Illum previous editions

illum 17 November 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/212253

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 35

8 illum | Il-Ħadd 17 ta' Novembru 2013 Il-Punt JOSEPH CUSCHIERI MEP Ħawwadni ħa nifhmek Kap tad-Delegazzjoni Laburista filParlament Ewropew KULL min segwa ż-żewġ diskorsi li saru mill-Kap tal-Oppożizzjoni u l-Prim Ministru dwar il-baġit għall-2014 ma setax għal darb'oħra ma jarax ilkuntrast enormi bejn il-politika tal-bieraħ u l-politika ġdida u friska li l-maġġoranza assoluta tal-Maltin u l-Għawdxin ivvutaw għaliha f 'Marzu li għadda. Fuq naħa kellna lill-Kap talOppożizzjoni Simon Busuttil, l-awtur tal-manifest elettorali tellief, jieħu atteġġjament li kull min semgħu fuq ir-radju jew segwih fuq it-televiżjoni qajla seta' jifhem x'kienet il-pożizzjoni vera tiegħu vis-à-vis il-baġit pożittiv li ressaq il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna l-ġimgħa ta' qabel. Spikkat bil-kbir il-kontradizzjoni li kienet qed tnawwar tista' tgħid kull stqarrija jew dikjarazzjoni li għamel Busuttil tul diskors ta' sagħtejn li jekk tagħsru, minnu bilkemm toħroġ qatra sens ta' realtà. It-ton tad-diskors tal-Kap tal-Oppożizzjoni kien dak l-istess ton li ilna nisimgħu mill-Partit Nazzjonalista minn meta kellu jirrealizza li mhux biss m'għandu l-ebda jedd divin biex jiggverna DOWNLOAD THE MALTATODAY APP NOW dawn il-gżejjer, iżda li filpajjiż kienu nħolqu forzi politiċi oħra, ewlieni fosthom il-Partit Laburista, illum bilmoviment li kiber madwaru, li għandhom l-ideat, ilmetodi u l-prinċipji tagħhom fit-taqtigħa demokratika għal min se jkun qed jirbaħ il-mandat tal-poplu biex imexxih. PNegattiviżmu Dan it-ton ta' negattiviżmu dejjaq u xebba' lil kull min għandu għal qalbu l-ġid ta' pajjiżna. Huwa mimli bil-moffa tal-imgħoddi, mgħarraq fil-ħama talpreġudizzju, u miksi blarroganza ta' min ma jafx jaċċetta telfa. Hija tassew ħasra li Busuttil, talanqas s'issa, għadu ma fehemx ilħtieġa li jinqata' mill-passat u jibda jħares 'il quddiem kif wara kollox għamlu Joseph Muscat u l-Partit Laburista. Wara kollox il-pajjiż jeħtieġ li jkollu Oppożizzjoni serja u ġenwina li dejjem lesta tgħasses demokratikament l-operat tal-Gvern. Kien propju minħabba dan in-negattiviżmu li d-diskors tal-Kap tal-Oppożizzjoni nħass mill-biċċa l-kbira tan-nies bħala tentattiv fqajjar biex iċekken u jipprova jtappan l-effett pożittiv li kellu dan l-ewwel baġit (ta' qablu kien misjur mill-amministrazzjoni preċedenti) tal-Gvern ġdid Laburista. Dan mhux qed jgħiduh il-Laburisti jew dawk in-Nazzjonalisti ġenwini li qed iħossuhom imbarazzata bl-imġiba ta' Busuttil, iżda saħansitra l-korpi kostitwiti, l-għaqdiet Il-poodle Jekk tara xi ħaġa interessanti ibgħatuhieli. Jekk tara lil xi ħadd interessanti ibgħatli ritratt bil-mobajl. Ibgħat lil poodle@mediatoday.com.mt volontarji, trejdunjons, ekonomisti, rappreżentanti tas-settur kummerċjali u tant oħrajn. Kapitlu politiku ġdid Fuq in-naħa l-oħra mbagħad kellna d-diskors tal-Prim Ministru bi tweġiba għal dak li kien qal il-Kap tal-Oppożizzjoni - diskors maħsub espressament biex jikxef fejn u kif kien żelaq fin-niexef Simon Busuttil, speċjalment fejn jidħlu fatti u figuri, waqt li kompla tefa' dawl fuq il-baġit u s-sinifikat tiegħu għall-poplu Malti, ħerqan kif inhu għall-verità u mhux aktar għat-tiġbid u d-dawrien mal-lewża li kienu mdorrijin isibu ma' wiċċhom sa ftit xhur biss ilu. Joseph Muscat mill-ewwel wera li l-wegħda ta' kapitlu politiku ġdid u metodu ġdid ta' kif nagħmlu l-politika qed tinżamm mill-bidu nett tal-amministrazzjoni u mhux fl-aħħar u qabel elezzjoni ġenerali bit-tama li jkunu gwadanjati xi voti. L-idea tal-bżar fl-għajnejn qdiemet daqs l-istrateġija negattiva li permezz tagħha dak kollu li jagħmel il-Gvern ikun iddikjarat ħażin anke jekk jaħbat ikun tajjeb. Waqt li aħna mdorrijin bi Prim Ministri bħal Lawrence Gonzi li jibqgħu