Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/212253
16 illum | Il-Ħadd 17 ta' Novembru 2013 Ħames Minuti ma' Miss Kelly MISS KELLY ilha fix-xena tal-media Maltija mill-2007 meta bdiet bħala l-karattru Miss Kelly fuq il-programm televiżiv DOPO. Il-karattru tagħha kien qajjem kontroversja kbira u sar popolari fi żmien qasir. Melanie Kelly, isimha propja, hija bniedma bieżla ħafna u pożittiva. Attiva u tħobb ilfamilja u l-ħajja. żżewwigt u kull darba li nitla' fuq roller coaster Definizzjoni ta' ħajtek f 'kelma waħda... Ġenn! Għax dejjem 'on the go' X'diski tħobb tisma' li forsi tistħi tammetti li tħobb tismagħhom? Ma tantx nistħi jien... inħobb ħafna d-diska ta' Desiree 'Kissing You' millfilm Romeo & Juliet X'kien l-ikbar inkwiet li dħalt fih? Ma tantx nidħol f 'inkwiet jien... noqgħod 'il bogħod kemm jista' jkun X'qatt ma tasal tagħmel f 'ħajtek? Naħqar annimal Definizzjoni ta' Miss Kelly f 'kelma waħda... Ferriħija X'inhi l-attitudni tiegħek lejn ilħajja? Nipprova nkun pożittiva f 'kull sitwazzjoni u nipprova ngħix il-ħajja sal-massimu tagħha X'ibikkik? Il-moħqrija tal-annimali X'taħseb dwar l-introduzzjoni tal-gay marriage f 'Malta? Wasal iż-żmien? Jew għadna lura? Naqbel maghħa għax kulħadd għandu d-dritt ikun kuntent u għaliex le? lilek innifsek tidher tajba anke għal raġunijiet ta' saħħa Temmen f 'Alla? Iva nemmen f 'Alla imma m'iniex reliġjuża ħafna X'jiffrustrak? L-ineffiċjenza u l-għażż X'ibeżżgħek? Il-mewt u l-mard Kemm hi importanti għalik il-moda? U d-dehra ta' barra inġenerali? Il-moda mhix l-iktar ħaġa importanti però meta jogħġobni xi ħaġa nilbisha. Id-dehra hija importanti ħafna għalija għax nemmen li importanti żżomm Kemm hi importanti għalik ilpolitika? Ivvutajt fl-aħħar elezzjoni? Ma tantx nagħti każ l-politika għax veru ma tinteressanix imma iva mort nivvota għax dak huwa dmir ta' kulħadd X'inhi l-isbaħ esperjenza li qatt kellek f 'ħajtek? Meta sirt naf li kont tqila, meta Ittri Għandek opinjoni fuq l-immigranti illegali li qed jidħlu f 'pajjiżna? X'temmen li għandu jsir? Jien nitħassarhom, għandhom ħajja kiefra iżda mill-banda l-oħra ma jistax ikun li Malta tibqa' tilqa' dawn in-numri kollha. Ir-responsabbiltà tagħhom għandha titqassam mal-bqija tal-Ewropa kollha Tħossok popolari f 'Malta? Ifhem isellmuli ħafna nies fit triq! Għalxiex int popolari f 'Malta? Naħseb għax in-nies isegwu l-programmi tiegħi ŻGUR li pajjiżna għaddejjin battibekki jaħarqu kemm dwar l-IVF, kif ukoll dwar iżżwieġ tal-istess sess! Bla ħafna tlaqliq jien nemmen u konvint li l-akbar sodisfazzjon li l-bniedem jista' jkollu fid-dinja huwa l-att sesswali, kif ukoll il-kreazzjoni tal-ulied! Minnaħa l-oħra jekk l-att sesswali għandux iseħħ dejjem bejn raġel u mara, jew jekk għandux iseħħ ukoll bejn persuni tal-istess sess, jien m'għandi l-ebda dritt li niġġudika dan l-argument tant emozzjonali fostna l-bnedmin! B'dan kollu, jgħid x'jgħid kulħadd dwar dan l-argument sesswali, huwa fatt konkret li llum il-maġġoranza tażżgħażagħ tagħna jemmnu biss fil-pjaċir sesswali u la jemmnu f'dak li tgħid il-Liġi t'Alla, la f'dak li qed tgħid il-Knisja Kattolika u lanqas f'dak li qed jistenniena fl-eternità. Fil-fatt kemm it-tfajliet, kif ukoll ilġuvintur tal-lum qed jippreferu l-koabitazzjoni u l-ebda rabta taż-żwieġ; meta min-naħa X'valur għandhom għalik il-flus? Naħdem ħafna biex naqla' l-flus u nħobb ingawdihom Temmen fid-destin? Iva nemmen li kollox jiġri għal raġuni u kull esperjenza tħejjilek it-triq għal xi ħaġa oħra. Meta waqajt sular xi ftit snin ilu u ma ġrali xejn iktar emmint li hawn destin għal kulħadd X'inhu għalik suċċess fil-ħajja? Li twettaq il-proġetti li taħdem ħafna għalihom X'inhi d-definizzjoni ta' kuntentizza għalik? Li nkun imdawra bit-tifel Danny, irraġel, oħti, ommi, missieri u sħabi kull