Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/212253
Il-Ħadd 17 ta' Novembru 2013 | illum 15 In-Nimrod jgharrex ... u l-Buzu jzekzek JOHN BUSUTTIL KULĦADD jaf li jien dilettant tal-films u dilġimgħa wara erba' sigħat imwaħħal mat-TV nisma' żewġ Kapi dei Kapi jissieltu kontra xulxin…spiċċajt noħlom bihom… Żewġ kajbojs 'żgħażagħ' (la x-xitan irid jgħidilhom hekk) Kajboj Joe (li xagħru qed jisparixxi) u Kajboj Xmun (li xagħru qed jibjadlu) jinsabu faċċata ta' xulxin lesti biex jikkumbattu wieħed kontra l-ieħor… fl-isfond id-diska ta' The Good (Xmun li jemmen li tista' tkun tajjeb u diżonest fl-istess ħin ), The Bad (Jowey magħruf li joffri t-tajjeb u jaħbi l-ħażin), and The Ugly (uħud mis-segwaċi tagħhom… sorry imma hemm wisq minnhom koroh biex insemmihom kollha). L-istorja Kajboy Xmun tela' fuq ħajt u qabad il-qasba li tah kajboj Jowey fil-baġit u beda jistad biex forsi jaqbad lil Jowey fis-sunnara... u balleċ qabad u tgħidx kemm ċapċpulu ta' madwaru… 'bravu s-superboy tagħna'… u dan b'dik it-tbissima hekk magħrufa bħala infantili tella' mazzun kbir… u baqa' ċċassat għax flok lil Jowey qabad ħuta li kienet tinten minn rasha u nstema' jgħid, "Il-kazz kemm jien beżżul ma nistax neħles minn Wenzinu." (Insomma hawn ftakar fih) Sadanittant Kajboj Jowey kien taħt il-ħajt bl-iżbandola f 'idu (għax meta kien il-Palestina għallmuh jużaha sew) tefa' l-ġebla u laqat eżatt. Laqat lil kajboj Xmun f 'rasu u dan waqa' minn fuq il-ħajt u tfarrak għal kollox. U kajboj Jowey u l-enturaġġ massiċċ tiegħu 'lived happily ever after.' Jew aħjar hekk qed jaħseb. Li ma jafx hu li fil-films dawk li jidhru mejtin u mirbuħa ħafna drabi jerġgħu jqumu u fil-film li jkun imiss ikunu huma li jirbħu… Imma dak fil-films… Jowey, in-nursery rhymes u l-fairy tales Mela n-Nimrod kien qed iħuf fuq Burmarrad u lemaħ lil Jowey fil-ftit ħin li jkun id-dar jgħin liż-żewġ prinċipessi tiegħu jistudjaw. Għax għandkom tkunu tafu li f 'din in-naqra gżira tgħidx kif imtlejna bil-prinċipessi kemm ilna bil-Fejsbook speċjalment, kulħadd jitfa' r-ritratti juri kemm għandu prinċipessi sbieħ. Ħeqq u ta' Jowey mhux inqas hux vera… anzi naħseb li dawk l-aktar li huma qrib ta' prinċipessi eh… Insomma ħa nkompli… għax malajr ninsa x'kont se ngħid… Mela Jowey spiċċa li aktar għallmuh il-prinċipessi ċkejknin tiegħu milli għallem lilhom… u ta' dan għandi l-provi… Bħal dejjem qabel l-aħbarijiet tal-ONE ikun hemm il-programm Aqrali Storja u din id-darba kien imissu Jowey li joħroġ l-għerf li kien tgħallem mill-kotba tal-fairy tales… fejn qabblilna Sant lemaħ lill-partner tiegħu fl-Ewropa s-suċċess fl-enerġija ma' Alice in Wonderland... lil Xmun u sħabu ma' Humpty Dumpty… u lid-diskors ta' Xmun ma' Ghost Story... anzi nesiha l-ħrafa ta' Pinocchio… Il-vittmi tal-vot Qed toqrob l-elezzjoni għal dawk li tant jagħmlu sagrifiċċji għal pajjiżna u bdew jitfaċċaw il-vittmi tas-sagrifiċċju. Hemm wieħed li spiċċa arrestat għax tilef ir-ritratti li ġibed fuq ittablet (xi trid tagħmel ma kienx tal-mestier hux)…miskin spiċċa anke l-Qorti…u għadda minn trawma kbira! Dan il-każ fi ftit sigħat ingħalaq u minn vittma spiċċa eroj! Mhux hekk tant kienet kbira t-trawma tiegħu li ried ikun mistieden fuq kull stazzjon! Xejn xejn ikun jista' jagħti eżempju ta' kemm sar progress fil-qrati Maltin fejn hemm min każ ħadlu 43 sena u l-każ tiegħu lanqas ħa siegħa! Tant għoġbitu din tal-vittma li issa qed jitħajjar jissagrifika ruħu fi Brussell. U jidher li ħafna kandidati għal ħrief tas-sagrifiċċju qed jaraw li ċ-ċans tagħhom biex jiġbru l-voti huma li f 'xi ħin jew ieħor jidhru bħala vittmi. Hemm min ilu jitkarrab u jdur festi u każini biex fl-aħħar jagħtuh it-timbru. Hemm min joħroġ jgħajjat li gidbu fuqu u wara l-gidba jitfa' n-nominazzjoni. U hemm min ħoloq protesta fil-pjazza tal-parlament biex forsi jħeġġeġ lil xi ħmar pulizija jarrestah ta' xejn u joħroġ rebbieħ mal-avukati mill-qorti. Anzi ma kienx hemm xi patrijott żagħżugħ Malti li ta n-nar lilu nnifsu