Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/216207
Il-Ħadd 24 ta' Novembru 2013 | illum 19 ed dejjem jibqgħu wlied lit-tarbija tagħha fi pram quddiem il-Qorti. Għamlet hekk għaliex żewġha ntbagħat sitt xhur ħabs minħabba li ffalsifika tliet passaporti. Tiegħu, tal-mara u tat-tarbija. L-intenzjoni kienet li jmur f 'pajjiż ieħor fl-Ewropa biex jipprova jsib ħajja aħjar għalih u għallfamilja tiegħu. Bħal seqer li jibqa' jdur fejn inqatlet is-sieħba tiegħu sakemm imut hu wkoll, din il-mara riedet li tintbagħat il-ħabs ma' żewġha u t-tarbija. Qalet li waħedha ma setgħet tagħmel xejn. Irreat fih innifsu huwa gravi, iżda dawn huma s-sinjali taż-żminijiet. Bqajt skantat kif min kien hemm li kiteb li kien ħaqqu u messu ma ġiex 'l hawn. Għalija hija storja ta' niket daqs kemm meta nisma' li għerqu aktar nies fil-baħar li jdawwarna. Minn din l-istorja ħareġ ċar kemm in-nisa u tfal għadhom vulnerabbli għallproblemi ta' żminijietna. Iżda aktar minn hekk kemm huma vittmi t-tfal f 'ċirkostanzi ta' din ix-xorta. Dik it-tarbija llum qiegħda għand is-sorijiet u nittama li tingħaqad mal-familja leġittima tagħha. L-ironija hi li n-nuqqas ta' sensittività f 'dan il-każ ħareġ filmument meta kulħadd huwa mitluf dwar min għandu jew ma għandux ikun ċittadin! Ftit tal-jiem ilu kont mistieden minn Jackie Grima fil-programm tagħha "Aqrali storja!" Programm li personalitajiet jaqraw storja jew ħrafa lit-tfal li jkun hemm fuq is-sett, lebsin il-piġama u taparsi deħlin jorqdu. Fuq wieħed minnhom stiednet lili u kelli madwari tfal li għandhom xi diżabbiltà jew kundizzjoni. Messni naqra l-istorja ta' Dumbo, l-iljunfant li dawwar f 'vantaġġ l-iżvantaġġ li kellu widnejh kbar. Ħadt gost. L-ewwel darba li bżajt fuq is-sett tat-TV. Kif kont ħiereġ xi ħadd infurmani li kotba bl-istejjer għat-tfal ta' età żgħira bil-Braille m'hawnx. Anzi ma jeżistux. Għall-ewwel ma ridtx nemmen. Dawk it-tfal għomja ma jistgħux jaqraw il-ħrejjef li konna naqraw aħna meta konna żgħar. Iridu jsibu lil xi ħadd jaqralhom l-istorja. Dawk li ma għandhomx min jaqralhom storja jridu n-negozji jipposponu x-xiri li jridu jagħmlu peress illi jkunu qegħdin jantiċipaw tnaqqis ulterjuri fil-prezzijiet. Ir-riżultat ikun illi l-qliegħ tal-kumpaniji jsoffri u jintilfu l-impjiegi illi jsostnu t-tali qliegħ. Xi ftit jew wisq kif ilna naraw jiġri fis-suq tal-propjetà f 'pajjiżna. Draghi qal illi mhux jistenna tali sitwazzjoni katastrofika fiż-żona ewro imma minkejja oppożizzjoni qawwija Tedeska, il-BĊE iddeċieda li jnaqqas ir-rata tal-imgħax sabiex jevita kwalunkwe periklu. Il-problema hi li ż-żona ewro mhix tistejqer birritmu mixtieq mir-riċessjoni qawwija li ħakmitha. Fix-xhur bejn Lulju u Settembru, ittkabbir ekonomiku fiż-żona ewro kien biss ta' 0.1% kontra 0.3% tat-tliet xhur ta' qabel meta l-ekonomija taż-żona ewro ħarġet minn tmintax-il xahar ta' riċessjoni. Mhux ilpajjiżi kollha imma għadhom ħarġu mir-riċessjoni: ilProdott Domestiku Gross tal-Italja nieżel b'0.1% fittielet tliet xhur tas-sena u l-Italja ilha issa, disa' quarters, jiġifieri sebgħa u għoxrin xahar f 'riċessjoni. It-tieni l-akbar ekonomija taż-żona ewro, Franza wkoll rat tnaqqis fil-PDG ta' 0.1.