Illum previous editions

illum 17 November 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/212253

Contents of this Issue

Navigation

Page 21 of 35

Kummercjali 22 illum | Ħadd 17 ta' Novembru 2013 Mixja kontra l-kanċer ma' Gianluca u Calamatta Cuschieri IL-KANTANT tabib Malti Gianluca Bezzina se jmexxi mixja għall-ġbir ta' fondi llum il-Ħadd, organizzata mill-Calamatta Cuschieri Cancer Foundation. Alan Cuschieri, Direttur ta' Calamatta Cuschieri, li kien wieħed minn dawk ewlenin biex titnieda l-Fondazzjoni, qal "Malta għadha tħoss ittelfa ta' Nirvana Azzopardi, Helen Muscat u ħafna nies oħra li tilfu ħajjithom minħabba din il-marda tul is-snin." "Madankollu, li nisogħbu l-maħbubin tagħna mhux biżżejjed. Hekk kif sar progress xjentifiku u t-trattament tal-kanċer madwar iddinja qed ikompli jitjieb sostanzjalment, irridu niżguraw li kull min għandu l-kanċer ikollu aċċess għal dawn l-avvanzi importanti." Il-fondazzjoni, bl-appoġġ tad-Dipartiment tas-Saħħa, qed taħdem biex tiġbor fondi għal provvista taliktar trattament tal-kanċer u faċilitajiet avvanzati. Ilfondazzjoni għandha l-għan ukoll li tħeġġeġ stil ta' ħajja iktar b'saħħitha permezz ta' attivitajiet li jiġbru n-nies flimkien. "Calamatta Cuschieri minn dejjem kienu kburin bir-responsabbiltà soċjali korporattiva tagħhom iżda din l-inizjattiva tiffoka fuq settur wieħed u veru tipprova tagħmel differenza. Din hija l-ewwel waħda mill-ħafna attivitajiet li beħsiebna norganizzaw u nisperaw li nkunu nistgħu nagħmlu differenza bil-flus li niġbru," qal Cuschieri. Calamatta Cuschieri huma kburin li għandhom magħhom lil Gianluca Bezzina għax iħaddan l-istess valuri talkumpanija. Gianluca qal li huwa grat li huwa appoġġjat minn kumpanija li kienet ġenwina fl-isforzi tagħha li tinvesti f 'ħajjet in-nies. "Huwa ta' pjaċir li nista' nuża l-mużika tiegħi għal inizjattivi pożittivi bħal dawn speċjament fis-settur tas-saħħa li huwa tant għal qalbi," kompla jgħid. Get Walking for Cancer se tibda fl-10am llum il-Ħadd, 17 ta' Novembru mix-Chalet u tkompli tul ix-xatt ta' Tas-Sliema sal-monument Love f 'San Ġiljan u lura. Personal trainer Richard Geres se jagħmel warm-up qabel l-attività u Gianluca Bezzina u l-banda tiegħu se jagħlqu l-mixja bil-kant. Il-CC Cancer Foundation, Get Walking For Cancer tibda fl-10am mix-Chalet, tas-Sliema li hija fondazzjoni mingħajr qligħ, se tkun qed tiġbor donazzjoni matul il-ġurnata. Il-parteċipanti jistgħu jagħtu donazzjoni ta' €10 lill-fondazzjoni u jingħataw flokk b'xejn b'tifkira tal- Ir-relazzjoni bejn Mintoff u Mikiel Gonzi fi ktieb DUMINKU Mintoff u Mons. Mikiel Gonzi huma żewġ personaġġi li ddominaw l-istorja ta' DOWNLOAD THE MALTATODAY APP NOW dan il-pajjiż. L-awtur Josef Grech fittex u qalleb kemm seta' biex irnexxielu jwassal il-ktieb il-ġdid tiegħu Duminku Mintoff u Mons. Mikiel Gonzi. L-awtur qal li għamel dan għax l-imgħoddi hu ta' importanza kbira għax hu permezz t'hekk li wieħed jista' jfassal il-ġejjieni. L-awtur Josef Grech diġà kiteb bosta kotba oħra dwar Duminku Mintoff. YOUR FIRST CLICK OF THE DAY www.maltatoday.com.mt "Ħassejt li għandi nikteb ġrajja kif vera seħħet, u mhux xi ħaġa li hija ħrafa jew kif instemgħet. Wara riċerka li għamilt, ktibt dan kollu mingħajr tidwir ta' xejn minn xiex għadda l-poplu tagħna kif ukoll dak li kien qed iseħħ f 'pajjiżna," qal Josef Grech. Hu ddeskriva l-ktieb bħala wieħed li jagħti ħarsa dettaljata fuq dawn iż-żewġ personaġġi. Il-ktieb fih 500 paġna u jinkludi numru kbir ta' ritratti ta' Duminku Mintoff u Mons Mikiel Gonzi. Ilktieb għandu 20 kapitlu. attività. Il-flokkijiet jistgħu jinġabru minn qabel l-attività mill-uffiċċji ta' Calamatta Cuschieri fil-Belt Valletta u Ħal Qormi, idDipartiment tas-Saħħa jew mingħand Richard Geres f 'San Ġiljan. Dawk interessati jistgħu jżuru www.cc.com.mt, iċemplu 25688688 jew isibu l-attività fuq Facebook għal aktar tagħrif.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 17 November 2013