Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/212253
Il-Ħadd 17 ta' Novembru 2013 | illum 19 ni qatt ma tista' tevitah" jipprotestaw fuq binarji għal kollox differenti minn ta' dawk li bagħtuhom. Irrid nagħmilha ċara li d-dritt ta' protesta huwa sagrosant. Għalija l-Pulizija għamlu żball ieħor meta marru biex iżommu din il-protesta. Sakemm kull protesta ma tkunx vjolenti jew qiegħda tikser xi dritt fundamentali ta' ħaddieħor, il-presunzjoni dejjem għandha tkun li protesti għandhom dejjem jitħallew isiru. Iddemokrazija hija magħmula minn kontroversji, protesti u diskussjonijiet. Laqat il-musmar fuq rasu kumment li għamel il-Perit Michael Falzon. Kull minn irid jispara għal Gvern lemaħ okkażjoni fejn jista' jagħmel dan għaliex din hija kwistjoni emozzjonali u mhux razzjonali. Għalhekk l-Oppożizzjoni fehmet mill-ewwel li kellha tirkeb fuq dan il-karru minkejja l-kontradizzjonijiet fl-argumenti tagħha. L-importanti li ssaħħan il-qiegħa, xejn xejn tnessi middnubiet riċenti tagħha. L-Alternattiva Demokratika dejjem kienet essenzjalment għaqda ta' protesti. Allaħares ma kienx hekk għaliex kieku ċertu affarijiet ma kinux jinbidlu. Arnold Cassola jeċita ruħu kull meta jilmaħ il-prospett ta' referendum. Ftit ilu kontra l-kaċċa u issa din taċ-ċittadinanza u qabel insejt kontra xiex. Iżda fil-każ ta' Arnold hemm ċertu ironija. Filwaqt li qiegħed "jikkumbatti biex isalva" l-identità tagħna, kien hu l-uniku bniedem fl-istorja ta' dawn l-aħħar ħamsin sena li ħa l-ġurament ta' lealtà lejn pajjiż barrani. Jikkoreġini jekk ma għamilx hekk meta daħal fil-Parlament Taljan. Nifhem is-sentiment dwar din l-iskema, iżda dejjem jibqa' sentiment. Il-Malti dejjem issielet kontra l-barrani iżda qatt ma seta' jevitah. Għandna poplu li ġenetikament huwa l-għasra tal-mitt barrani u wieħed li ġew fostna taħt forma jew oħra. Aħna poplu uniku... dejjem bqajna Maltin minkejja l-barranin anke jekk tħalltu ma' niesna taħt il-friex tas-sodda. Iżda jekk irridu nitkellmu dwar il-patrijottiżmu ninsew x'ġara fl-2004. Meta aċċettajna li niffirmaw it-Trattat talGreċja, Malta kważi ġiet annullata. F'ċertu oqsma Malta baqgħet teżisti virtwalment ta' lanqas sa fejn jirrigwarda l-ogħla istituzzjonijiet talpajjiż. Ftit aħna konxji, li kemm il-Parlament u kif ukoll il-Kostituzzjoni tagħna saru sekondarji jekk ukoll ma jiswew xejn ħdejn l-editti li joħorġu minn Brussell. Huwa ċar imniżżel li kull ħaġa li għandna aħna u li tmur kontra t-Trattat, dik il-ħaġa ma teżistiex. Il-parlament Malti sar ma jiswiex karlin! Dan ġie aċċettat mill-poplu Malti kollu mhux esklużi dawk li llum qegħdin jissieltu għall-pedigree nazzjonali. Il-kontradizzjonijiet ma jispiċċaw qatt. F'dawn l-aħħar ħmistaxil sena Malta ma baqgħetx li kienet tal-Maltin. Minn banda kien żvillupp li ma stajniex nevitawh għaliex aħna ma għexniex f 'xi bozza li tipproteġina millglobalizzazzjoni. In-nazzjon Malti beda jinbidel qabel ma dħalna fl-Unjoni Ewropea. Tajna eluf ta' ċittadinanzi fuq il-kriterju tal-preżenza f 'Malta, fost oħrajn b'mijiet minnhom frott ta' żwiġijiet konvenjenza. Iżda mhux hekk biss, dak li hu Malti jista' jinbiegħ taħt forom aktar gravi u irriversibbli. Ċittadinanza taħt ċertu ċirkostanzi tista' tittieħed lura, kif naf li ġara lil xi wħud. Il-bejgħ totali tal-assi strateġiċi tal-pajjiż lill-interessi barranin huma xorta oħra. La jkunu telqu jkunu telqu. Dawn ma jaffetwawx biss il-kulur taxxagħar u l-għajnejn iżda l-ħajja ekonomika u soċjali tagħna. Meta fl-2001 begħna l-Mid Med Bank lill-bank globali HSBC, ftit intbaħna li konna trasferejna nofs l-ekonomija tal-pajjiż. Jekk ma tridx b'direct tender u bi prezz li dak iż-żmien kulħadd qabel kien redikolu. Għamilna l-istess bit-telefonija, l-ajruport, billinja nazzjonali tal-baħar u dan l-aħħar bis-sistema tat-trasport pubbliku bit-traġedji