%. Il-problema kompliet tikber peress illi r-rata ta' tkabbir Ġermaniż naqas minn 0.7% għal 0.3% u dan minħabba tnaqqis flesportazzjonijiet. Madankollu, ċertu pajjiżi bdew juru sinjali pożittivi: il-PDG Spanjol żdied b'0.1% u l-qgħad li hu ta' 26% beda jonqos mentri l-PDG Portugiż żdied b'0.2 %. Żidiet baxxi kemm trid imma tal- anqas mhux tnaqqis. Dan kollu jrid jinqara flisfond tal-fatt illi ż-żona ewro hija 3% iżgħar milli kienet qabel ma faqqgħet il-kriżi. Il-Ġermanja biss, mill-istati l-kbar, għandha PDG ta' 2.6% ogħla minn qabel ma faqqgħet il-kriżi. L-ekonomija Franċiża hija 0.3% iżgħar, ta' Spanja 7.4% iżgħar, u dik Taljana hija 9.1% iżgħar, monument għallinkompetenza fit-tmexxija ekonomika ta' Berlusconi. B'kuntrast, barra miż-żona ewro, l-ekonomija Amerikana hija 5.3% akbar, dik Ingliża hija 2.5% iżgħar u tal-Ġappun 0.1% akbar minn qabel ilkriżi. Ma jfissierx illi l-pajjiżi barra miż-żona ewro huma ward u żahar. Draghi qed jagħmel il-mirakli u dan minkejja l-oppożizzjoni Ġermaniża għal kwalunkwe mossa kontra l-awsterità u meta ma jistax jirrikorri għall-arma magħrufa bħala quantitative easing, ix-xiri ta' titli tal-istat millBank Ċentrali sabiex tinjetta likwidità fl-ekonomija. Il-BĊE huwa bl-istatut ipprojbit milli jsellef lill-gvernijiet nazzjonali għalkemm taħt Draghi, ittieħdet deċiżjoni li x-xiri ta' titli ta' perjodu li ma jaqbiżx tliet snin huwa permess. Madankollu, ilFederal Reserve, il-Bank of England u issa anke l-Bank Ċentrali tal-Ġappun adottaw politika monetarja ferm rilassata. Il-Federal Reserve qiegħed jixtri titli Amerikani b'kemm jiswew $ 85 biljun fix-xahar u l-balance sheet tiegħu kiber minn $ 800 biljun fl-2007 għal aktar minn $ 3,700 biljun. Kienet biss din is-superinjezzjoni ta' likwidità monetarja illi evitat sitwazzjoni ferm agħar. Il-Federal Reserve għadu ma indikax meta ser inaqqas ir-rata ta' Q.E., l-hekk imsejjaħ 'tapering' li jindika li l-ekonomija Amerikana tista' toqgħod fuq saqajha t-tnejn mingħajr il-ħtieġa ta' miżuri monetarji straordinarji. Mill-banda l-oħra, il-Bank of England, il-Ħamis li għadda ħabbar illi ser ikompli bil-programm ta' stimulu ekonomiku ta' £ 375 biljun (€ 450 biljun) minkejja li l-ekonomija tar-Renju Unit hija waħda mill-aktar li tidher li qed tirpilja b'saħħa. Ir-riżultat ta' din il-likwidità fis-sistema monetarja huwa li llum l-indiċi tal-ishma bħad-Dow Jones Industrial Average u l-iStandard & Poor's 500 huma f 'livelli rekord u hemm tassew il-biża' li terġa' tinfaqa' l-bużżieqa f 'ċertu setturi. Huwa dan ix-xenarju li tant ibeżża' lit-Tedeski illi għadhom imwerwrin b'dak li ġralhom fi żmien irRepubblika ta' Weimar. Il-Ġermanja dan l-aħħar irċeviet kritika qawwija u mhux tas-soltu minn żewġ kwartieri differenti u dan minħabba s-surplus qawwi fil-kont kurrenti tagħha li dejjem kellha matul il-kriżi finanzjarja. Xi jfisser il-kont kurrenti? Il-kont kurrenti huwa wieħed miż-żewġ komponenti primarji talbilanċ tal-pagamenti, l-ieħor huwa l-kont kapitali. Il-kont kurrenti huwa s-somma finali wara illi tgħodd id-dħul talesportazzjonijiet u tnaqqas l-importazzjonijiet (il-bilanċ jistennew biex xi darba jinqala' xi ħadd. Aħna l-adulti mitlufin ħafna fuqna nfusna li ħafna drabi ninsew lil min hu l-aktar vulnerabbli. Li t-tfal ma jkun jonqoshom xejn, huwa att altruwist iżda fl-istess ħin huwa ġest ta' perseverazzjoni. It-tfal tal-lum huma s-soċjetà ta' għada. Meta aħna nixjieħu. Lilhom irridu nsibu biex jieħdu ħsieb il-bżonnijiet tagħna. Meta ngħidu li rridu nindukraw u nieħdu ħsieb it-tfal tagħna ma jfissirx li għal dawk li huma tagħna u jgħixu magħna fl-istess dar biss. Inkunu qegħdin ngħidu għat-tfal inġenerali. Huwa fl-interess tiegħi