Illum previous editions

illum 17 November 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/212253

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 35

Eluf kbar mid-direct orders fuq it-toilets Il-Ħadd 17 ta' Novembru 2013 | illum 3 Ikompli minn paġna 1 KUMPANIJA ta' attivist kbir tal-Partit Nazzjonalista tħallset eluf kbar ta' ewros mill-aħħar gvern Nazzjonalista b'rabta ma' kiri ta' numru ta' toilets. ILLUM huwa informat li din il-kumpanija hija Karl Borg Events, li l-propjetarju tagħha, Karl Borg, għamel snin sħaħ impjegat tal-Partit Nazzjonalista u sal-aħħar elezzjoni ġenerali kien jorganizza l-attivitajiet talmassa tal-istess partit. Fuq medda ta' erba' snin, Karl Borg tħallas iktar minn €150,000 għal kiri ta' toilets. Dawn il-ħlasijiet saru kollha permezz ta' direct orders. Ilkiri ta' dawn it-toilets sar minn Transport Malta, li kienet taqa' taħt il-Ministeru t'Austin Gatt. U waqt li għall-maġġoranza tal-Maltin id-dħul tas-servizz tal-Arriva f 'pajjiżna fisser tbatija u inkonvenjent qawwi, għal Karl Borg l-Arriva fissret dħul ta' eluf kbar ta' ewros, għaliex il-kiri ta' dawn it-toilets fil-maġġoranza tad-drabi sar minħabba l-Arriva. Kienu mill-inqas tlettax l-okkażjonijiet li fihom Transport Malta kriet b'direct orders, toilets mingħand il-kumpanija ta' dan l-attivist Nazzjonalista. Ix-xogħlijiet kollha lil Karl Borg kienu awtorizzati miċchairman li Transport Malta kellha qabel l-aħħar elezzjoni ġenerali, Mark Portelli. B'kollox Karl Borg Events matul l-aħħar legislatura Bandli aċċessibbli għall-persuni fis-siġġu tar-roti F'ĦAL-QORMI fiż-żona magħrufa bħala tal-Blat, għadu kif ġie installat bandli li hu aċċessibbli wkoll għallpersuni fis-siġġijiet tar-roti. Iċ-Chairman talKummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabbiltà (KNPD) Joseph Camilleri kellu kliem ta' tifħir għal dan il-proġett. "Aħna dejjem ninsistu li l-post innifsu jkun fiżikament aċċessibbli sal-massimu possibbli. Ninsistu wkoll li l-post ikollu apparat addattat għall-bżonnijiet ta' tfal b'diżabbiltà, jekk ikun hemm attrazzamenti għat-tfal bla diżabbilità. B'dan il-mod dejjem qed jiżdied in-numru ta' postijiet għad-divertiment u eżerċizzju għat-tfal b'diżabbiltà," qal Camilleri. Is-Sindku ta' Ħal Qormi Rosianne Cutajar qalet li l-bandli huwa parti minn proġett ħolistiku li jinkludi tisbiħ taż-żona u manutenzjoni tal-heritage trail. Dan ilproġett se jkun qed jiswa madwar terz ta' miljun ewro ffinanzjat minn fondi Ewropej. Il-proġett kollu jkun finalizzat f 'Marzu li ġej, għalkemm il-bandli diġà qed isir użu minnu. Nazzjonalista ngħatat b'€190,000 permezz ta' direct orders mingħand Transport Malta biss. Minn informazzjoni li għandha ILLUM jirriżulta wkoll li din l-istess kumpanija ngħatat, permezz ta' direct orders, mal-€40,000 oħra mingħand il-Grand Harbour Regeneration Corporation fuq medda ta' erba' snin. B'hekk minn Transport Malta u l-Grand Harbour Regeneration Corporation Karl Borg ingħata 28 direct order b'valur ta' €230,000. L-istess Borg ingħata 120 direct order ieħor b'valur ta' €245,000 mis-segretarjat privat tal-eks Prim Ministru Lawrence Gonzi. Mija minn dawn id-direct orders ingħataw f 'sentejn konsekuttivi, l-2011 u l-2012. Biex mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru u millMinisteru li kien imexxi Austin Gatt, Karl Borg ingħata 150 direct order b'valur ta' kważi nofs miljun ewro. It-tieni inċident f 'sit ta' kostruzzjoni f 'ġimgħa ŻAGĦŻUGĦ ta' 22 sena residenti n-Naxxar jinsab f 'qagħda kritika wara inċident li seħħ ilbieraħ filgħodu f 'sit ta' kostruzzjoni f 'Ħal Għaxaq. L-inċident seħħ għal ħabta tad-9.30am. Skont stħarriġ preliminari tal-Pulizija, jidher li ż-żagħżugħ kien qed isuq gaffa żgħira meta din waqgħet għoli ta' ftit iżjed minn sular. Fuq il-post issejħu l-membri tal-Protezzjoni Ċivili, kif ukoll tim mediku li assistew liż-żagħżugħ u wara ttieħed l-isptar Mater Dei għall-kura. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi. Dan huwa t-tieni inċident f 'sit ta' kostruzzjoni f 'ġimgħa. Mark Gauci tilef ħajtu l-Ħamis li għadda. Gauci, ta' 27 sena mill-Imġarr inqabad f 'kabina ta' trakk mimli ġebel li għeleb.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 17 November 2013