Illum previous editions

illum 24 November 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/216207

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 35

SPORTSillum Ritratt: Ray Attard Il-Ħadd 24 ta' Novembru 2013 | illum 27 Il-plejer internazzjonali ta' Hibs Andrew Cohen jiddefendi l-ballun bejn żewġ plejers ta' Tarxien Rainbows Tarxien Rainbows jegħlbu lil Hibs fid-Derby tan-Nofsinhar Hibernians ..............0 Tarxien ...................1 MINN CRISTIAN ANTONY MUSCAT KONTRA kull mistenni, Tarxien Rainbows għelbu lit-tim ferm superjuri ta' Hibernians fid-Derby tannofsinhar bl-iskor minimu ta' 1-0 bil-gowl waħdieni tagħhom jasal minn Ronaille Calheira biex b'hekk temmew ir-rekord ta' dan it-tim ta' logħbiet mhux megħluba. Kienu r-Rainbows li ħarġu fuq l-offensiva u wara biss sitt minuti logħob xutt insidjuż fil-baxx minn ġewwa l-kaxxa ta' Miguel Ciantar ġie mxellef minn Ryan Camilleri f 'corner. Ħames minuti biss wara, freekick mogħti tajjeb minn Jorge Santos Silva minn barra l-kaxxa ġie mxellef mill-goalkeeper ta' Hibs Mario Muscat f 'corner ieħor. Tarxien Rainbows marru fil-vantaġġ fit-12-il minuta meta minn corner mil-lemin, Ronaille Calheira Seara għola tajjeb u permezz ta' daqqa ta' ras tajba tefa' l-ballun wara Muscat. Il-Pawlisti rrispondew permezz ta' freekick ta' Andrew Cohen li għadda għoli fit-23 minuta. Minuta biss wara, Marcelo Dias kellu tentattiv mill-viċin imdawwar f 'corner minn Nicky Vella. Fil-31 minuta, Cohen żmarka lil Dias, dan avvanza fil-kaxxa iżda l-konklużjoni tiegħu għaddiet ftit għoli fuq il-mimduda. Fit-42 minuta, xutt angolat ta' Jean Paul Farrugia wara li rċieva l-ballun mingħand Tarabai, għadda jħakkek mal-lasta. Fit-tieni taqsima, Hibs kienu l-aħjar tim u fis-57 minuta Nicky Vella wettaq save tajjeb fuq tentattiv ta' Tarabai. Seba' minuti biss wara, Hibs kienu sfortunati meta Marcelo Dias laqat il-wieqfa. Fuq in-naħa l-oħra tal-grawnd, Mario Muscat wettaq save tajjeb fuq xutt b'saħħtu ta' Ronaille Calheira. Fis-76 minuta freekcik dirett ta' Jackson Lima minn barra l-kaxxa ntlaqa' tajjeb mill-BOV Plejer tal-Logħba u goalkeeper ta' Tarxien Rainbows, Nicky Vella. Vella reġa' kien l-eroj għarRainbows fil-85 minuta meta salva tajjeb xutt millviċin tas-solitu Tarabai. Eżatt qabel it-tisfira finali tar-referee Trustin Farrugia Cann, tentattiv minn daqqa ta' ras tal-plejer żagħżugħ ta' Hibernians, Jean Paul Farrugia spiċċa fix-xibka iżda r-referee ħassar dan il-gowl minħabba li ġġudika li l-plejer Pawlist kien jinsab f 'pożizzjoni ta' offside. Hibernians Muscat, Camilleri, Soares, Dias, Cohen, Kristensen, Failla, Lima, Dos Santos, Bartolo NICKY VELLA Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba millġurnalisti preżenti Ċaħħad għal diversi drabi lil Hibernians milli jsibu x-xibka Għamel żmien jilgħab bħala goalkeeper ta' riserva ma' Valletta iżda ma tantx kien jiġi inkluż fil-formazzjoni tagħhom (Levnaic 62'), Farrugia Tarxien R. Vella, Mamo, Caruana (Sadowski 80'), Lopez Alcantara, Martinelli, Calheira Seara, Ciantar (Pulo 90'), Souza Santos (Vella 90'), Sammut, Mifsud, Santos Silva Referee Trustin Farrugia Cann

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 24 November 2013