Illum previous editions

illum 17 November 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/212253

Contents of this Issue

Navigation

Page 31 of 35

SPORTSillum 32 illum Il-Ħadd 17 ta' Novembru 2013 Zammit u Abela jiddominaw l-Autocross u l-aħwa Camilleri jiddominaw il-Motocross NHAR il-Ħadd li għadda, l-Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi (ASMK) kompliet bl-attivitajiet tal-istaġun ASMK Pasta Poiatti 2013/14. Is-Sezzjoni Autocross organizzat itTielet Avveniment filwaqt li l-Motocross għamlu l-ewwel attività uffiċjali talKampjonat. Il-programm beda fl-10am b'quddiesa ċċelebrata fuq il-post li ilha ssir snin twal b'din is-sena tkun id-9 sena. Din iddrawwa ta' kull sena issa daħlet sew mal-membri talASMK. Il-programm beda bissezzjoni ta' taħriġ għallmuturi Motocross, segwit mill-ewwel heat tal-ġurnata kif ukoll għall-Kampjonat 2013/14. Fi Klassi A rajna l-ewwel rebħa għal Clayton Camilleri fuq KTM segwit mill-aħwa Muscat - Paul, Chris u Trevor fuq muturi KTM. Kollha taw dehra spettakolari għall-fatt li sewwieq fil-Motocross jirrikjedi ħafna taħriġ matul il-ġimgħa u dan deher ċar mill-att fiżiku ta' kull sewwieq. Camilleri li millewwel 'heat' tiegħu deher tajjeb spiċċa biex rebaħ ilkumplament tal-'heats' kollha waqt li kien segwit dejjem minn Paul Muscat tant li dan għalaq il-ġurnata fit-tieni post segwit minn Stefan Dimech fuq Honda li spiċċa fit-tielet post wara li Chris u Trevor Muscat tilfu heat kull wieħed matul il-ġurnata minħabba ħsara teknika. Fi Klassi B rajna lil Kyle Camilleri fuq Suzuki RM 85cc jiddomina l-ġurnata. Minkejja li ma rebaħx ilheats kollha tal-ġurnata xorta waħda kellu punti biżżejjed biex jirbaħ din il-klassi u spiċċa b'70 punt minn 75. Dan kien segwit minn Pierre Jourdan fuq KTM 150cc 2T li huwa sewwieq ġdid f 'din il-klassi li rnexxielu jirbaħ it-tieni pożizzjoni b'64 punt. Jourdan kien segwit minn Hughston Ciantar fuq Kawasaki 250cc li spiċċa l-ġurnata b'54 punt. Fl-Autocross ġiet organizzat it-tielet Tiġrija tal-kampjonat fuq korsa b'direzzjoni kontra l-arloġġ. Din kienet iddominata minn kompetizzjoni qawwija tant li Matthew Borg biss fuq Opel Nova rnexxielu jirbaħ il'heats' kollha tal-ġurnata fejn awtomatikament jieħu postu fil-finali klassi A. Miegħu kkwalifikaw Vince Farrugia fuq VW Polo, Melo Zammit fuq Ford Escort MK3, Josef Grech fuq Ford Fiesta MK3, Mario u Andreas Scicluna t-tnejn fuq Opel Corsa. Mat-tluq ta' din il-finali rajna lil Farrugia joħroġ tajjeb ħafna. Segwit viċin tiegħu kien hemm Zammit u Scicluna Mario fejn salewwel kantuniera waslu biex kienu ras imb ras. Zammit li kellu l-aħjar pożizzjoni spiċċa biex ħa tmun tat-tiġrija segwit minn Farrugia u Scicluna. Scicluna ftit qabel tmiem l-ewwel dawra kien issuperat minn Borg. Scicluna kellu jkompli t-tiġrija fir-raba' post sakemm wara kuntatt li kellu ma' Borg spiċċa kellu jirtira mit-tiġrija minħabba li nfetaħlu l-bonnet. L-attenzjoni kienet kollha fuq Borg fejn mill-ewwel beda jagħmel pressjoni fuq Farrugia iżda wara żball Josef Grech fuq Ford Fiesta min-naħa