Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/212253
SPORTSillum Il-Ħadd 17 ta' Novembru 2013 | illum 31 Ħasbet li l-karriera tagħha fl-atletika kienet spiċċat REBECCA Camilleri, iċchampion tal-long jump f 'pajjiżna li matul din is-sena affrontat żmien ferm diffiċli meta sofriet minn injury twila u sfortunata. Iżda Camilleri tinsab dererminata biex tirritorna iktar b'saħħitha kemm fl-atletika kif ukoll fil-ħajja in ġenerali. ILLUM tkellmet ma' din l-atleta li tgħix fl-Italja fejn qed tagħmel Dottorat fejn talbitha ttina rendikont dettaljat ta' x'ġara eżatt meta sofriet din l-injury u kif qed tipprepara ruħha biex terġa' tirritorna fil-quċċata talatletika f 'pajjiżna. Camilleri qalet li "L-istaġun li għadda tal-atletika kien jinkludi l-aqwa u l-agħar esperjenzi tal-karriera tiegħi fl-atletika sa issa. Ilpreparazzjoni għall-istaġun 'outdoor' kienet diffiċli ħafna, l-iktar minħabba l-fatt li kont qed nitħarreġ f 'kundizzjonijiet kesħin u umidi ħafna u minħabba l-fatt li kont nitħarreġ flItalja, fejn qed ngħix bħalissa u qed nagħmel id-Dottorat (PhD), il-kowċ tiegħi ma kienx miegħi. Għalkemm tħarriġt f 'kundizzjonijiet kesħin, irnexxieli nagħmilha għal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar mingħajr injury. Sfortunatament, kif jiġri xi drabi fl-isports, għalkemm tħarriġt ħafna u kelli preparazzjoni ottima, ilwirjiet tiegħi f 'dawn illogħbiet ma kinux dawk li kont qed nistenna u anki dak li ħaddiehor kien qed jistenna minni. Dawn kienu l-ewwel logħbiet tal-pajjiżi ż-żgħar li fihom ma rbaħtx midalja. Din kienet xi ħaġa ferm diffiċli għalija biex naċċetta wara disa' xhur twal ta' preparazzjoni intensiva u sagrifiċċji. Ħassejt li kont iddiżappuntajt lili nnifsi, lill-kowċ tiegħi u anki lit-tim tiegħi. Il-qawwa ta' kull atleta tiġi ttestjata fi żminijiet bħal dawn, u għalhekk iġġilidt ħafna biex ntejjeb lili nnifsi u nħares 'il quddiem lejn ilkompetizzjoni li kien imissni. Ftit tal-ġimgħat wara kelli nikkompeti fil-Kampjonati Ewropej tat-timijiet li kienu qed isiru fis-Slovakkja u għal darb'oħra kelli nirrappreżenta lil Malta fil-long jump, fil100 metru u l-4x100m relay. Psikoloġikament din kienet kompetizzjoni diffiċli għalija, wara l-wirja diżappuntanti li kelli fil-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Lussemburgu. Ittaħriġ intensiv li kont għamilt qabel swieni ħafna hekk kif kien propju matul dawn il-kompetizzjonijiet, li ksibt l-aqwa riżultat ta' ħajti, fejn qbiżt distanza ta' 6.30 metru, u ġejt fit-tieni post overall. Din il-qabża ferm mistennija minni ma kinitx biss l-aqwa qabża li kont għamilt f 'ħajti u rekord nazzjonali iżda wkoll kien ifisser riżultat ferm prestiġjuż fuq livell Ewropew. Kont verament kuntenta li rnexxieli nikseb dan it- tragward u ħassejt li kelli iktar x'nagħti. Kont onorata li niġi magħżula biex nirrappreżenta lil Malta fil-Logħob talMediterran li kellhom isiru f 'Mersin fit-Turkija ftit jiem wara li kont involuta filKampjonati Ewropej tattimijiet. U għalhekk wara din il-quċċata li kont ilħaqt, il-ħolma li kont irrealizzajt u wara xejn inqas minn 28 siegħa ta' vjaġġar, wasalt fitTurkija ppreparata biex nirbaħ midalja f 'dawn il-logħbiet internazzjonali. Ma kien hemm xejn li kellu jwaqqafni u ma kelli l-ebda skuża. Kont fl-aqwa tiegħi u kont lesta li nagħti l-aħjar tiegħi, għall-fatt li