li t-tifel talġara ma joħroġx kriminal. Huwa fl-interess tiegħi li adu Mhux Lest: Id-Dijanjożi tal-kummerċ) kif ukoll tgħodd id-dħul mill-investimenti barranin u tnaqqas il-ħlasijiet lill-investituri barranin (factor income) u t-trasferimenti ta' flus. Minħabba l-politika ta' awsterità u t-tnaqqis fiddomanda domestika, il-pajjiżi taż-żona ewro li kellhom defiċit fil-kont kurrenti tagħhom naqsuh ferm dan id-defiċit. Komplessivament, fl-2012 iż-żona ewro kellha surplus fil-kont kurrenti li kompla jiżdied fl-ewwel sitt xhur tas-sena għal 2.3% tal-PDG. Bosta pajjiżi fi kriżi bħall-Italja, Spanja, il-Portugall u l-Irlanda llum qegħdin jirreġistraw surplus fil-kont kurrenti tagħhom wara tnaqqis fis-salarji, il-kollass taddomanda interna u ż-żieda fl-esportazzjonijiet. Jekk illum bdejt tara għall-ewwel darba l-yoghurt u l-ġobon Grieg fis-supermarket, dan ukoll frott tar-ribilanċjar illi għaddej fiż-żona ewro. Imma l-Ġermanja għandha surplus ta' aktar minn 7% tal-PDG minħabba r-rata għolja ta' esportazzjonijiet tagħha, surplus li huwa akbar minn dak taċ-Ċina. Il-kritika li qiegħda ssir lill-Ġermanja kemm mitTeżor Amerikan kif ukoll mill-Kummissjoni Ewropea li fetħet investigazzjoni firrigward huwa illi dan il-livell għoli ta' surplus huwa kaġun il-fjakkezza tad-domanda domestika Tedeska li jfisser anqas domanda għall-prodotti tal-pajjiżi l-oħra taż-żona ewro. B'hekk, il-Ġermanja qiegħda xxekkel l-irribilanċjar li għandha bżonn l-ewrożona t-tfal ta' ħaddieħor joħorġu ċittadini tajbin, gradwati u moħħhom flokhom. Kultant ninsew li s-soċjetà qisha familja waħda u kbira. Mill-ġid li jmiss lil ta' madwari minnu jmissni xi ħaġa jien ukoll. Għalhekk li l-mibegħda u l-għira ma jagħmlux sens. La darba ftaħt bi dramm issa nagħlaq bi ktieb. IlPrinċep Iż-żgħir ta' Antoine de Saint Exupéry. F'mument minnhom il-Prinċep iżŻgħir jesklama: "Imma għaliex l-adulti jsibuha daqstant diffiċli li jaħsbu bħalna t-tfal. Kieku d-dinja ħafna aħjar." Fi storja oħra tifel jirrifjuta li jikber mhux għaliex ma riedx isir adult iżda għax ried isir bħall-adulti. Kellu raġun. u kemm l-ewrożona kif ukoll l-ekonomija dinjija qiegħda taħt pressjoni deflazzjonarja, il-pressjoni li Draghi jrid akkost ta' kollox jevita. Il-Ġermaniżi jirribattu illi s-surplus tagħhom huwa aktar dovut għall-kummerċ tagħhom mal-kumplament tad-dinja milli mal-pajjiżi tal-ewrożona u huwa assurd illi min hu bravu jiġi kkritikat. Huwa fatt imma illi l-Ġermaniżi jistgħu jagħmlu ħafna aktar biex jistimulaw iddomanda domestika tagħhom u jużaw is-surplus akkumulat fil-bilanċ tal-pagamenti tagħhom sabiex jirxuxtaw iddomanda domestika u jgħinu l-esportazzjonijiet tal-pajjiżi l-oħra taż-żona ewro. U jekk jitneħħew aktar barrieri għallgħoti ta' servizzi fl-Ewropa, settur fejn l-integrazzjoni ekonomika Ewropea għadha mhux kompluta, is-surplus Tedesk għandu jiġi ridimensjonat. Din l-istampa faċli tagħti lok għall-konklużjoni illi l-proġett tal-Ewro u l-integrazzjoni ekonomika Ewropea falla. Ikun żball storiku jekk wieħed jasal għal tali konklużjoni. Wara din id-dijanjożi, il-ġimgħa d-dieħla nippruvaw nagħtu titwila għall-pronjosi għażżona ewro, x'soluzzjonijiet huma possibbli jew iridu jiġu adottati jekk għadhom ma ġewx. Dan sabiex iż-żona ewro jkollha l-istess strumenti illi għandhom pajjiżi bħallIstati Uniti sabiex tikkumbatti l-kriżi ekonomika u sabiex il-mudell soċjali tagħha li hu l-għira tad-dinja jibqa' sostenibbli.