jwerżqu sal-aħħar li f 'pajjiżna kollox miexi fuq ir-rubini, Joseph Muscat mill-ewwel għamilha ċara, sa meta kien għadu fuq il-bank tal-Oppożizzjoni, li dan mhux xi Gvern perfett. Il-perfezzjoni l-ġenna ssibha. In-nies issa qed jifhmu li tellgħu gvern li se jkun qed jgħidilhom il-verità. Li mhux se jkun qed jippretendiha tal-infallibli. Li mhux se joqgħod jilgħab bil-bżallu elettorali meta jkun wasal ilwaqt tal-verdett tal-poplu. Ir-reazzjoni pubblika għaddiskors ta' Simon Busuttil kienet ġeneralment waħda ta' stagħġib hekk kif ftit kienu dawk li setgħu jifhmu jekk kienx qed jikkundanna jew ifaħħar, ifaħħar jew jikkundanna. Il-logħba bil-petali tal-margerita ta' "jħobbni, ma jħobbnix" li semma' l-Prim Ministru! Insomma, każ tipiku ta' ħawwadni ħa nifhmek. Irridu ngħajtu u nw Ewropea tismagħn Dil-ġimgħa attendejt għal forum speċjali, it-13-il forum talInsuleur li kien organizzat fil-lukanda Grand f'Għawdex. L-Insuleur hu grupp tal-kmamar tal-kummerċ li ġejjin minn gżejjer ta' pajjiżi li huma membri tal-Unjoni Ewropea. It-tajba hi li Malta hi meqjusa bħala pajjiż għalhekk ma tistax tkun membru minn dan il-grupp, iżda Għawdex hu gżira parti minn pajjiż tal-UE (Malta) u għalhekk tista' tifforma parti mill-Insuleur. Waqt dan il-forum kien hemm diversi għalliema minn diversi pajjiżi bħal Franza, Greċja, Majorka u anke l-Kroazja. Kien hemm kelliem partikolari, Gordon Cordina li riċentament għamel riċerka fuq il-gżejjer u l-villaġġi ta' fuq il-muntanji. Tkellmet ukoll Anna Maria Darmanin, presidenta tasSingle Market Observatory tal-EESC kif ukoll Roberta Metsola. Eżatt kif intemm ilforum iltqajt mat-teżorier tal-Kamra tan-negozju Għawdxija, Anthony Bezzina ħalli nkunu nafu iżjed dwar l-Insuleur u l-attivitajiet tagħhom. Beda biex qalli li dan il-grupp twaqqaf fis-sena 2000 meta l-globalizzazzjoni bdiet tħalli l-effetti tagħha fuq il-gżejjer. "L-għan talgrupp hu li jgħin lil gżejjer Ewropej jippromwovu u jgħinu lil xulxin biex jintlaħaq l-iżvilupp sostenibbli ħalli l-attività kummerċjali f 'dawn ilgżejjer, xi drabi mijiet ta' kilometri 'l bogħod mill-art ewlenija, tkun tista' titkompla filwaqt li jżommu l-karatteristiċi tagħhom. "Dan il-grupp jiġġenera kollaborazzjoni bejn ilmembri, il-qsim ta' ideat biex jiġġieldu l-problemi kkawżati mill-iżolazzjoni li hi żvantaġġ naturali filgżejjer, jistudjaw flimkien il-problemi li ħafna drabi huma komuni u jużaw kemm u sa fejn jistgħu pressjoni mal-awtoritajiet ċentrali tal-Unjoni Ewropea ħalli l-livell talgħixien tal-popolazzjonijiet fil-gżejjer ikun qrib dak tal-art ewlenija." Bezzina kompla jgħid li l-għan prinċipali ta' dan il-kumitat hi li jagħmlu pressjoni fuq ir-responsabbiltà tal- Unjoni Ewropea li tara li dawk li fost l-oħrajn jgħixu fil-periferiji, bħallGħawdxin jkollhom l-istess opportunitajiet bħal ta' dawk li jgħixu fuq l-art ewlenija. "Biex nilħqu dan il-għan, bħalma qal tajjeb wieħed mill-kelliema, irridu ngħajtu u nwerżqu ħafna sa ma ninħanqu. Dawk li jinsabu fuq l-art ewlenija, m'għandhomx bżonn jgħajtu ħafna biex jinstemgħu, iżda aħna li ngħixu fil-periferiji rridu ngħajtu ħafna iżjed ħalli dawk ta' fuq l-art ewlenija jisimgħuna." Dan il-forum isir kull sena normalment fi gżira differenti fejn tinstab ir-rappreżentanza talInsuleur. B'hekk il-membri jkollhom ċans iżuru u jaraw b'għajnejhom l-attivitajiet li jkunu għaddejjn fi gżejjer oħra Ewropej. Mhux darba u tnejn dan serva biex anke jinfetħu negozji bejn irresidenti taż-żewġ gżejjer. Din kienet it-tieni darba, wara dak tal-2007, li dan il-forum sar f 'Għawdex. "Jiddependi biss millKamra tal-Kummerċ talgżira partikolari li tidħol għall-isfida li taċċetta li jorganizzaw din l-attività li tkun mifruxa fuq tlett ijiem u li tinkludi anke dawra mal-gżira. Wara s-suċċess tal-2007, minkejja l-ħafna limitazzjonijiet kemm finanzjarji, kif ukoll ta'

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 17 November 2013