kont naf li l-aħjar tiegħi seta' jrebbaħni post fuq il-podju. Iżda, sfortunatament, jumejn qabel il-kompetizzjoni li kelli nkun involuta fiha, u 48 siegha wara l-qabża millaqwa ta' 6.30 metru li kelli fis-Slovakkja, matul sessjoni ta' taħriġ bi preparazzjoni f 'Mersin fit-Turkija, waqajt ħażin ħafna u ksirt it-'tibial plateau' fl-irkoppa tiegħi. Ma stajtx nemmen dak li kien ġrali, kont ixxukkjata u ferm diżappuntata flimkien mal-kowċ tiegħi Jivko li qagħad bilqiegħda warajja fl-ambulanza jżommli idi, it-tnejn mingħajr kliem. Il-ħolm tiegħi ġew imkissra u għalkemm ma kontx f 'pożizzjoni li nieħu deċiżjonijiet kbar f 'ħajti, ma stajtx nimmaġinani li stajt nerġa' nirritorna fl-atletika wara injury bħal din. Ħallejt il-villaġġ tal-atletika bħala kontendenta għar-rebħ talmidalji, u rritornajt ftit sigħat wara b'sieqi miksija fil-ġibs u nimxi bil-krozzi. Il-ġurnata ta' wara, grazzi għall-Kumitat Olimpiku Malti, kont fuq ajruplan lura Malta flimkien mal-kowċ tiegħi biex immur għand it-tabib ortopediku. Dan kollu seħħ eżattament erba' xhur ilu, fejn irriżulta li dan kien wieħed mill-iktar testijiet sinifikanti fil-ħajja tiegħi. Ħafna nies qaluli ħafna affarijiet rigward iż-żmien li fih kelli nirritorna fl-atletika, b'uħud jgħiduli li kont se ndum minn tlieta sa erba' xhur biex nimxi mingħajr krozzi b'oħrajn ikunu iktar ottimisti. Fl-aħħar mill-aħħar kien jiddependi minni biex nemmen li stajt nirkupra minn dan kollu. U għalhekk għext dan il-perjodu f 'ħajti bħala test ieħor tas-saħħa tiegħi kemm bħala atleta kif ukoll bħala persuna. Kienu erba' xhur verament diffiċli għalija, u qegħdin ikomplu juruni li huma diffiċli hekk kif ninsab għaddejja miż-żmien ta' riabilitazzjoni. Bħalissa bdejt niġġoggja u bil-mod il-mod qed nibni s-sessjonijiet ta' taħriġ tiegħi skond kif irkoppti tippermettili. Qed insir iktar b'saħħti kemm fiżikament u speċjalment psikoloġikament biex naffaċċja l-isfidi li jmissni bħala atleta nazzjonali. Rebecca Camilleri qed tipprepara lilha nnifisha biex tikkwalifika għal-Logħob tal-Commonwealth li se jsiru fl-Iskozja f'Lulju tas-sena d-dieħla L-imħabba tiegħi għallisport għenitni ħafna biex nibqa' niġġieled kull ġurnata u ma naqtax qalbi. Madankollu ma stajtx ngħaddi minn dan kollu u noħroġ minn din is-sitwazzjoni iktar b'saħħti li kieku ma kienx għallgħarus u partner fl-atletika, Federico, li għeni f 'dan kollu ġurnata wara l-oħra u qatt, lanqas darba waħda ma ħallieni waħdi! Ippermettili nieħu din l-opportunità biex nirringrazzja wkoll lill-Kumitat Olimpiku Malti (KOM), speċjalment lit-tim mediku tagħhom, għallpariri u l-appoġġ tagħhom matul dan iż-żmien kollu. Grazzi minn qiegħ qalbi lill-familja tiegħi kollha, lill-ħbieb u lill-partners fittaħriġ tiegħi li żaruni ħafna drabi, inkoraġġewni bis-sħiħ permezz tal-kliem tagħhom u tawni appoġġ bla qies! Nirringrazzja lill-kowċ tiegħi, Jivko, li dejjem jemmen fija! Ninsab grata għal kulħadd li għenuni negħleb din is-sitwazzjoni iktar b'saħħti kemm bħala atleta kif ukoll bħala persuna. Issa, hekk kif qed inħares 'il quddiem, għalkemm fadalli triq twila ta' riabilitazzjoni, qed nipprepara lili nnifsi biex nikkwalifika għal-Logħob tal-Commonwealth li se jsiru fl-Iskozja f 'Lulju tas-sena d-dieħla. Min jaf, forsi din id-darba, insib lili nnifsi fuq dak il-podju!", temmet tgħid Rebecca Camilleri.