Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/212253
6 illum | Il-Ħadd 17 ta' Novembru 2013 "L-isfida hija li tkun rilevanti minkejja li ma tkunx popolari" F'ħajja daqshekk mgħaġġla, b'kultura materjalista, bosta jibqgħu mistagħġba kif hawn min jitħajjar jidħol għal din l-isfida. Il-gazzetta ILLUM intervistat lil Fr. Luke Cutajar, djaknu ġdid mimli ħeġġa u enerġija, li nhar il-Ġimgħa 8 ta' Novembru flimkien ma' Brian Gialanze seminarista u Fra Christian A Borg u Fra Joseph Formosa mill-Ordni talFranġiskani Konventwali ġew ordnati djakni. JEROME CARUANA CILIA jccilia@mediatoday.com.mt L-irwol tiegħek bħala djaknu. X'ser tkun qed tagħmel? Bħala djaknu jeħtieġ li naqdi. Naqdi lil min? Lillbnedmin, flimkien mal-Isqof u s-saċerdoti li jaqdu lil dawk l-aktar fil-bżonn. Però dan immexxi mill-Kelma t'Alla li nirċievu bħala Knisja, u li rridu nilqgħuha u ngħixuha biex inħabbruha u nkunu xhieda tagħha. Din il-Kelma tasal ukoll għand il-poplu t'Alla fl-Ewkaristija, l-akbar rigal li jsostnina, speċjalment lil min għaddej mit-tbatija. Bħala djaknu ngħin ukoll fil-bini tal-komunità u fl-imħabba lejn il-persuni. X'inhuma r-raġunijiet li wasslu biex il-Knisja Kattolika titlef ħafna mill-popolarità li kellha f'pajjiżna? X'inhuma l-isfidi li l-Knisja qed tiltaqa' magħhom? Ritratt: Photocity Għalfejn għażilt din it-triq u xi sfidi ġġib magħha? "Mhux intom għażiltuni imma jien għażiltkom biex tagħmlu l-frott u l-frott tagħkom jibqa'" qalilna Ġesù flEvanġelju. Nemmen li l-Mulej isejjaħ lil kulħadd għaliex kulħadd għandu sehem fil-pjan ta' Alla. Lili sejjaħli għal din ilmissjoni u kuntent ħafna. Żgur li l-Mulej jagħtina l-għajnuna meħtieġa biex nagħmlu l-frott. Ma jfissirx li ssir ħaġa faċli, anzi l-isfidi li ġġib magħha missjoni bħal din iġegħluna neħduha bis-serjetà u b'responsabbiltà. Sfidi bħal l-għixien taċ-ċelibat b'mod li jagħti l-ħajja, fi mħabba awtentika u miftuħa għal kulħadd, id-dmir lejn is-superjuri tiegħi, eċċ. Però, l-ikbar sfida hija li nibqa' nafda fil-Mulej – il-bqija jiġi wara. Luke Cutajar, Christian A Borg, Brian Gialanze u Joseph Formosa flimkien mal-Arċisqof ta' Malta Pawlu Cremona Il-Knisja ġiet fdata biex twassal l-aħbar ta' Kristu, li fit-tbatija wkoll hemm ilħajja. Dak li huwa tajjeb u moralment aċċettabbli mhux dejjem huwa popolari. L-isfida hija li tkun rilevanti minkejja li ma tkunx popolari. Kull midneb għandu postu filKnisja, għalhekk għandna r-responsabbiltà li nwasslu l-imħabba ta' Ġesù li tfejjaq, għaliex in-nies qed jafdaw fiha. Fost l-isfidi, li anke rrikonoxxa l-Papa Franġisku, insibu li l-Knisja trid ixxandar il-kelma bis-sempliċità u bl-umiltà, filwaqt li teżerċita d-dritt li tesprimi l-fehma tagħha b'servizz lin-nies. Il-Papa jwissi però li Alla ħalaqna ħielsa għalhekk l-indħil spiritwali fil-ħajja personali m'għandux ikun. Ma taħsibx li għal bosta żgħażagħ il-Knisja hija rrilevanti? Hija rrilevanti għaż-żgħażagħ daqskemm żgħażagħ oħra, li għandhom għal qalbhom il-messaġġ ta' Kristu, lesti jagħtu xhieda tal-ferħ talħajja Nisranija. Ħajja bħal din tisfidana u tqajjem ħafna mistoqsijiet, u hekk għandu jkun biex tkun worth it tidħol għaliha. L-għatx għall-verità u għal dak li huwa tajjeb jinsab fil-maġġoranza assoluta tażżgħażagħ. Kulħadd ifittex dak li hu spiritwali, imma mhux neċessarjament fil-Knisja, però l-Knisja toffri spazju fejn tista' tiltaqa' mal-verità ta' Kristu fil-komunità. Tajjeb li nsemmu r-rilevanza tal-Knisja waqt iċ-ċelebrazzjonijiet tal-Jum Dinji taż-Żgħażagħ. Tara mijiet ta' eluf ta' żgħażagħ mimlija entusjażmu għal dak li jemmnu fih. Ix-xewqa għat-tajjeb li għandhom iż-żgħażagħ, (u jiena magħhom bħala żagħżugħ), ma tissodisfax ruħha bi kliem vojt u teoriji fl-ajru, għalhekk insibha taqbel ħafna malmessaġġ propju ta' Kristu, li hu l-imħabba konkreta. Hemm bżonn ta' bidla filKnisja u kif? Il-Knisja diġà qed tinbidel u ser tibqa' tiġġedded. Hemm bżonn ta' bidla l-ewwelnett fl-atteġġjamenti lejn il-persuni. Kif jista' jkun li ma jkollokx ħeġġa "ħerqana u kostanti għal dawk li huma 'l bogħod" (biex nuża l-kliem tal-Papa Franġisku), u tikkuntenta biss bis-sempliċi amministrazzjoni? Il-Knisja trid tieħu l-okkażjoni li, filwaqt li twassal dak li rċeviet, tkompli tinbidel bħalma għamlet tul iż-żminijiet biex tkun iktar awtentika, biex tibqa' Knisja tan-nies u għan- nies, immexxija mill-ispirtu ta' Kristu li jġedded. Li tkun Nisrani huwa li tkun raġel u mara mimlija bil-ferħ u tgħaddi d-don tal-ferħ lill-oħrajn, mhux dwejjaq. L-ewwel ftit xhur ta' Papa Franġisku… x'jidhirlek? Papa li ma jiġġudikax, imma Papa li jaf lil Kristu. Bl-istil partikolari tiegħu, il-Papa Franġisku qed ikompli fuq ta' qablu u juri kif il-bniedem u d-dinjità tiegħu jiġu qabel kull ħaġa oħra materjali. Qed inissel tama, bi kliemu imma iktar u iktar bil-ġesti tiegħu; tama għal kull persuna. Issempliċità f 'li jagħmel tolqotni u tispirani biex napplikaha f 'ħajti u fis-servizz tiegħi. Nara li l-Papa qed joħloq kuntatt u relazzjonijiet f 'dan il-"villaġġ globali" permezz ta' lingwaġġ uman u li jinftihem. Il-Maltin u ċ-ċanga KULL Malti jiekol madwar kilo u kwart ta' ċanga fis-sena. L-ammont f 'kilogrammi ta' ċanga li kkunsmaw il-Maltin fil- perjodu ta' bejn April u Settembru 2013 huwa ta' 527,799. Dan qalu l-Ministru għallIżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima Leo Brincat bħala risposta għall-mistoqsija parlamentari tad-deputat Nazzjonalista Ċensu Galea. Mill-banda l-oħra, f 'Malta ttieklu 35,298 fenek fl-istess perjodu fl-2013, żieda fuq l-2012 fejn l-ammont kien ta' 33,242 u tnax-il elf inqas mill-2011. Dawn il-figuri ma jinkludux il-fniek maqtula f 'dawk l-irziezet li għandhom anqas minn 50 fenek hekk kif ma tinżammx statistika ta' din il-qatla.