ikollu ħafna x'jagħmel u jista' jkun mgħaġġel, imma jekk dak li jkun jinduna li waqgħetlu din ilborża żibel seta' waqaf għal ftit tal-ħin u ġabarha. Agħar minn hekk, jekk dak li jkun mar u waddab dan il-ħmieġ apposta. Dan hu aġir irresponsabbli. Dan ir-ritratt ittieħed is-Sibt għal ħabta tal-ħamsa ta' waranofsinhar. Possibbli minn tefa' dan il-ħmieġ ma jafx li dan iż-żibel mhux ser jinġabar qabel nhar it-Tnejn?! Dan jista' jwassal għal xi klieb li jmorru jqattgħu dawn il-boroż tażżibel u jħammġu l-madwar. Għaxar snin ba l-kanċer… issa FLEUR Marie Cilia Bucket għexet l-aħħar għaxar snin tibbattalja kontra l-marda qerrieda tal-kanċer. Għaxar snin ta' turmenti tiġġieled flimkien ma' oħtha ż-żgħira din il-marda, b'oħtha Michelle ikollha kull tip ta' kanċer mill-2004 sa ma mietet dis-sena u hi stess għadha tiġġieled kontra l-kanċer tas-sider u nhar il-Ħamis li ġej dieħla għal operazzjoni kbira talhysteroctomy. Però dan kollu ma qatagħlix qalbha li tkompli tgħix jew skont hi terġa' tibda tgħix mill-ġdid għax l-aħħar għaxar snin eżistiet u mhux għexet. Fleur għandha 43 sena, bint omm Ingliża u missier Malti proprjetarju tal-ħanut taż-żraben popolari fil-Belt 'Rex Shoe Store'. Fleur hi xebba mimlija ħajja u wliedha huma t-tliet iqtates maskili li għandha, Siberjan, Norveġiż u Eġizzjan, "Komplejt inżomm ir-razza tiegħi internazzjonali" qaltli bi tbissima. Ma kienx faċli lanqas għalija li nqatta' sagħtejn nisma' minn liema kalvarju għaddiet din il-mara żagħżugħa fil-ħajja tagħha, aħseb u ara għal Fleur li għexitha. Fleur fil-fatt hi mara sabiħa, tant li f 'żogħżita kisbet ħafna popolarità fl-immudellar u anke fil-kompetizzjonijiet li kienet tieħu sehem fihom filMiss Malta Contest, fejn rebħet diversi kategoriji bħal 'Miss Elegance' u 'Miss Glamour' fost oħrajn. Iżda apparti l-ġmiel naturali tagħha, il-ħajja ma tbissmitilhiex wisq fejn tidħol saħħa. Għax wara li tilfet lil ommha bil-marda qerrieda talkanċer meta kellha 15-il sena, issa tilfet lill-oħtha f 'Ġunju li għadda u għal dawn l-aħħar erba' snin qiegħda tiġġieled kontra l-kanċer tas-sider. Iżda dan kollu ma jaqtagħliex qalbha għax Fleur hi mimlija kuraġġ u dan il-kuraġġ trid twasslu lil dawk li għaddejjin minn mumenti diffiċli ħalli jemmnu li fl-aħħar jitfaċċa d-dawl. U meta taqraw din l-istorja li fi ħsiebni nwasslilkom illum żgur li se taqblu miegħi li din il-gladjatur tal-ħajja għandha tgħin mhux ftit lil dawk li qed jaqtgħu qalbhom mill-ħajja. Bdiet ir-rakkont tagħha meta fl-2009 ħasset boċċa f 'sidirha u marret għand ilprofessur li qalilha li għandha glandola ffjammata u qalilha biex tistenna sena u din tinżel weħidha. "Kont fil-fatt misdiagnosed. Kont muġugħa u ma stajtx norqod wiċċi 'l isfel u ddeċidejt li nneħħi din il-boċċa li wara l-biopsy qaluli, eżatt f 'lejliet il-Milied li kelli kanċer grad 3. Kont fortunata biss li ma laħaqx daħalli 'l ġewwa fis-sider. Kelli nieħu r-raġġi mit-Tnejn sal-Ġimgħa għal tliet xhur sħaħ. Tliet xhur li lanqas stajt ninħasel biss. Tliet xhur li fihom ħassejtni waħdi anke jekk kelli familja u ħbieb li ħadu ħsiebi. Tliet xhur li fihom kont norqod ħafna u niekol u nixrob biss frott u ħxejjex u nagħmel l-eżerċizzju għax hekk qalli l-professur Brincat li kelli nagħmel biex infiq. Issa baqagħli sentejn oħra biex nispiċċa l-mediċina ta' dan ilkanċer u ta' 45 sena rrid nerġa' nixtri mutur u nkompli l-ħajja ta' biker li kelli nwaqqafha minħabba l-kanċer." Għax Fleur disa' snin ilu tgħallmet issuq l-mutur u xtrat Honda 400cc u saret biker fejn kull nhar ta' Ħadd kienet tiġri ma' ċorma ħbieb ta' bikers madwar Malta u Għawdex. "Min qatt kien jgħidli li fis-7.30 ta' filgħodu kont se nkun iċĊirkewwa kull nhar ta' Ħadd, mal-bikers. Iżda kien żmien fejn għamilt ħafna ħbieb u kont ferħana ħafna. U kif jgħaddi kollox irrid nerġa' nagħmel parti minn dan il-grupp ta' bikers." Sadanittant il-Ħamis li ġej, Fleur dieħla tagħmel operazzjoni tal-hysteroctomy wara li ddeċidiet li tneħħi l-utru biex tippreveni mirriskju li jkollha xi kanċer hemmhekk ukoll, "aħjar hekk milli nissogra għax fil-familja għandna storja ta' kanċer, ommi, oħt ommi, il-kuġina ta' missieri, iz-zija ta' missieri, oħti u anke jien. Nippreferi li naqta' kull tama li nsir omm milli mmut." qalet Fleur, bid-dmugħ f 'għajnejha meta semmiet li issa qatt ma setgħet issir omm. Meta hi kellha 10 snin,