Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/212253
Il-Ħadd 17 ta' Novembru 2013 | illum 23 Nieħdu l-ambjent tagħna lura IL-ĠIMGĦA li għaddiet il-MEPA approvat żvilupp massiv skandaluż ta' 744 appartament fil-Mistra – żvilupp li sejjer iħassar il-ġmiel tas-sies taxXemxija u jkompli jiggrava l-konġestjoni tat-traffiku li diġà hemm. Għallambjentalisti, kif ukoll għal ħafna ċittadini komuni, ittama li l-ambjent ta' pajjiżna mhux ħa jkompli jingħata bis-sieq issa ntfiet; igawdu biss l-ispekulaturi. Illum kulħadd jaf li ambjent b'saħħtu huwa essenzjali biex il-familji tagħna jkollhom kwalità ta' ħajja għolja. Irridu nibżgħu għalih bħala l-ġid komuni tagħna, għaliex minnu ngawdu lkoll. Imma huwa dan ilmessaġġ li qiegħda tibgħat l-amministrazzjoni preżenti u l-awtoritajiet tagħha? Le, anzi, hu direttament l-oppost. Filwaqt li l-gafef jixkanaw l-isbaħ postijiet ta' pajjiżna, u minflokhom jinbtu l-mostri tal-konkrit, l-istess awtoritajiet jippruvaw ibellgħhuhielna li qiegħed isir l-investiment utli għall-pajjiż! L-ispekulaturi jħaxxnu bwiethom blinvestiment tagħhom, u ċ-ċittadin iħallas il-prezz: trab, tniġġis tal-arja, dħaħen li jmarrdu; u qerda ta' spazji li sal-bieraħ kienu miftuħin għal kulħadd. Wasal iż-żmien li ċ-ċittadin jiġi f 'sensih, jifhem sewwa x'valur kbir għandu l-ambjent u jinsa l-firdiet partiġġjani tiegħu. Mhux ta' b'xejn l-politici jużaw l-ambjent għallpropoganda; imma l-interess hemm jieqaf. Għalihom l-interessi tal-partit jiġu qabel l-interessi tal-familji tagħna. Tsunami ta' regolamenti ġodda Il-MEPA bħalissa għandha ordni biex taġġorna (fil-fatt 'tibdel') ħafna mir-regolamenti ambjentali tagħha f 'oqsma differenti. F'qasir żmien ser jinbidlu ħafna regolamenti ambjentali li ser jolqtu lilna lkoll. F'daqqa waħda sibna ma' wiċċna għadd kbir ta' dokumenti għallkonsultazzjoni pubblika li qajla wieħed isib il-ħin jaqrahom aħseb u ara jistudjahom birreqqa li hemm bżonn. Tajjeb li wieħed jifhem li l-bordijiet tal-MEPA ser jiddeċiedu applikazzjonijiet ta' żvilupp, jekk permess għandux joħroġ jew le, skont x'jgħidu dawn iddokumenti. Għalkemm dawn id-dokumenti jistgħu jidhru tajbin fl-ispirtu, fil-fatt ikunu miktubin b'tali mod li jistgħu jiġu interpretati skond ilbżonn ta' min jużahom, li ġeneralment ikun midħla tajjeb tagħhom u espert fuqhom. Billi jistgħu jkunu soġġetti għal interpretazzjonijiet differenti, ikun faċli li jinstabu 'loopholes' li jintużaw għal skopijiet abużivi. Jista' jirriżulta li case officers u periti esperti filmistier jabbużaw minnhom biex jirrikomandaw permessi li lanqas biss kellhom jiġu kkunsidrati. Fil-bidu tal-konsultazzjoni pubblika dwar ir-reviżjoni tal-pjanijiet lokali, iċChairman tal-MEPA kien qal li ried li l-konsultazzjoni tkun eżerċizzju demokratiku, fejn ikunu iċ-ċittadini li jfasslu l-politika l-ġdida tal-MEPA mill-qiegħ. Aħna tlabna li dan l-eżerċizzju jsir wara li l-MEPA teduka liċ-ċittadini dwar kif jaħdem il-qasam tal-ippjanar. Għax huma ċ-ċittadini komuni li jbatu l-konsegwenzi ta' ppjanar ħażin u ta' permessi abbużivi. Imma dawn m'għandomx il-ħiliet neċessarji biex jifhmu s-sistema u lanqas ir-riżorsi sabiex iqabbdu periti u avukati ħa jistudjaw dawn id-dokumenti għalihom. Min-naħa l-oħra l-ispekulaturi jqabbdu l-aqwa esperti; għalihom il-flus mhix problema. It-talba tagħna ma ntlaqgħetx; mela wieħed jista' jimmaġina kemm seta' jkun demokratiku l-eżerċizzju li sar. Il-piż tal-protezzjoni talinteress pubbliku għalhekk waqa' fuq voluntiera talgħaqdiet ambjentali. Iżda l-mewġa kbira ta' dokumenti li qegħdin jinħarġu, u ż-żmien qasir li qiegħed jingħata għallkonsultazzjoni jagħmluha impossibbli li nlaħħqu. U allura bilfors tissuspetta li dan