ta' Borg billi mess it-tyres mal-ġenb tal-korsa. Huwa spiċċa fuq żewg roti b'Farrugia jkun strumentali biex Borg jerġa' jiġi fuq l-erba' roti. It-tiġrija kompliet fejn l-ewwel tliet pożizzjonijiet żammew posthom b'vantaġġ marġinali bejniethom bir-riżultat finali jkun: Zammit jirbaħ din il-finali ta' 9 laps segwit minn Farrugia u Borg rispettivament. Fl-Autocross Klassi B rajna Start Line kompost minn Gordon Johnson fuq Peugeot 205, Malcolm Borg u Ryan Scerri t-tnejn fuq Opel Corsa, Andrew Pisani, Josef Abela u Philip Joe Vella t-tlieta fuq Opel Nova. Mat-tluq ta' din il-finali rajna lil Abela joħroġ tajjeb ħafna ma' ġenb Pisani u Johnson fejn wara l-ewwel kantuniera Abela rebaħ l-ewwel pożizzjoni segwit minn Johnson u Vella rispettivament. It-tiġrija kompliet b'Johnson jipprova jagħmel l-ewwel attakk tiegħu fuq Abela imma Vella kien pront jirrispondi għal din l-azzjoni tant li spiċċa ħa post Johnson biex dan talaħħar kellu jaqa' pożizzjoni. It-tiġrija kompliet bl-ewwel tliet sewwieqa juru l-ħiliet tagħhom fis-sewqan tant li baqgħu mwaħħlin flimkien bl-istess ġirja b'vantaġġ żgħir marġinali bejniethom salbandiera tat-tmiem. Ir-riżultat finali spiċċa b'Abela jagħmel l-ewwel rebħa tiegħu segwit minn Vella u Johnson rispettivament. Fir-raba' post spiċċa Pisani segwit minn Borg u Scerri filħames u s-sitt post. Intant, l-attivitajiet tal-ASMK se jkomplu llum. Is-Sezzjoni Moto-Trials se jsuqu t-tieni attività tal-Kampjonati ASMK Pasta Poiatti li se tittella' għall-ewwel darba filbarriera msejħa tas-Sgħajtar, limiti tan-Naxxar. Dan seta' jkun possibbli grazzi għallBlokrete Ltd u Thomas Smith Insurance. L-attività tibda fid-9am u tkun imqassma fuq sitt sezzjonijiet. Id-dħul huwa bla ħlas. Għal aktar informazzjoni, wieħed jista' jżur is-sit elettroniku www. asmk.org.mt It-tennista Vives tinstab pożittiva għad-doping Nuria Llagostera Vives ġiet sospiża għal sentejn wara li ttestjat pożittiva għas-sustanza 'd-methamphetamine' MATUL din il-ġimgħa, it-tennista Spanjola Nuria Llagostera Vives, rebbieħa tad-doubles fil-kampjonati tad-WTA tour tal-2009, ġiet sospiża għal sentejn wara li ttestjat pożittiva għas-sustanza 'd-methamphetamine,' skont il-Federazzjoni Internazzjoanli tat-Tennis, l-ITF. Llagostera Vives li twieldet f'Mallorca fi Spanja u li għandha 33 sena pprovdiet 'sample' talawrina fil-kompetizzjoni 'Bank of the West Classic' fi Stanford f'Lulju fejn hija kienet qed tikkompeti fid-doubles. Wara analiżi li saret fil-laboratorju akkreditat tal-WADA f'Montreal fil-Kanada, instab li t-tennista Spanjola kienet għamlet użu mill-imsemmija sustanza pprojbita. Llagostera, li rebħet żewġ titli tas-singles u 16il titlu tad-doubles fil-karriera tagħha, ċaħdet li kienet għamlet użu minn din is-sustanza deliberatament u saħqet mattribunal ikkonċernat li seta' kien il-każ li hija kienet ħadet issustanza 'd-methamphetamine,' hekk kif kienet xorbot minn flixkun tal-ilma żbaljat waqt li kienet qed tagħmel it-taħriġ tagħha.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 17 November 2013