Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/212253
SPORTSillum Il-Ħadd 17 ta' Novembru 2013 | illum 29 Is-sena 2013 – is-sena ta' Fabio Spiteri u Michelle Vella Wood fit-triathlon ŻGUR li din is-sena se tibqa' mniżżla b'ittri tad-deheb fil-karriera taż-żewġ triatleti Maltin, Fabio Spiteri u Michelle Vella Wood hekk kif dawn ġew ippremjati millFederazzjoni Maltija tatTriathlon bħala t-triatleti tas-sena. Huma kisbu dan il-premju ferm prestiġjuż minħabba li rnexxielhom jiksbu l-iktar punti mittlielaq li kienu involuti fihom matul l-istaġun kemm f 'Malta kif ukoll barra minn Malta. Iż-żewġ triatleti ta' suċċess liema bħalu kemm f 'pajjiżna kif ukoll barra minn xtutna rebħu dan l-unur għallewwel darba fil-karriera tagħhom. Barra minn dan it-titlu personali, Michelle Vella Wood kienet rebħet ukoll l-unur prestiġjuż fittriathlon tat-ToTy lura fl2006. Ilha tieħu sehem fiddixxiplina tat-triathlon għal madwar tmien snin. Din issena rnexxielha tirbaħ għallewwel darba fil-karriera tagħha, il-Kampjonati Nazzjonali tat-Triathlon u għalhekk m'hemmx dubju li l-edizzjoni ta' din is-sena se tibqa' mniżżla b'ittri tad-deheb fil-karriera tagħha bħala atleta rinomata f 'pajjiżna. Qabel ma bdiet tipprattika t-triathlon hija kienet tipprattika d-dixxiplini taċ-ċikliżmu u tal-ġiri. Bħalissa hija qed Fabio Spiteri u Michelle Vella Wood - l-aqwa triatleti ta' din is-sena tagħmel Dottorat (PhD) u xi ħaġa interessanti hija li r-raġel tagħha huwa wkoll il-kowċ personali tagħha. Matul din is-sena diġà rnexxielha tirbaħ ilKampjonat Nazzjonali tadDuathlon, il-Kampjonati talOpen Water Sea Swimming, il-BSJ Sprint Series u l-Middle Distance Triathlon fost oħrajn waqt li ġiet fit-tielet post fil-Maratona ta' Malta u fis-seba' post fil-grupp ta' età tagħha fl-Ironman tal-Awstrija fejn kisbet ħin rekord għal Malta. Hija titħarreġ malklabb ewlieni tat-triathlon f 'pajjiżna, Birkirkara St Joseph waqt li l-isponsor tagħha huwa BMIT Ltd. Nitfgħu l-ħarsa tagħna fuq it-triatleta tas-sena maskili, Fabio Spiteri, fejn ġurnata importanti għalih matul din is-sena żgur li kienet dik tas-17 t'Awwissu 2013 hekk kif huwa flimkien ma' disa' triatleti Maltin fost 2,400 triatleta ieħor minn madwar id-dinja ħadu sehem fittieni edizzjoni tal-Ironman Sweden Kalmar 2013. Din it-tellieqa kienet ir-raba' tellieqa tal-Ironman li Fabio Spiteri ħa sehem fiha li ratu jispiċċa fil-50 post overall minn xejn inqas minn 2,400 parteċipant. Temm fit- tmien post fil-grupp tal-età tiegħu u kiseb ħin totali ta' disa' sigħat u 35 minuta li huwa l-iktar ħin veloċi qatt irreġistrat f 'avveniment tal-Ironman. It-tellieqa msemmija hija komposta minn għawma ta' 3.96 kilometri li Spiteri temm f 'ħin ta' siegħa u sitt minuti, tiġrija bir-rota li kienet tikkonsisti f '180 kilometru ta' ċiklizmu li Spiteri temm f 'ħin ta' ftit iktar minn ħames sigħat kif ukoll tiġrija li tikkonsisti f 'maratona sħiħa ta' 42 kilometru li Spiteri temm f 'ħin ta' tliet sigħat u 16-il minuta, biex b'hekk Fabio Spiteri rreġistra l-aħjar ħin sa issa f 'tellieqa tal-Ironman. Barra minn hekk matul din is-sena wkoll li tista' titqies bħala waħda memorabbli għal dan it-triatleta ewlieni f 'pajjiżna, Spiteri rebaħ ilkampjonati tad-duathlon li kif stqarr ma' dan il-ġurnal huwa titlu li ried ħafna