li ġabet magħha. Dawn li nista' niftakar u kollha attivitajiet strateġiċi. Jiena mhux xi ksenofobiku. Nifhem li pajjiżna destinat li jgħix mal-barrani u minn fuq il-barrani. Iżda dak li qiegħda tipproponi l-iskema taċ-ċittadinanza, ħdejn dak li ġara hija nixxiegħa ħdejn xmara. L-argumenti jibqgħu dejjem. Il-kontroversji huma essenzjali. Il-protesti, ebda demokrazija ma tista' tgħaddi mingħajrhom. Qiegħed nikteb dan l-artiklu minn ġo ħanut tal-kafé f 'tasSliema. Nistħajjilni qiegħed Sarajevo. Dawk kollha li jaħdmu f 'dan il-ħanut huma Serbi. Inkluż il-propjetarju. Meta 25 sena ilu kien tela' l-PN fil-gvern wara bosta snin fid-deżert, kien hemm perit prominenti illi nstema' jgħid illi issa jrid ipatti għaż-żmien li tilef. Issa donnu hemm bosta illi qegħdin jirraġunaw bl-istess mod. U l-ħajja f 'pajjiżna talterna b'dan il-mod, bis-sostenituri tal-partiti rispettivi jistennew illi jokkupaw il-pożizzjonijiet ta' fiduċja u mhux biss kull meta l-partit tagħhom ikun fil-gvern, irrispettivament mill-kwalifiki u l-merti individwali tagħhom. Dan kollu jġibna għal-irwol tal-partiti fid-demokrazija tagħna. Għandi ħabib anzjan, mimli l-għomor illi kellu karriera kulurita sew. Għal bosta snin, okkupa kariga ferm importanti fil-qasam ta' dak illi llum insejħulu s-soċjetà ċivili. Spiss jilmenta miegħi illi llum il-partiti politiċi jokkupaw wisq spazju fl-ispettru demokratiku, spazju illi qabel ma kinux jokkupaw. Naħseb illi għandu raġun. Mhux faċli għal min ma jimmilitax f 'xi partit jew għandu parrinu minn ħdanu illi javvanza fis-settur pubbliku. Fortunatament, jeżistu llum bosta opportunitajiet fis-settur privat. Imma għadna 'l bogħod milli jkollna settur pubbliku fejn l-unika konsiderazzjoni għall-avvanzament hija l-mertu, anzi probabbilment qegħdin nitbiegħdu aktar minn dan l-objettiv. Imma probabbilment l-aktar ħaġa nkwetanti fid-demokrazija kif ipprattikata hawn Malta hija n-nuqqas ta' demokrazija interna fi ħdan l-istess partiti politiċi. Naħseb prova aqwa mid-diżastru finanzjarju illi jinsab fih il-PN ma jistax ikun hemm ta' dan. F'liema organizzazzjoni mmexxija demokratikament il-qagħda finanzjarja ma tkunx magħrufa? Dak li japplika għal għaqda talfilatelija, fejn kull sena jridu jiġu approvati l-kontijiet fil-laqgħa ġenerali, mid-dehra dan ma jgħoddx għall-partiti politiċi illi jimmobilitaw mijiet ta' eluf ta' nies sabiex jivvutawlhom f 'kull elezzjoni. Il-partiti mhumiex obbligati bil-liġi illi jagħtu l-ebda rendikont finanzjarju u jindikaw il-provenjenza tal-fondi li jiġbru. Lanqas m'hemm l-ebda limitu fuq id-donazzjonijiet illi jistgħu jingħataw lill-partiti u l-attentati kollha sabiex tgħaddi liġi dwar il-finanzjament tal-partiti dejjem inkaljaw, għal raġuni jew oħra. La qatt kien hawn u lanqas jidher li hawn wisq ħerqa għal-liġi dwar tali finanzjament. Imma l-agħar aspett hu l-mod vertikali kif jitmexxew il-partiti. Il-partiti huma mmexxijin minn fuq, b'assenza ta' demokrazija interna u b'organi interni dgħajfa. Hemm min jiddubita kemm il-varji delegati u kunsilliera illi jeleġu l-mexxejja u l-uffiċjali tal-partit huma verament rappreżentattivi tal-elettorat tradizzjonali talpartiti rispettivi. Ċertament, l-ebda partit m'għamel l-ebda sforz sabiex jinvolvi l-elettorat tradizzjonali tiegħu fil-ħatra tal-mexxejja tiegħu kif qed jagħmlu bosta partiti Ewropej fuq il-mudell Amerikan talelezzjonijiet primarji. Dan in-nuqqas ta' demokrazija interna narawh fid-deċiżjonijiet illi l-partiti fil-Gvern imbagħad jieħdu. Meta Gonzi ried jibni l-parlament fis-sit tat-Teatru Rjal, la kellu mandat millelettorat u lanqas mill-partit sabiex jagħmel hekk. U meta ddeċieda illi jinnomina lil George Abela għall-President, kemm id-deputati kif ukoll il-membri tal-eżekuttiv u l-kunsilliera, saru jafu b'dan misSunday Times. Similarjament, ma