ejja! Għandna ħarufa li skopriet Għawdex u tgħidx x'tagħqad u ddur Għawdex u tikteb kemm hu sabiħ Għawdex fejn indunat li f 'Għawdex imissha tinħoloq klima biex jinħoloq ix-xogħol għall-Għawdxin. U mhux ġust li kien hemm min staqsiha fejn kienet dawn l-aħħar 25 sena. Vera nies ma tapprezzawx li din kienet qed taħdem għal Malta u issa li Malta sejra tajjeb daret għal Għawdex. U mhux vera marret tugża lil Malta fl-Ewropa dwar il-liġi taċ-ċittadinanza, dik anzi marret tiftaħar li issa Malta konna kapaċi li bil-flus jekk ma jirnexxilekx tixtri l-kuntentizza tista' tixtri l-passaport. U xi ngħidu għal Fredu li għadu jfittex il-partner tiegħu fl-Ewropa u skont dan ir-ritratt jidher li lemaħha mill-bogħod! Smajtuha tal-aħħar? Qed jgħidu li l-uniku ċans li baqa' biex tilħaq f 'xi bord tal-Gvern issa m'għadux li tkun fuq billboard għax dawk inħlew kollha issa... iżda li toħroġ illanżit u r-rabja fuq il-Fejsbuk u 'voilà' ir-rebħa tiegħek tkun… U xi ġrali l-ġimgħa l-oħra!? Blajt sunnara aktar milli bela' Xmun bil-qażba li tah Jowey... Basta qbadt u fajjartha li Christian Zammit qiegħed viċi ċermen tal-Gozo Channel... ma kontx naf li miskin kellu jirriżenja minħabba l-pressjoni qawwija tax-xogħol u mar jissagrifika ruħu bħala uffiċjal fis-segretarjat tal-Ministru tasSaħħa u jkollu jaqsam kuljum bejn Malta u Għawdex... sorry Christian ma kontx naf li għaddej minn din it-tbatija kollha…kellek raġun trid ilpont…skużani ħabib… U nagħlaq bil-ħsieb talġurnata: "Jiena Maltija, imma my language is English ta." "Aħna t-Taljani l-aqwa", "Aħna l-Ingliżi l-aqwa", "Rajtha x'bandiera tal-Brażil tellajt fuq il-bejt man?", "Kemm huma ħamalli l-għannejja", "Jien ta' Malta ma nixtri xejn", "Il-Maltin injoranti wisq", "X'inhi? Se nbigħu ċ-ċittadinanza?" "No way", "We are proud to be Maltese", "Aħna razza pura (imħallta ma' kull ġens li ġie jżurna), "Malta l-ewwel u qabel kollox (avolja dik kien qalha Mintoff)", "Referendum"... "Ipokrezija"... tridx tmur! Taf x'innutajt? Li n-nazzjonalisti saru kollha patrijotti u l-Laburisti kollha ffissaw fuq l-investiment... ejja Lilllyyyy Il-poodle double trouble minn Marlene. Aħjar toqgħod attent għax smajt li ta' Kastilja mhux qed jieħdu pjaċir. Jien naħseb li bħal ma darba kienet Nazzjonalista tista' forsi tikkunsidra terġa' lura minn fejn kienet. U hemmhekk żgur issib is-serħan talmoħħ mal-ħabib tagħha Norman Vella. Jekk tara xi ħaġa interessanti ibgħatuhieli. Jekk tara lil xi ħadd interessanti ibgħatli ritratt bilmobajl. Ibgħat lil poodle@mediatoday.com.mt Passaport tad-deheb Jekk ikollok passaport tad-deheb u tkun fuq is-sittin għandek ċertu vantaġġi. L-ewwel waħda hi karta anzjan. Eħħ, kemm ser jiffrankaw fuq il-vapur ta' Għawdex, fuq it-trasport pubbliku u anke fil-kju tal-bank dawn tal-passaport tad-deheb. Hekk sewwa u xieraq. Angelo u Torpiano Kemm ħadt pjaċir nara l-kontribut intelletwali ta' Angelo Micallef u Edward YOUR FIRST CLICK OF THE DAY www.maltatoday.com.mt Torpiano fil-kunsill ġenerali tal-PN. Iva ħija, imma jien nissuġerixxi li darb'oħra l-partit jagħmel kunsill separat għal min m'għandux jagħmel u jgħid il-ħmerijiet. Assikurazzjoni PN Smajna li l-PN ser ikollhom uffiċċju għall-assikurazzjoni. Jien naqbel. Għax hemm ħafna klieb fil-PN li mhux inxurjati. Il-ħlewwa ta' din kollha hi li hemm ħafna klieb fil-PN li m'għandhomx minn fejn iħallsu. Sexy Lola PBO jew Pawlu li kien segretarju ġenerali tal-PN tkaża għax kien hemm waħda li tkellmet fuq il-programm TATA Xarabank. Ara dan Pawlu ma jistħix. Naħseb mhux aħjar imur jistaħba minn kulħadd wara l-froġa li għamel fl-aħħar elezzjoni. Marlene, Marlene Mela Marlene qed tagħmel daqsxejn storbju kontra l-partit tagħha. Hekk sew, Silvio tas-South Ara vera ħadt nota tal-fatt li Silvio ser jieħu s-South. Verament għażla tajba, bħal Silvio ma hawn ħadd. Infatti kull darba li nipprova nattribwixxi aġġettivi bħal intelliġenti, istruwit, kapaċi, intelletwali u bravu nispiċċa niżbel. Ieħor li jippretendiha li hu xi ħaġa.