Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/216207
SPORTSillum Il-Ħadd 24 ta' Novembru 2013 | illum 29 Liverpool isalvaw punt flaħħar fid-derby ta' Merseyside FID-DERBY ta' Merseyside li rriżulta bħala wieħed tassew spettakolari, Everton u Liverpool temmew ilkonfront ta' bejniethom fi draw ta' 3-3. Il-gowls ta' Everton waslu minn Mirallas u minn doppjetta tal-plejer Belġjan Lukaku waqt li dawk għall-arċirivali eterni Liverpool waslu minn Coutinho, Suarez u Sturridge. Intant, Arsenal ikkonsolidaw posthom filquċċata tal-klassifika bi 28 punt meta ġewwa darhom fl-Emirates Stadium għelbu lil Southampton bl-iskor ta' 2-0 bil-gowls għalihom jaslu minn doppjetta ta' Giroud, bit-tieni gowl jasal minn penalty. Chelsea, barra minn darhom għelbu lit-tim inferjuri ta' West Ham United bl-iskor ta' 3-0 bilgowls għalihom jaslu minn doppjetta ta' Lampard, bl-ewwel gowl ikun skorjat minn penalty, minn Oscar. Fulham ġewwa darhom tilfu kontra Swansea City bl-iskor ta' 2-1 bl-uniku gowl għalihom fil-logħba jiġi skorjat minn Parker waqt li ż-żewġ gowls għal Swansea City ġew skorjati minn awtogowl tal-plejer ta' Fulham Hughes u minn Shelvey. Hull City tilfu wkoll ġewwa darhom bl-iskor minimu ta' 1-0 kontra Crystal Palace bilgowl għal Palace jiġi skorjat minn Bannan. Newcastle United komplew jikkonvinċu matul dan l-istaġun meta ġewwa darhom f 'St James Park għelbu lil Norwich City bl- iskor ta' 2-1 biż-żewġ gowls għalihom jaslu minn Remy u Gouffran waqt li l-plejer Fer skorja l-uniku gowl għal Norwich City f 'din il-logħba. Stoke City ġewwa darhom għelbu lil Sunderalnd bl-iskor ta' 2-0 bil-gowls għalihom jaslu minn Adam u Nzonzi. Intant, fil-Kampjonat Taljan Serie A Tim, fid-derby ta' Verona, Chievo Verona barra minn darhom għelbu lil Verona bl-iskor minimu ta' 1-0 bil-gowl waħdieni tagħhom jiġi skorjat minn Lazarevic propju fid-90 minuta. Riżultati Riżultati Kampjonat Barclays Premier Is-Sibt 23 ta' Novembru Everton vs Liverpool 3-3 Fulham vs Swansea City 1-2 Hull C. vs Crystal P. 0-1 Newcastle U. vs Norwich C. 2-1 Stoke C. vs Sunderland 2-0 Arsenal vs Southampton 2-0 West Ham U. vs Chelsea 0-3 Fixtures Kampjonat Barclays Premier Il-Ħadd 24 ta' Novembru 14:30 Manchester C. vs Tottenham H. 17:00 Cardiff C. vs Manchester U. Riżultat Kampjonat Serie A TIM Is-Sibt 23 ta' Novembru Verona vs Chievo V. Fixtures Kampjonat Serrie A TIM Il-Ħadd 24 ta' Novembru 15:00 Livorno vs Juventus 15:00 Sampdoria vs Lazio 15:00 Sassuolo vs Atalanta 15:00 Torino vs Catania 15:00 Udinese vs Fiorentina 20:45 Bologna vs Inter 0-1