Il-Ħadd 24 ta' Novembru 2013 | illum 17
Reporter jiddiskuti l-ħidma u
d-deċiżjonijiet tal-Gvern
GĦADA jirritorna Saviour
Balzan bil-programm
Reporter fuq TVM. Ilprogramm ser jiddiskuti
l-ħidma u d-deċiżjonijiet
tal-Gvern Laburista flewwel xhur tiegħu. Ilmistiedna speċjali ser ikunu
s-Segretarju Parlamentari
responsabbli mill-Ġustizzja
Owen Bonnici u l-Viċi-Kap
tal-PN għall-Ħidma talPartit Beppe Fenech Adami.
Waqt il-programm ser
jintwerew ukoll numru ta'
intervisti ma' diversi politiċi
u edituri mħejjija aktar
qabel minn Jerome Caruana
Cilia. Fosthom mad-deputat
Nazzjonalista Robert Cutajar,
l-editur tal-ġurnal in-Nazzjon
Alex Attard u mal-kandidata
f 'isem il-Partit Laburista
għall-elezzjoni tal-Parlament
Ewropew Miriam Dalli.
L-Editur Maniġerjali ta'
MediaToday Saviour Balzan,
ser janalizza d-deċiżjonijiet
tal-Gvern f 'dawn it-tmien
xhur u nofs. X'inhuma
l-vantaġġi u l-iżvantaġġi
ta' dawn id-deċiżjonijiet?
Il-Gvern Laburista qiegħed
ipinġi lilu nnifsu bħala gvern
'pro-business'. Reporter
jiddiskuti l-pożittiv u
n-negattiv ta' din il-politika.
Reporter bi preżentazzjoni
minn Saviour Balzan u
produzzjoni mill-istess
Saviour Balzan u Jerome
Caruana Cilia, ser jixxandar
għada fis-18.55 fuq TVM u
b'ripetizzjoni għada stess fl22.15 fuq TVM2.
Beppe Fenech Adami
Owen Bonnici