li jirbħu peress li kien tilfu matul is-sena li għaddiet hekk kif kien spiċċa fit-tieni post wara t-triatleta Keith Galea. Id-distanza f 'dawn il-kampjonati tad-duathlon kienet ta' għaxar kilometri ġirja, 40 kilometru bir-rota u ħames kilometri ġirja fil-bypass ta' Ħaż-Żebbuġ. Fabio Spiteri stqarr ma' Illum li bla dubju ta' xejn din kienet tellieqa interessanti għax din is-sena ħadu sehem l-atleti tad-duathlon kollha fosthom dawk stabbiliti Dermot Galea, Keith Galea, Brian Magri u Rudolph Agius li ħafna minnhom kienu rebħu l-kampjoanti tad-duathlon xi snin qabel. Fabio Spiteri kiseb ukoll riżultati ferm sodisfaċenti hekk kif spicca fit-tmien post filKampjnati Ewropej tatTriathlon li saru fit-Turkija f 'Ġunju li għadda li kienu jikkonsistu f 'għawma ta' 1.5 kilometri, 40 kilometru bir-rota u ġirja ta' 10 kilometri. Hemmhekk kif kien għamel fl-Ironman tal-Isvezja tellaq fi grupp ta' età ta' bejn il-35 u d-39 sena. L-istess Fabio Spiteri stqarr ma' dan il-ġurnal li kemm ilu jieħu sehem f 'kompetizzjonijiet tadduathlon u tat-triathlon, bħalissa jinsab fl-aħjar forma ta' ħajtu! Fost is-suċċessi li kiseb Spiteri matul din is-sena ma nistgħux ma nsemmux ukoll it-tieni post overall fil-Birkirkara Sprint Series u t-tieni post filKampjonati Nazzjonali tatTriathlon li ġew mirbuħa mit-triatleta, Keith Galea. Fabio Spiteri xtaq jirringrazzja lil dawn idditti ewlenin għall-appoġġ u s-sostenn kontinwu li jtuh fil-karriera tiegħu ta' triatleta: Garmin, Hebe, Maxi Nutrition, Go & Fun, The Wheel Wizard, Bowline, u Move by LXG. Felipe Massa jitlaq minn ma' Ferrari IS-SEWWIEQ Brażiljan ta' Ferrari, Felipe Massa matul l-istaġun li ġej se jkun qed isuq ma' Williams. Huwa se jkun qed jieħu post issewwieq Pastor Maldonado u se jkun qed jingħaqad mas-sewwieq Valtteri Bottas li diġà jifforma parti mit-tim ta' Williams u li matul din il-ġimgħa saħaq li Massa żgur li se jgħolli l-ispirtu fi ħdan l-istess tim. Dan it-trasferiment ma tantx ittieħed b'sorpriża mis-segwaċi tal-F1 madwar id-dinja hekk kif deher biċ-ċar li Ferrari kienu tilfu l-paċenzja massewwieq Brażiljan wara staġun ieħor diżappuntanti għalih fil-Formula 1. Ironikament, Massa li għandu 32 sena kellu wirjiet impressjonanti wara li Ferarri ħabbru li s-sewwieq Finlandiż, Kimi Raikkonenn kien se jerġa' jingħaqad ma' Ferrari bħala sieħeb Fernando Alonso matul is-sena d-dieħla. Massa huwa wieħed milliktar sewwieq esperjenzati u popolari fil-F1. Kull min jiftakar l-mod li bih huwa aċċetta l-fatt li Lewis Hamilton rebaħ it-titlu finali tal-2008 mingħandu, u dan meta s-sewwieq Brażiljan kien biss ftit mumenti 'l bogħod milli jkun inkurunat champion f 'pajjiżu stess, huwa xhieda ta' kemm Massa huwa raġel ġentlom u li jippossjedi ċerti valuri. Fl-istess ħin, Massa m'għadux is-sewwieq li kien qabel l-2009, meta inċident serju li fih kien involut matul il-GP fl-Ungerija deher li kien neħħa xi kwalità mis-sewqan tiegħu. Dan l-iffirmar ta' Massa ma' Williams ikompli jikkonferma r-relazzjoni tajba li teżisti bejn il-Williams u l-Brażil, li minnha fil-passat diġà bbenefikaw sewwieqa rinomati bħal m'huma Ayrton Senna, Nelson Piquet, Rubens Barrichello u Antonio Pizzonia. Felipe Massa jsellem lill-membri tat-tim tal-Ferrari fi tmiem l-avventura tiegħu ma' dan it-tim Taljan tal-F1