nimmaġinax illi kien hemm diskussjoni interna fi ħdan il-PL dwar il-proposta ta' bejgħ ta' ċittadinanza, proposta illi qatt ma ġiet ippreżentata lillelettorat. Lanqas ma nimmaġina kif bosta ħbieb li għandi, militanti onesti fi ħdan il-PL jistgħu jappoġġjaw proposta daqshekk indiċenti. U konvint illi bosta deputati vvutaw favur tali liġi minħabba d-dixxiplina tal-partit, mhux għax konvinti illi hija proposta tajba. Sistema ma tkunx demokratika għaliex ikollok Prim Ministru illi jintgħażel kull ħames snin f 'kuntest prattikament presidenzjali illi jmexxi bħall-monarkija ta' dari bi xkiel mill-anqas. Ċertament, il-governabbiltà hija importanti imma ugwalment huwa importanti l-konsensus. Madankollu, wieħed qajla jittama illi l-partiti ser ibiddlu l-mod kif jimxu u jitmexxew fil-futur qarib. Ser nibqgħu nassistu għal-lotta gladjatorjali sabiex kull partit jakkwista l-poter totali billi jakkwista l-maġġoranza, anke relattiva, ta' voti. U bħalma fi kwalunkwe gwerra, l-ewwel illi ssofri hi l-verità, il-metodu illi jintuża hu qajla importanti ħdejn irriżultat illi jrid jinkiseb. Għaldaqstant, l-unika mod kif iċ-ċittadin jista' jindirizza dan id-defiċit demokratiku hu billi s-soċjetà ċivili terġa' tapproprja parti mill-ispettru politiku illi llum qed jokkupawh il-partiti politiċi. F'dan ilkuntest, l-inizjattiva sabiex jinġabru l-firem sabiex jissejjaħ referendum dwar il-kaċċa firrebbiegħa takkwista importanza primarja. Meta għandek iż-żewġ partiti prinċipali illi ma jridux jaljenaw lill-kaċċaturi, l-unika mod kif il-poplu jista' jesprimi x-xewqa tiegħu hu permezz ta' referendum abrogattiv. Din hi inizjattiva ferm kuraġġjuża illi għandha tiġi appoġġjata minn kull min irid illi d-demokrazija parlamentari tevolvi f 'waħda aktar rappreżentattiva talelettorat. Dan jgħodd anke għal dawk illi huma favur il-kaċċa firrebbiegħa għax hawnhekk il-metodu jgħodd, mhux il-mertu. L-istrument tarreferendum ħadnieh mill-Italja fejn għaddew kważi ħamsa u għoxrin sena sakemm issejjaħ wieħed sabiex tiġi abbrogata l-liġi tad-divorzju. Illum dan l-istrument jintuża ta' spiss, anke biex iġiegħel lill-Parlament jieħu l-inizjattivi illi altrimenti ma jiħux. Jalla anke f 'Malta jibda jkollna dawn ir-referenda sabiex inpattu għad-defiċit demokratiku illi għandna. Sistema li ma tevolvix hija destinata illi tfalli u dan hu l-pass tant meħtieġ li jmiss flevoluzzjoni tas-sistema tagħna. zjonali tad-Demokrazija Maltija fil-ħajja ta' kuljum. Imbagħad kellek faxex sħaħ tal-elettorat illi kienu xebgħu bil-burokrazija, speċjalment dik tal-MEPA kif ukoll il-kuntratturi illi kienu (u għadhom) għaddejjin minn żmien diffiċli illi ffullaw, u kkontribwew, sabiex jidhru qrib tal-PL (u dan jgħodd anke għal xi wħud illi stagħnew sew taħt in-Nazzjonalisti). Għaldaqstant meta l-gvern Laburista jagħtiha għar-retorika anti-Ewropea (illi minnha kellna ftit mhux ħażin) u ma jirrealizzax il-ħsara illi ser jagħmel bi skemi illi qatt ma ġew proposti lill-elettorat bħall-IIP, qajla jirrealizza illi jista' qed jaljena parti sew millelettorat illi tellgħatu fil-poter. Probabbilment qed jistenna illi l-qadi personali bi pjaċiri żgħar u kbar ta' dik il-parti talelettorat illi tradizzjonalment kienet tivvota lill-PN ikun biżżejjed sabiex iżomm ilvantaġġ elettorali. Wieħed irid jara kemm sar fluwidu l-elettorat Malti u abbanduna r-riġidità tradizzjonali illi tiżgura illi bosta jibqgħu jivvutaw għallistess partit. Wieħed irid jara wkoll kif ser jirreaġixxi dik il-parti tal-elettorat, illi mhux neċessarjament huwa entużjasmat dwar xi partit partikolari, illi qed jiġi affetwat bl-isforzi inevitabbli tal-gvern Laburista sabiex jakkomoda lill-partitarji tiegħu. Għax jekk hemm wegħda illi ma tidhirx illi qiegħda tinżamm hija dik tal-meritokrazija b'ħatriet li spiss isiru b'ottika strettament partiġġjana.