qiegħed isir apposta – l-ewwel sabiex ir-regolamenti jinbidlu mingħajr l-iskrutinju meħtieġ, u t-tieni, sabiex lill-għaqdiet ambjentali jaqtgħulhom nifishom. Tiskantaw xejn jekk issa daqt jibdew jidhru quddiem il-bordijiet tal-MEPA applikazzjonijiet abbużivi, u ma jiġux miġġielda bis-saħħa li jixraq. Agri-Turiżmu: Żiemel ta' Trojja għall-bini ODZ? Qasam partikolari ta' tħassib huwa dak ta' żoni li suppost fihom ma jsirx żvilupp, dawk imsejħa ODZ. Dawn iż-żoni tal-kampanja diġà sfaw taħt attakk mill-iskema tar-Rationalisation imfassla mill-onorevoli George Pullicino fl-2006. L-impatt negattiv ta' dik il-miżura bdiet tinħass issa, hekk kif l-ewwel permessi bdew jidhru quddiem il-Bordijiet tal-MEPA, biex jirvinaw aktar mill-irħula u l-kampanja tagħna. Flok neħħa l-ħsara li saret seba' snin ilu, il-gvern il- Ħames snin ilu, qabel l-iżvilupp ta' Victor Scerri fil-Baħrija Il-farmhouse ta' Victor Scerri issa tinsab għall-bejgħ ġdid deherlu li kellu jagħmel 'riformi' hu wkoll fil-qasam tal-ODZ. Dawn jidhru f 'dokument ġdid li jitratta l-agri-turiżmu, u trid taqrah b'attenzjoni biex tinduna kemm bibien ser jinfetħu għal aktar bini f 'nofs l-għelieqi jew fit-truf tagħhom. F'daqqa waħda skoprew li l-kampanja hi riżorsa importanti! Aħna m'aħniex kontra li strutturi rurali jakkomodaw turisti li jiġu ħa jgawdu l-ftit kampanja li fadlilna; imma ħej, żomm ftit! Jidher li din mhi xejn ħlief skuża biex jinħarġu aktar permessi ta' bini ODZ. Taħt il-Gvern l-ieħor rajna gorboġ ġebel jinbidel f 'villa ODZ, f 'sit Natura 2000 fil-Baħrija. Rajna wkoll ħafna stalel, kif ukoll strutturi fejn taparsi jingħasar l-inbid, jinbtu f 'nofs il-kampanja, u li wara ntużaw bħala residenzi! F'ODZ għal ġieħna. U issa erġajna koppi! Ġoż-żoni fejn mhux permess l-iżvilupp m'għandu jkun permess l-ebda tip ta' żvilupp ġdid, għax għalhekk jissejħu ODZ. Barra minn hekk id- dokument ma jagħmilx distinzjoni bejn bdiewa ġenwini u l-ispekulaturi. Nafu kif ħafna art, anke xagħri, riċentament inxtrat minn xi wħud minnhom li dawruha b'ħitan għoljin wara li tefgħu fiha radam u ħamrija; u dan kollu bla permess! Saret ħsara kbira għax inqerdu eko-sistemi sħaħ, pjanti u siġar endemiċi, karatteristiċi rustiċi, veduti uniċi, eċċ. Issa se jkunu jistgħu jibnu fuqhom u jżidu bini ġdid ma' dak li diġà hemm; proġetti barra ż-żona ta' żvilupp, bl- AVVIŻ IMPORTANTI: iskuża tal-agri-turiżmu. Nistaqsu, jekk ġo pajjiżi elf darba ikbar minn pajjiżna jistgħu jiżdiedu biss sa ħamest ikmamar, kif hawn se jingħataw għaxra? U jekk l-intrapriza agrituristika tieqaf topera? Ser tkun permessa iċchange of use? Jgħidulek li għal dan kollu hemm provedimenti; imma l-passat mera tal-futur u nafu kif ir-regolamenti jinbidlu f 'ħakka t'għajn. Forsi wasal iż-żmien li l-poplu jiftaħ għajnejh u widnejh u jerġa' jibda jsemma' leħnu. Taħdita organizzata mill-Assoċjazzjoni tagħna, nhar itTnejn, 18 ta' Novembru f 'Dar l-Ewropa, Triq San Pawl, IlBelt (wara s-suq mgħotti). Tibda fis-6pm, imma l-pubbliku hu ġentilment mitlub jkun f 'postu sas-5.50pm għax fil-bieb kulħadd jiġi mitlub juri l-karta tal-identità; mingħajr din, jew xi dokument ieħor simili, ma tidħolx. Id-dħul hu bla ħlas. Din il-preżentazzjoni awdjoviżiva ser tkun bl-Ingliż. Dr Saviour Formosa, lekċerer anzjan fl-Università ta' Malta ser jitkellem fuq proġett iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea u mmexxi minnu: "Formazzjoni ta' Stampi mentali tal-Gżejjer Maltin biex nifhmu l-Ambjent – Studji minn żewġ punti di vista, dak tal-ispazju u dak taż-żmien." Dan forsi jinstema' bħala suġġett pjuttost diffiċli, imma niżgurawkom li kulħadd se jkun jista' jsegwi lil Dr Formosa bla diffikultà, b'interess u b'gost.