Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/219726
turi tal-Ħajja Il-Ħadd 01 ta' Diċembru 2013 | illum 11 -providenza iżda jgħix kuntent filgħaxija kulħadd jaħseb f 'xi ħaġa għalih. Televiżjoni hemm wieħed għal kulħadd fejn iservi bħala laqgħa bejn il-patrijiet biex isegwu programm flimkien u jgħidu xi kelma wkoll. Iżda Fra Lorrie għandu l-kompjuter u juża ħafna l-Facebook biex iwassal il-messaġġi u l-avvenimenti tal-knisja lill-komunità Għajnselmiża u anke jitfa' r-ritratti tiegħu u ta' dak li jkun qed jagħmel. Għax Fra Lorrie qabel daħal patri, kien jistudja għal mastrudaxxa u fil-fatt jaħdem ħafna fuq l-armar tal-knisja u anke ta' barra għal festa ta' Sant'Antnin. Staqsejtu jgħidli xi ħaġa dwar il-komunità ta' Sant'Antin fejn innutajt li għal festi ta' din il-knisja jattendu diversi nies mill-Qala u n-Nadur barra ta' Għajnsielem. "Dik kienet ir-raġuni għaliex l-Isqof Giovanni Maria Camilleri kien tana l-post għal knisja. Għażel hawn biex tkun il-fus ta' tliet parroċċi, għax tinsab fil-periferiji ta' Għajnsielem, Nadur u Qala. Hawn għandna komunità ċkejkna, l-iżgħar fost iż-żgħar. Il-festa ta' Sant'Antin hi l-qofol tagħna li ssir f 'Ġunju. Aħna nordnaw in-nar ġimgħa qabel skont kemm inkunu ġbarna flus fejn hemm ċertu Peppinu li dejjem jieħu ħsieb in-nar ta' din il-komunità u dejjem jirnexxilu jiġbor biżżejjed biex ikollna festa ħelwa bin-nar. Norganizzaw tombla kull ġimgħa u l-qliegħ ukoll imur għan-nar. Ikollna festa ħelwa iżda b'qiesna, dejjem saqajna mal-art." Fra Lorrie kellu esperjenza ta' 11-il sena f 'Malta u tlabtu dwar jekk jarax differenza bejn il-Knisja f 'Malta u dik Għawdxija. "Il-Knisja f 'Għawdex għada ċentru talħajja. Għadek tara n-nies jilbsu pulit biex imorru l-quddies kull nhar ta' Ħadd. Hawn stima kbira għal membri tal-kleru, speċjalment għar-reliġjużi (patrijiet u sorijiet). Il-knisja f 'Għawdex hi aktar ħajja minn dik Maltija." Staqsejtu jekk jarax żgħażagħ jersqu lejn il-Knisja fejn Fra Lorrie qal li f 'kull lokalità għandek bidla ta' ġenerazzjoni. Fil-fatt jiftakar li l-komunità fejn qiegħed kienet mimlija tfal, illum dawn it-tfal saru żgħażagħ, sabu ħajjithom u ċċaqalqu u baqgħu biss innanniet. "Din hi triq mimlija anzjani forsi hawn żewġ jew tliet koppji żgħażagħ." Fra Lorrie jaħdem bla heda għal knisja tiegħu u għasservizz fil-komunità iżda ma jitħallasx bil-flus, jitħallas bil-providenza. "F'ħajti ħdimt bi qliegħ għal żewġt isjuf biss, qabel dħalt patri. Għamilt sajf naħdem Ta' Ċenċ u sajf naħdem nagħmel il-membrane fuq il-bjut. Il-bqija kont student ħaddiem meta kont qed nistudja għal mastrudaxxa. Kienu bagħtuni l-garaxx talgvern u sena minnhom kont diġà dħalt patri r-Rabat." "Meta nidħlu patrijiet nirrinunzjaw anke għal wirt" Staqsejtu hux diffiċli li taħdem u ma titħallasx. "Ħa ngħidlek eżatt xi tfisser tkun Franġiskan fl-Ordni tagħna. Aħna l-uniku ordni li ngħixu eżatt il-ħajja ta' San Franġisk. Meta nidħlu patrijiet nirrinunzjaw anke għal kull tip ta' wirt. Il-wirt li skont il-liġi suppost nirtu rridu ngħadduh lil ħaddieħor. Lanqas lill-kunvent ma nistgħu nħalluh. Aħna ngħixu biss bil-providenza. U iva nemmen fiha għax ngħixha kuljum. Nieklu u ngħixu mill-ġbir fil-knisja u minn xi attività ta' ġbir ta' fondi. Aħna ngħixu biss bl-elemożina. Anke fil-maħżen il-materjal jiġi bil-providenza fejn ħafna drabi mmur nixtri u tal-ħanut jgħidli dawk għalija ma rridx flus tal-materjal. Ġieli jarawna mexjin fit-triq u jiġi xi ħadd fuqna u jagħtina l-flus fil-but. "La l-Gvern u lanqas il-kurja ma tagħtina flus. Aħna bħala reliġjużi ma naqgħux taħt l-isqof iżda taħt il-provinċjal, l-isqof jieħu ħsieb biss il-kura pastorali. Però nista' ngħidlek li Sant'Antnin jipprovdi mmens." Staqsejtu jekk kienx hemm xi drabi li kienu magħfusin bil-flus. "Ifhimni jien qatt ma ħassejtni nkwetat, forsi l-gwardjan li jrid iħallas ilkontijiet jkollu uġigħ ta' ras iżda dejjem ipprovda. Għax aħna dejjem nieħdu ħsieb li f 'dak kollu li nagħmlu