Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/212253
Il-Ħadd 17 ta' Novembru 2013 | illum 21 Editorjal ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SGN 9016 EDITUR: SAVIOUR BALZAN Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Sit: www.illum.com.mt • Email: illum@mediatoday.com.mt L-għażliet li ma tantx huma ċari M ill-bidu nett bsarna li din ilkwistjoni taċċittadinanza lil min iħallas flejjes kbar, kienet ser tkun kwistjoni taħraq. L-aħħar żvilupp imħabbar mid-deputat Prim Ministru Louis Grech li l-ismijiet ta' min kien se jingħata ċ-ċittadinanza ma kienx se jibqa' mistur kien ċertament maħsub biex inaqqas it-togħma morra taċċittadinanza. Kienet xorta waħda deċiżjoni tajba. Sa ċertu punt, anki kif żvolġa l-argument fuq ilprogramm Xarabank fuq l-istazzjon tal-istat, jidher li kien hemm effett żgħir fuq kif kienu qed iħarsu n-nies lejn din il-kwistjoni ta' ċittadinanza għal ċerta kategorija ta' nies. Li huwa ċar li l-Partit Nazzjonalista huwa konxju li l-maġġoranza tal-elettorat mhuwiex kuntent minn din l-iskema. Ħaġa li toħroġ ċar mill-istħarriġ talMaltaToday. U għalhekk din il-ġimgħa l-kap tal-Oppożizzjoni stqarr li jista' jkun il-mument li jissejjaħ referendum dwar dan is-suġġett. Apparti l-fatt li jista' jkun li mhux possibbli li jissejjaħ referendum abrogattiv – għaliex il-liġi tar-referenda tgħid li mhux possibbli li jkun hemm referendum fuq ħwejjeġ fiskali – hemm riskju li l-PN jidħol fi ġlieda qalila b'riżorsi limitati u b'diffikultajiet loġistiċi kbar. Għandu dritt il-PN jagħmel hekk, imma li huwa ċert li l-Partit Laburista żgur ħa jitfa' r-riżorsi kollha tiegħu biex jiġġieled kampanja ta' dan it-tip – jekk jiġri hekk. Dan il-għaliex: 1) Il-Gvern Laburista ma jistax jaffordja li ma jdaħħalx flus minn din l-iskema 2) Il-Gvern Laburista ma jaffordjax li jitlef ġieħu f'dan l-istadju bikri ta' gvern. 3) Jaf li jekk jirbaħ referendum Simon Busuttil ikun kiber fl-istatura. Li huwa żgur hu li meta l-elettorat jiġi għall-vot, il-PL ser ipoġġi għażla quddiem l-elettorat: jew Muscat jew Busuttil. Illum, fil-kunsill ġenerali tal-PN, Simon Busuttil huwa ċert li ser jagħmel dikjarazzjonijiet fuq din l-iskema taċ-ċittadinanza. Kienet tkun sorpriża li kieku ma qal xejn dwar din l-iskema, min-naħa l-oħra nemmnu li hu konxju li l-PN ma jistax jaffordja jitlef battalja oħra. Jista' jkun li żżomm dawn l-argumenti fil-komma biex jużahom fil-kampanja elettorali għall-Parlament Ewropew. Ġlieda oħra elettorali li l-partiti politiċi qed jikkunsidraw bħala l-ewwel test tagħhom wara l-elezzjoni ta' Marzu. Iżda bħal ma nafu, ġurnata fil-politika, hija ġurnata twila u għalhekk wieħed ma jistax jaqra wisq fil-futur talpolitika Maltija. Bħas-soltu nistennew bil-ħerqa dak li ser jiġri filġranet li ġejjin.