Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/216207
14 illum | Il-Ħadd 24 ta' Novembru 2013 In-Nimrod jgharrex ... u l-Bu Din taċ-ċittadinanza jidher li ħawdet id-dinja, lil Malta u lin-Nimrod tiegħi. JOHN BUSUTTIL MELA, in-Nimrod tiegħi qed jinkwetani għax vera qed jitgerfex. F'daqqa waħda kulħadd jagħmel il-U-Turns. Ċittadinanza: Bejgħ jew investiment u Anton Grasso Imma x'inhi din li kulħadd irid il-passaport Malti? U din xi skema hi? Min jgħidilha bejgħ taċ-ċittadinanza... min jgħidilha investiment... min jgħidilha ħasil tal-flus... min jgħidilha li se jkollna ħafna artisti ta' fama li se jsiru Maltin… u min jgħidilha sostitut tat-taxxa… u min Il-gradwati jiċċelebraw jgħidilha kelma oħra għall-pajjiż fallut… u jien iż-żoċċ naf… ħawwadtuni żgur! Li ma nistax nifhem kif aħna 'żokra' tal-Mediterran u kulħadd irid isir Malti f'daqqa waħda. Sirt naf li hemm xi barranin li anke se jistennew sa Jannar biex jaraw jorħsux il-passaporti fil-January Sales. Sadanittant Dr No qabbad lill-patrijott Malti fl-Unjoni Ewropea biex jugżana lil verġni Ewropej. Sean Connery tagħna qal lil Salvu li daqshekk segretezza u se nikxfulhom sormhom. Mis-Sri Lanka ħarġet l-aħbar li fil-kas isir referendum. U fl-istess ħin morna nippruvaw inħajru l-ewwel artisti biex jiġu fl-art imwiegħda mis-serje televiżiva Miami Vice. Li ma nistax nifhem hi din… il-liġi għaddiet mill-Parlament (jew kif jgħid sieħbi l-Għawdxi) ġiet irrumblata fuqna… u issa qed jgħidu li se jibdew diskussjonijiet man-nies ta' Dr No. Bilħaqq u dan kollu bis-saħħa tas-Sur Kazzola talAlternattiva ta. Imnalla kien hu qal. Nifraħ lil Anton Grasso tal-ktieb ġdid tiegħu dwar ilbijografija tal-politika Maltija: Ġenn fl-Aqwa Tiegħu. Il-baġit skont l-Ewropa: 15 ta' Novembru 2013 Aqraw dawn iż-żewġ titli li ħarġu fil-15 ta' Novembru. Fl-istess ġurnata u fuq l-istess suġġett: - Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Simon Busuttil, qal li l-Kummissjoni Ewropea mhux taqbel mal-pjanijiet talbaġit tal-Gvern. - Finance Minister interprets EU report on budget positively. U safrattant id-dinja kollha trid issir Maltija… Ħudni Mulej! Botta u risposta Peppinu: We will Rock You Tal-lejber: maaaa x'biżgħa! Mi scappa la pipi! Leħen dak Marku: €250,000 mit-taxxi tagħna biex ilqammelin Maltin marru Għawdex Tal-lejber: Wenzinu tahom lil ħabib tiegħu f'golden handshake Bertu ta' Wenzinu: Illum l-isports u l-isportivi Maltin għandhom id-dinjità tagħhom rispettata Wenzinu 08.02.2013: Qegħdin illum nagħmlu l-ewwel pass biex iż-żgħażagħ u t-tfal tagħna jkollhom faċilità esklussiva għal-logħob tarrugby. Tal-lejber: Tar-rugby ingħataw pitch b'fossa tad-drenaġġ f'nofsu Il-futur ta' Malta U dwar il-futur ta' din l-art imfittxija mill-aqwa artisti u mill-Afrikani kollha, m'hemmx problemi. Terz tal-istudenti qalilna Varist ma jgħaddux mis-SEC jew qas biss joqogħdu għalih. Imbagħad dawk li jiggradwaw jiċċelebraw billi jiskru sakra ma jarawx art… jagħmlu storbju, iqażżu, u jirremettu minn kulfejn jgħaddu… iżuru liż-żewġ djar tal-partiti politiċi… fejn meta