nibbilanċjaw." Staqsejtu jekk jiġuhx mumenti li jiddispjaċih li daħal fra, fejn b'dawk l-għajnejn kastanji mimlija ferħ xengel rasu mill-Lvant għal Punent u qalli, "qatt ma ddispjaċieni. Ġieli nħossni waħdi bħal kull bniedem ieħor. Patri hu bniedem bħal kulħadd, bid-dwejjaq u l-ferħ inkluż fil-pakkett tal-ħajja." Bdejna diskussjoni fuq dak li qed jiġri madwarna f 'dan it-taqlib ta' stil ta' ħajja mhux fuq l-istess linji li temmen il-Knisja Kattolika. Impressjonani l-mod li weġibni l-fra "minn estrem morna għall-ieħor" beda Fra Lorrie, "Konna magħluqin f 'dinja għalina fejn dak li jgħid is-saċerdot kien sagrosant. U issa sirna globu ta' għerf u jekk is-saċerdot jiftaħ ħalqu fuq dak li ma jaqbillekx għal widnejk irriduh jagħlaq ħalqu." Ma stajnix ma nsemmux lil Papa Franġisku u t-terremot li qed jagħmel fil-Knisja Kattolika. Hawn Fra Lorrie tkellem b'mod filosofiku dwar il-Papa. "Wieħed irid jifhem li aħna l-Ewropej mhux imdorrijin bi stil ta' ħajja li għex dan il-Papa f 'ħajtu. Aħna mdorrijin bit-twapet ħomor u ħafna ċerimonji. Dan trabba u għex f 'ambjent tat-tielet dinja u ta' faqar u allura qed jgħix il-ħajja li jaf. Jemmen f 'kulturi differenti u li aħna l-Ewropej konna nsejna dan il-wiċċ talKnisja." Fil-ġurnata tal-lum ftit għadek tara patrijiet biċ-ċoqqa jew saċerdoti bis-suttana iżda dan il-fra dejjem tarah għaddej biċ-ċoqqa "Aħna ngħidulha tonka u mhux ċoqqa" beda biex qalli. "Jien kważi dejjem bit-tonka anke t-tieġ ta' ħuti biha mort. Jien qatt ma stħajt mill-għażla li għamilt u rrid ngħixha l-għażla tiegħi. Anke l-vot tal-kastità xejn ma jdejjaqni. Biex wieħed ikun jaf, il-kastità mhux sagrament kienet għażla tiegħi li nieħu dak il-vot." Mistoqsi jekk ilKnisja tgħaddiha li l-patrijiet jistgħu jiżżewġu jitħajjarx, Fra Lorrie qal li hu ma jemminx bil-kieku, iżda bil-preżent. Semmieli wkoll l-esperjenza tiegħu fl-art imqaddsa fejn jaħdem mill-qrib malOrtodossi li hemm minnhom monaċi u oħrajn miżżewġin. "Tinduna li dawk miżżewġin jkollhom problemi aktar minħabba n-nisa tagħhom u l-ulied. Għalija l-komunità nnifisha hi l-famija tiegħi." Fra Lorrie hu l-viċi kummissarju tal-Art Imqaddsa. Dan ifisser li jgħin lil kummissarju Patri Twanny Chircop jiġbru donazzjonijiet għall-Art Imqaddsa li hi mmexxija mill-ordni minuri ta' madwar id-dinja. Fra Lorrie kellu l-opportunità li fl-1997 għex xahar Betlem fejn kien jgħallem lin-nies tal-lokal kif isir ix-xogħol bil-madre perla u fl-2005 kellu esperjenza ta' xahar ieħor fl-iskavi f 'Umm al-Rasas fil-Ġordan mal-mibki Patri Ġwann Abela. Dan hu sit immexxi wkoll mill-patrijiet. Fra Lorrie barra dan kollu jaħdem fis-segretarjat malmissjonijiet Franġiskani tal-Honduras, definitur mal-kunsilliera tal-provinċjal, sagristan, jieħu ħsieb l-abbatini, il-kor, il-festa u l-armar tagħha. Insomma l-Fra li ma jieqaf qatt, fejn bħalissa għaddej bil-ħidma fil-bini ta' Betlem f 'Għajnsielem. Ilgrupp tal-armar ta' Sant'Antnin se jieħu ħsieb is-suq ta' Betlem. "Din hi idea tajba għax hi idea ftit inqas kummerċjali dwar Milied nisrani, il-Milied ta' Ġesu Bambin." Fl-aħħar għamiltlu ftit domandi diretti: Xi jfisser Ġesu għalik? "Il-ħajja tiegħi" Il-Komunità? "Il-qalb tal-ħajja" X'iweġġgħek? "Dak kollu li jweġġa' lillKnisja." X'offrietlek il-vokazzjoni tiegħek? "Ħajja sabiħa bħal kull ħajja oħra. Kultant jidher in-negattiv iżda fiha ħafna pożittiv. Importanti li tkun miftuħ għaliha bħal kull sejħa oħra fil-ħajja. Żgur nerġa' ntenni li ma jiddispjaċinix li għażiltha." Hawnhekk dawwarni dawra mal-kunvent, offrieli jekk ridtx niekol magħhom (fejn il-koka qaltli li hemm biżżejjed għal kulħadd) li għal mistħija rrifjutajt u mort ħadtlu żewġ ritratti fil-ġardin tal-kunvent li hu sabiħ immens imma ħasra li m'hemmx ġardinar li jkun jista' jsebbħu ħafna aktar. Sellimtlu filwaqt li ħallejtu f 'dak il-post mimli serenità jaħseb kif se jkompli jiġġieled mal-ħajja bil-mod pożittiv tiegħu u bi tbissima fuq fommi tajtu laqam: The Happy Friar.