Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/212253
SPORTSillum 30 illum Il-Ħadd 17 ta' Novembru 2013 L-Islanda pass 'il bogħod mit-Tazza tad-Dinja u Malta nibqgħu l-art... Plejers tal-Islanda jiċċelebraw bil-kbir wara li kkwalifikaw għall-playoffs tat-Tazza tad-Dinja għall-ewwel darba fl-istorja tagħhom Sa ftit tas-snin ilu, il-futbol fl-Islanda kien l-iktar magħruf għall-modi strambi ta' kif il-plejers tat-tim mill-istess pajjiż Stjarnan FC kienu jiċċelebraw wara li jiskorjaw, bil-filmati ta' dawn jarawhom miljuni ta' nies fuq Youtube. F'dawn il-filmati kien jidher ġellied li jkun dak il-plejer li jkun għadu kif skorja li taparsi jagħti daqqiet ta' ponn lil sħabu l-plejers li ftit wara jaqgħu mal-art wieħed wara l-ieħor. Madankollu, 'il bogħod minn dan m'hemmx dubju li l-uffiċjali tal-futbol fl-Islanda kienu qed jieħdu l-affarijiet b'mod mill-iktar serju, fejn ħadmu qatigħ biex jgħollu l-istandards tal-futbol f'dan il-pajjiż ċkejken. Ir-riżultati ta' dan kollu ġew riflessi fil-wirjiet riċenti tat-tim nazzjonali, li iktar tard matul dan ix-xahar se jilagħbu 'playoff' fuq żewġ legs kontra l-Kroazja biex jippruvaw jirbħu post fit-Tazza tad-Dinja tal-2014 li se ssir fil-Brażil. Għalkemm l-Islanda għandha popolazzjoni ta' 320,00 ruħ li jfisser popolazzjoni ta' madwar 80,000 ruħ inqas minn Malta u għalhekk għandha inqas plejers minn Malta minn fejn tagħżel, l-Islanda rnexxielhom jimpressjonaw bis-sħiħ u għamlu l-mirakli fejn saħansitra kklasifikaw qabel pajjiżi ikbar u iktar ikkwotati fil-futbol bħal ma huma s-Slovenja u n-Norveġja biex spiċċaw fit-tieni post fil-grupp ta' kwalifikazzjoni li fih kienu involuti fejn ġew drò kontra t-tim li spiċċa fl-ewwel post f'dan il-grupp jiġifieri l-Isvizzera wara li kien qed jitlef bl-iskor kbir ta' 4-1. Uffiċjali tal-Federazzjoni tal-Futbol fl-Islanda saħqu li wieħed mill-ikbar żviluppi li saru filfutbol f'dan il-pajjiż kien dak li jinbnew 'full size indoor pitches' madwar il-pajjiż kollu biex jipproteġu lill-plejers mill-klima ħarxa li tikkaraterizza lil dan il-pajjiż Nordiku. Wara li telgħu l-poloz talplayoffs għat-Tazza tad-Dinja, l-Islanda kkwalifikaw biex jilagħbu kontra t-tim talKroazja, waqt li nhar il-Ġimgħa, ġewwa darhom f'Rejkjavik, irnexxielhom iżommu lillKroati fi drò ta' mingħajr gowls u dan meta spiċċaw jilagħbu b'10 plejers kmieni fit-tieni taqsima. F'kummenti li għadda lill-media, l-kowċ tal-Islanda Lars Lagerback faħħar bis-sħiħ lill-Federazzjoni tal-Futbol Islandiża hekk kif stqarr li l-uffiċjali ta' din il-Federazzjoni għamlu ħafna xogħol, speċjalment meta bnew dawn il-full size indoor pitches. Huwa kompla jgħid li llum fl-Islanda wieħed jista' jittrenja u jilgħab il-futbol matul is-sena kollha fejn dan kollu beda minn ħames sa għaxar snin ilu waqt li huwa jaħseb li din hija r-raġuni prinċipali għaliex il-futbol fl-Islanda għamel passi ta' ġgant 'il quddiem f'dawn l-aħħar snin. Fil-livell tal-youths il-Federazzjoni Islandiża, il-KSI, poġġiet enfasi fuq logħbiet li fihom ikunu nvoluti inqas plejers biex titjieb it-teknika waqt li kien hemm ukoll sforz biex jiżdied in-numru ta' kowċis lokali li jippossjedu kwalifikazzjonijiet tal-UEFA. Barra minn hekk il-KSI għamlet żgur li tinkludi timijiet f'kompetizzjonijiet ta' età ristretti kemm fil-futbol tal-irġiel kif ukoll fil-futbol tannisa biex b'hekk plejers iżgħar jingħataw iktar spazju li jilagħbu futbol kompetittiv. U la qed insemmu l-eżempju impressjonanti tal-Islanda, ma nistgħux ma nagħmlux referenza għat-tim nazzjonali Malti li lkoll niftakru li ftit tassnin ilu l-istess tim nazzjonali kien jegħleb lill-Islanda f'logħbiet ta' ħbiberija li kienu jsiru bħala parti