Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/212253
Għawdex: Int djamant Il-Ħadd 17 ta' Novembru 2013 | illum 9 minn John Busuttil werżqu sa ma ninħanqu biex l-Unjoni na – Kamra tal-Kummerċ Għawdxija riżorsi umani, erġajna ddeċidejna li nospitaw fostna d-diversi delegati minn gżejjer Ewropej biex jiltaqgħu ma' imprendituri u awtoritajiet oħra f 'Għawdex ħalli jitkellmu u jaqsmu esperjenzi flimkien." Kompla t-teżorier tal-kamra talkummerċ Għawdxija. Min-naħa tiegħi jkolli nammetti li għalkemm dik Għawdxija hi l-iżgħar kamra tal-kummerċ ġewwa l-Insuleur, kienu kapaċi jorganizzaw laqgħat ta' livell għoli bħal ta' pajjiżi oħra. Għalkemm kellhom ukoll l-għajnuna mill-Ministru għal Għawdex, Anton Refalo biex waslu għal din l-organizzazzjoni ta' livell ferm għoli. Is-Sur Bezzina temm jgħid, "Iktar ma noqorbu lejn is-sena 2020, aktar qed nisimgħu kemm għanijiet iridu jintlaħqu fi żmien sitt snin oħra. Aħna nemmnu li dawn jintlaħqu biss jekk iċċittadini ta' kull gżira jipparteċipaw b'mod attiv ħalli bil-ħidma tagħhom, skont il-ħila u l-esperjenza, jgħinu fl-iżvilupp ta' pajjiżhom. Għalhekk irridu naraw kif se noħolqu x-xogħol għal dawk kollha li jistgħu jaħdmu. U dawk li huma rtirati nippruvaw ninvolvuhom anke f 'attivitajiet volontarji ħalli jibqgħu attivi u jkunu jistgħu jikkontribwixxu millesperjenza tagħhom." Michael Grech il-president tal-Gozo Business Chamber jiftaħ il-forum Ftit mill-partecipanti għal dan il-forum Il-miżuri tal-baġit f'Għawdex skont il-GWU Il-proposti li għamilna l-GWU rigward Għawdex kważi ġew indirizzati kollha – Margaret Magrin (GWU) IKKUNTATTJAJT lil Margaret Magrin li hi r-rappreżentanta tal-GWU għal Għawdex biex tgħaddilna l-opinjonijiet tagħha dwar kif laqat il-baġit lil gżira Għawdxija u din hi r-risposta tagħha. Biex inkunu ġusti tlabt il-kummenti mingħand William Portelli f'isem isCMTU iżda qatt ma rċevejt lura. Il-baġit b'mod ġenerali jidher li hu wieħed pożittiv, speċjalment rigward l-inizjattivi biex jeġavolaw lill-ħaddiema, lill-pensjonanti u anke lillistudenti. Il-proposti li aħna bħala GWU għamilna rigward Għawdex kważi ġew indirizzati kollha. L-aktar importanti kien biex jinħoloq xogħol f 'Għawdex u l-iskemi li ser isiru kemm permezz tal-Malta Enterprise u kemm tal-ETC se jkunu pass 'il quddiem biex dan jibda jitwettaq. Iċ-Child Care Centre li hemm il-ħsieb li jinfetaħ Margaret Magrin dalwaqt f 'Għawdex hu wkoll xi ħaġa li l-Għawdxin jistgħu jħallu lill-uliedhom ilhom jitolbu għaliha ħafna. qabel ma jaqbdu l-vapur Għadna nistennew aktar u jkunu jistgħu jiġbruhom dettalji ta' kif dan iċ-ċentru wara li jaslu minn Malta. se jiffunzjona f 'Għawdex. Intlaqgħet tajjeb ħafna Dan minħabba l-fatt li hemm wkoll l-idea li t-tfal jkunu bżonn li l-ħinijiet tiegħu jistgħu jitħallew siegħa qabel jkunu itwal minn postijiet il-ħin li tibda l-iskola u li f 'Malta biex ikopri l-ħinijiet jingħataw kolazzjon b'xejn. biex ċertu ġenituri li jkunu L-aċċessibbiltà bejn iż-żewġ jaħdmu f 'Malta jkunu gżejjer ser tiġi indirizzata wkoll billi se jitkompla l-istudju neċessarju kemm bl-ajru, bil-baħar jew b'xi link ieħor bejn Malta u Għawdex. L-investimenti li huma proġettati li jsiru, biċ-Ċentru tal-Ġurnata, bis-servizz tal-Kimo Terapija fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex, kif ukoll bil-poliklinika ġdida attrezzata aħjar minn dik li hemm bħalissa, se jtaffu ftit mit-telqa li kemm hemm fisservizz tas-Saħħa f 'Għawdex. Innutajna wkoll li f 'dan il-baġit l-ammont ta' flus ivvutati lill-Ministeru għal Għawdex hu akbar minn dak li kien ingħata fl-aħħar baġit, infatti kien hemm żieda pożittiva fil-fondi ta' aktar minn 8% mis-sena li għaddiet biex jiżdied l-investiment fil-gżira Għawdxija. Dawn jinkludu fost l-oħrajn l-iżvilupp ta' Yacht Marinas, Cruise Liner Passenger Terminal u Dar Residenzjali għall-Anzjani. Irridu issa naraw kif ċertu talbiet oħra li għamilna bħala GWU jiġu mwettqa fil-futur. Dawn jinkludu l-ħarsien talambjent fil-gżira Għawdxija kif ukoll mal-kosta tagħha, aktar korsijiet Universitarji, dawk relatati mal-MCAST u l-ETC u korsijiet immirati lejn snajja tradizzjonali u li jissaħħah il-cable talinterkonnettur bejn Malta u Għawdex.