mument ta' ħajti Ħolma li għadek ma wettaqtx f 'ħajtek? Li nivvinta programm li jkollu fama internazzjonali Xi tħobb tagħmel fil-ħin liberu tiegħek? Naqra, nara s-serje televiżivi u yoga X'inhuma l-proġetti tiegħek għal futur? Li nibqa' fix-xena tal-ispettaklu u nibqa' attiva u forsi nkabbar il-familja... issa naraw! L-ittri jridu jkunu ffirmati u mhux itwal minn 400 kelma. Indirizzaw l-ittri tagħkom: Lill-Editur Illum, MediaToday, Vjal ir-Riħan, San Ġwann jew email illum@mediatoday.com.mt Bla ebda preġudizzju lejn ħadd LINO ELLUL SAN ĠWANN X'jgħoġbok f 'raġel? It-tul u l-kunfidenza li jkollu fih innifsu l-oħra l-maġġoranza ta' dawk imsejħin omosesswali, iridu jintrabtu bejniethom biż-żwieġ! U meta allura kemm flargument tal-IVF żgur li hemm involuti l-ulied; kif ukoll meta fl-argument taż-żwieġ bejn persuni tal-istess sess qed tissemma' wkoll l-adozzjoni tal-ulied; altru li kull ċittadin Malti għandu jkollu d-dritt u r-responsabbiltà li juri l-opinjoni tiegħu f'dan ir-rigward, għaliex appuntu minn dan l-argument dwar id-drittijiet ta' ulied ilpoplu tagħna, jiddependi l-futur tal-ġenerazzjoni ta' pajjiżna! Għalhekk żgur li bla ebda preġudizzju lejn ħadd! Jekk allura f'pajjiż demokratiku jien ma nista' qatt nippretendi li l-Parlament għandu jkollu d-dritt li jċaħħad id-dritt tal-att sesswali la bejn l-omosesswali u lanqas bejn dawk li qed jgħixu f'koabitazzjoni! U jekk jien lanqas ma nista' nippretendi li l-Parlament għandu jkollu d-dritt li jiċħad kuntratt legali li jista' jseħħ bħala partnership għal kull xorta ta' negozju bejn persuni ta' liema sess ikun xi jkun! U jekk jiena lanqas nista' nippretendi li l-Parlament għandu jkollu dritt li jċaħħad kuntratt legali li jsir bejn persuni tal-istess sess! Kif qatt jista' jkun min-naħa l-oħra li jien nippretendi li l-Parlament għandu jissalvagwardja u jidħol responsabbli għal kull sitwazzjoni li jista' jkollu f'moħħu kull ċittadin, sempliċiment għaliex f'pajjiżi oħra qed jiġri hekk; meta firrealtà tal-fatti ħafna mill-poplu tagħna qed jinkwieta, għaliex f'ħafna mis-sitwazzjonijiet li qed jissemmew fostna jista' jkun hemm mhux biss perikli u nganni fost l-adulti, mhux biss perikli għall-ekonomija, iżda wkoll perikli irriparabbli għal kull xorta ta' wlied il-poplu tagħna?! Bir-rispett kollu lejk u lejn kulħadd. Laurent Ropa millġdid għat-tiswija KAV JOE M ATTARD VICTORIA, GĦAWDEX KEMM ħadt gost dawn il-ġranet għaddejt minn quddiem il-bust ta' Laurent Ropa li hemm fil-Villa Rundle, Victoria u sibt li reġa' nqala' minn postu u ttieħed biex jitranġalu n-nuċċali li kien reġa' nkiser! Grazzi mmens lil min ħa dan il-pass f'isem dawk kollha ta' rieda tajba u jalla l-istorja ma tirrepetix ruħha meta dan jerġa' jitqiegħed f'postu. Hija tal-mistħija jekk in-nuċċali f'wiċċ dan il-bust tkisser b'intenzjoni! Mank biss noħlomha imma ħwejjeġ li sfortunatament jiġru. Ma tieħu xejn minn att vandalu bħal dan ħlief l-istmerrija ta' dawk li jħobbu din il-gżira ċkejkna tagħna bis-sabiħ kollu li fiha. Dan il-ġnien jistħoqqlu l-imħabba u l-attenzjoni ta' kulħadd u sewwa kieku min hu responsabbli tiegħu jara li l-ittri fuq il-plakka ta' Jum l-Inawgurazzjoni tiegħu, jerġgħu jinżebgħu ftit għax donnu l-elementi tax-xemx, xita u riħ, ma felħuhomx hemm biex ifakkruna flimgħoddi. Nirringrazzja lil ħafna nies ALEX PAMPANELLA PAOLA NIXTIQEK iġġibli din l-ittra fil-ġurnal tant popolari tiegħek. Jiena, nixtieq nuri l-apprezzament u nirringrazzja lil ħafna nies li sabuni jew ċempluli u wrew id-dispjaċir kbir tagħhom li mhux ser inkun disponibbli iżjed li naqdi lill-poplu senza interessi, bħalma għamilt għal dawn l-aħħar tnax-il sena milluffiċċju tal-Onor. Silvio Parnis, f'Raħal Ġdid. Ma' dan, jien ukoll ilqajt ir-riżenja tiegħi minn membru tal-kumitat tal-Fondazzjoni 'Mintix Waħdek.'