Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/212253
Il-Ħadd 17 ta' Novembru 2013 | illum 7 add 50 sena mill-assassinju talPresident John F. Kennedy Il-President John F. Kennedy ftit tal-ħin qabel l-assassinju. 59% tal-Amerikani konvinti li hemm diversi persuni involuti fil-qtil ta' Kennedy L-ASSASSINJU tal-President tal-Istati Uniti John F. Kennedy sar quddiem folol kbar ta' nies fit-22 ta' Novembru 1963 f 'Dallas f 'Texas. Ħamsin sena wara dan il-qtil makabru li kexkex id-dinja, bosta mistoqsijiet għadhom iberrnu fl-imħuħ ta' dawk li analizzaw dan ilkaż bir-reqqa. Ġurnalisti, storiċi u awturi investigaw din il-ġrajja u huma fost ħafna persuni li għadhom jistaqsu u jindagaw sabiex toħroġ il-verità kollha. Matul is-snin ħafna individwi ħassew li kellhom jagħmlu investigazzjonijiet indipendenti. Dan kollu sar minkejja li kien hemm numru ta' kummissjonijiet li studjaw bir-reqqa l-assassinju talPresident John F. Kennedy. Il-President inqatel b'tiri ta' sniper waqt li kien qed jivvjaġġa fil-karozza presidenzjali ma' martu Jacqueline, il-Gvernatur ta' Texas John Connally u martu Nellie. L-investigazzjoni millKummissjoni Warren li damet għaxar xhur, l-ewwel kummissjoni li stħarrġet ilkaż, ikkonkludiet li l-President Kennedy inqatel minn Lee Harvey Oswald u li dan aġixxa waħdu. L-istess bħalma Jack Ruby aġixxa waħdu meta qatel lil Oswald ftit qabel ma dan tressaq il-Qorti. B'kuntrast malkonklużjonijiet talKummissjoni Warren, ilKumitat dwar l-Assassinji tal-Kamra tar-Rappreżentanti tal-Istati Uniti kkonkluda fl-1978 li l-President Kennedy aktarx inqatel b'riżultat ta' konspirazzjoni jew konfoffa. Dan il-Kumitat sab li l-investigazzjoni oriġinali tal-FBI u r-Rapport talKummissjoni Warren kienu żbaljati. Filwaqt li qabel malKummissjoni li Oswald kien spara t-tiri kollha li wasslu għall-assassinju ta' Kennedy, il-Kumitat tal-Kamra spjega kif kien hemm tal-inqas erba' tiri li ġew sparati u kienu biss tlieta li setgħu jiġu sparati minn Oswald u għaldaqstant jikkonkludu li hemm possibbiltà kbira li kien hemm żewġ persuni li sparaw fuq il-President Kennedy. Insomma, li hu żgur li dan l-assassinju qanqal bosta dubji u mistoqsijiet. Minkejja li saru ħafna studji u analiżi, stħarriġ li sar mill-Associated Press aktar kmieni din is-sena, juri li wara 50 sena mill-assassinju tal-President John F. Kennedy, 59% tal-Amerikani jemmnu li kien hemm iżjed minn persuna waħda involuta fl-assassinju tal-President Kennedy. Fost l-oħrajn, il-President John F. Kennedy jibqa' mfakkar għall-ħidma tiegħu sabiex finalment Il-Prim Ministru ta' Malta George Borg Olivier f'laqgħa li saret fil-White House mal-President tal-Istati Uniti John F. Kennedy fid-19 ta' Settembru 1963. (Ritratt: DOI) Il-mument li fih Jack Ruby spara lil Lee Harvey Oswald. ħareġ l-Att dwar id-Drittijiet iż-żmien. Kien fid-19 ta' Ċivili. Settembru tal-1963, li l-Prim Interessanti l-fatt li ftit Ministru ta' Malta George tal-ġimgħat qabel ma sar Borg Olivier kellu laqgħa maldan l-assassinju, il-President President tal-Istati Uniti. Din Kennedy iltaqa' mal-Prim il-laqgħa storika kienet saret Ministru Malti ta' dak fil-White House.