mir-'Rothmans Tournament' f'pajjiżna. Iżda minn dak iż-żmien 'l hawn, ilkoll nafu kif l-istorja nqalbet ta' taħt fuq, fejn l-Islanda għamlu avvanzi enormi waqt li t-tim nazzjonali għalkemm għamel diversi avvanzi baqa' jitlef kontra bosta timijiet nazzjonali oħra u ġieli bi skors kbar. Fost dawn it-telfiet ma nistgħux ma nsemmux tliet telfiet umiljanti u diżappuntanti li t-tim nazzjonali sofra fl-aħħar ġimgħat – dik ta' 6-0 barra minn darna kontra l-Bulgarija, 4-1 kontra r-Repubblika Ċeka f'Ta' Qali u l-aħħar telfa kbira ta' 6-0 kontra d-Danimarka f'Kopenħagen. Madankollu, ma nistgħux ma nirrimarkawx l-avvanzi kbar li saru fil-futbol Malti grazzi għall-amministrazzjoni preżenti mmexxija fost oħrajn midduo ferm ħabrieka Norman Darmanin Demajo u Bjorn Vassallo. Biżżejjed wieħed ikun fuq ajruplan u jagħti ħarsa lejn Malta fejn jara numru kbir ta' grawnds bil-ħaxix naturali u artificjali li saru mill-amministrazzjoni preżenti tal-MFA li jemmnu bis-sħiħ li biex il-futbol Malti jimxi 'l quddiem irid isir investiment kbir fil-klabbs kif fil-fatt qed isir. Però sfortunatament għadna ma lħaqniex il-livelli tal-Islanda, anzi għadna mili 'l bogħod. Min jaf x'se jsir fil-futur? Tgħid se jirnexxielna nilħqu l-livelli talIslanda? Nistennew u naraw! L-uniku referee Malti preżenti fil-Kampjonati Mondjali tal-Weightlifting JESMOND Caruana, President tal-Għaqda Maltija tal-Weightlifting (MWA) intgħażel mill-Federazzjoni Internazzjonali talWeightlifting sabiex ikun wieħed mir-referees waqt il-kampjonati tad-dinja illi saru ġewwa Wroclaw, il-Polonja matul il-ġimgħa li għaddiet. Din mhux l-ewwel darba li Caruana ngħata rwol daqshekk importanti, huwa diġà kien irrefja l-aħħar kampjonati tad-Dinja illi saru ġewwa Pariġi kif ukoll bħala uffiċjal tekniku fl-aħħar Olimpjadi li saru ġewwa Londra, kif ukoll jirreffja kampjonati taddinja u tal-Ewropa fuq kull livell, inkluż ukoll Commonwealth Games u ħafna oħrajn. ILLUM tkellmet ma' Jesmond Caruana nnifsu, fejn talbitu jtina rendikont dettaljat ta' x'fissret din l-esperjenza unika fil-karriera tiegħu. Huwa afferma li: "L-esperjenza ġewwa Wroclaw kienet sabiħa ħafna, l-organizzazzjoni kienet eċċellenti u l-eluf kbar ta' nies li attendew għal dan il-kampjonat kompla joħloq atmosfera ferm pożittiva. Referees magħżula għal dawn il-kampjonati jkunu mpenjati ħafna peress li minbarra l-kategoriji ta' livell 'A' li jidhru fuq it-televixin ikun hemm għadd ta' livelli oħra. Min-naħa tiegħi nista' ngħid li jien kburi ħafna li minn gżira żgħira bħal Malta nkun magħżul f 'dawn il-kompetizzjonijiet, fost eluf ta' referees minn madwar id-dinja. Ovvjament fi sport bħalma huwa l-weightlifting trid toqgħod ħafna attent għal żbalji li jistgħu jsiru, anki minħabba l-veloċità talistess moviment waqt ir-refa'. Jien min-naħa tiegħi nkun dejjem attent sabiex ma nagħtix lok għal żbalji. U ta' importanza kbira li tkun taf sew ir-regolamenti għax iddeċiżjoni tkun trid tittieħed fi frazzjoni ta' sekonda u żgur li ma hemmx ċans li toqgħod taħseb. Kont kuntent ħafna wkoll illi kont il-'head referee' fl-aħħar kompetizzjoni dik tas-'Super Heavy Weights,' ovvjament din hija l-iktar kategorija li tiġbed eluf kbar ta' spettaturi fis-sala kif ukoll eluf kbar minn madwar iddinja bi trasmissjoni diretta televiżiva. Għalhekk nista' ngħid li minkejja li għandi esperjenza tajba f 'kull qasam tal-weightlifting, xorta jkolli eċitament kbir fuqi minħabba li kollox ikun irid imur eżatt, fejn f 'dawn ilgruppi jkun hemm pressjoni kbira minn kowċis u atleti għar-rebħ tal-midalji." Il-President tal-MWA, Jesmond Caruana, l-uniku referee Malti li kien preżenti fil-Kampjonati Mondjali tal-Weightlifting