Illum previous editions

illum 1 December 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/219726

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 35

SPORTSillum 28 illum Il-Ħadd 01 ta' Diċembru 2013 Adam Vella jkompli jikseb l-unuri fil-lotta IL-LOTTATUR Adam Vella li għandu 23 sena, barra li huwa 'accountant' professjonali qed jikseb suċċess kbir personali kif ukoll għal pajjiżna fl-isport tal-lotta ('wrestling'). Huwa jagħti prijorità assoluta tal-ħin tiegħu lillisport, li titlob sagrifiċċji kbar speċjalment fil-ħajja soċjali tiegħu, fosthom li joqgħod lura mill-ħruġ speċjalment meta tkun riesqa xi kompetizzjoni peress li jkun irid iqatta' ammont ta' sigħat twal f 'taħriġ (medja ta' 20 siegħa fil-ġimgħa). Wieħed mill-akbar sagrifiċċji jdur ukoll mad-dieta tiegħu. Billi l-isport tal-Lotta huwa sport ta' kategoriji skond il-piż tal-atleta, il-lottaturi jkunu jridu jżommu viċin tal-piż tal-kategorija. Dan jirrikjedi dieta matul issena kollha li mbagħad tintensifika viċin talkompetizzjoni. Adam kien introdott għal dan l-isport minn għalliem ta' Stella Maris College tal-Gżira, is-Sur Manwel Cilia, fis sena 2003, meta kellu 13-il sena. Beda jitħarreġ darba fil-ġimgħa avolja dak iż-żmien l-isport kien jarah bħala attività fejn jiltaqa' ma' sħabu u jieħdu gost flimkien. Wara biss sena, sar turnament internazzjonali f 'pajjiżna fejn ġie mistoqsi jekk iridx jipprova jikkompeti fih. Huwa għażel li jidħol għal din l-esperjenza fejn sar jaf x'livell kien hemm barra minn xtutna f 'dan l-isport. Fl-ewwel esperjenza tiegħu barra minn Malta, Vella tilef il-logħob kollha kontra l-Ġermanja u Sqallija. Wara dan itturnament u tard fis sena 2004 ġietu l-opportunità li kellha tbiddillu l-mod kif iħares lejn il-Lotta. Dan hekk kif iltaqa' malkowċ nazzjonali ta' Malta, Jesmond Giordimaina, fejn mal-ewwel ġurnata li ltaqa' miegħu seta' jintebaħ bisserjetà tat-taħriġ tiegħu, l-esperjenza vasta, inkluż parteċipazzjoni f 'żewġ Olimpjadi u d-dedikazzjoni impekkabbli ta' dan irraġel. Fis-sena 2005, isSur Giordimaina, iddeċieda li jikkompetu f 'kompetizzjoni internazzjonali ġewwa Sqallija. Din id-darba Adam kien iktar ippreparat u avolja kien ilu biss sentejn jikkompeti, irnexxielu jirbaħ il-midalja tal-fidda b'rebħa fuq l-istess Sqallija. B'dan irriżultat kien ukoll ivvutat bħala l-aħjar Lottatur Żagħżugħ ta' Malta. Dan l-istess unur reġa' rebħu fis-sena 2007. Bejn is-sena 2006 u 2011 ħa sehem f 'diversi kompetizzjonijiet internazzjonali fosthom filBelġju fejn rebaħ il-midalja tal-Bronż, l-iSkozja, fejn ipparteċipa fil-Kampjonati tal- Commonwealth u fejn seta' josserva timijiet b'saħħithom fosthom dak tal-Kanada u tal-Afrika t' Isfel, Ċipru u Sqallija fejn irnexxielu jirbaħ żewġ midalji tal-fidda, sentejn fuq xulxin, fejn fiż-żewġ ċirkostanzi tilef il-finali mal-atleta tat tim nazzjonali tal-Italja. Fis sena 2011 rebaħ Tkompli l-istorja ta' suċċess ta' Adam Vella fil-lotta l-unur tal-aħjar Lottatur Malti u reġa' rebaħ l-istess unur fis-sena 2012. Dawn l-unuri komplew jimmotivawh biex jieħu dan l-isport iktar b'serjetà, u bl-għajnuna tal-kowċ Jesmond Giordimaina u l-assistent tiegħu s-Sur Abraham Vassallo, ittaħriġ beda jintensifika u jsir aktar professjonali. Parti minn dan it-tibdil kien li jqatta' żmien qabel xi kompetizzjoni kbira ġewwa Ruma fejn seta' jitħarreġ ma' atleti oħra ta' nazzjonalità barranija fosthom Spanjoli, Kubani u Taljani. Fis-sena 2012 ilFederazzjoni Maltija tal-Lotta għamlet kuntatt ma' diversi klabbs mirRenju Unit u mat-tim nazzjonali ta' Wales. B'kollox f 'dik l-istess sena rebaħ tliet midalji taddeheb kontra dawn ittimijiet fejn ikkompetew ġewwa Bradford, Cardiff u f 'turnament internazzjonli li sar ġewwa Malta. Is-sena 2013 kienet l-aktar waħda importanti fil-karriera ta' Adam Vella. Il-Kumitat Olimpiku Malti (KOM) għażel kontinġent ta' 10 atleti mid-dixxiplini ta' Malta sabiex jirrappreżentaw lil Malta fil-Logħob tal-Mediterran li saru f 'Ġunju li għadda ġewwa Adana fit-Turkija. Bħala preparazzjoni għal dan il-Logħob ferm importanti, huwa kkompeta ġewwa Nottingham fl-Ingilterra fejn wara li rebaħ żewġ logħbiet tilef il-finali ma' lottatur Bulgaru u rnexxielu jżomm ilmidalja tal-fidda. Ġimgħa qabel l-istess logħob, reġa' għamel esperjenza ta' kamp ta' taħriġ ġewwa Ruma. Il-Logħob tal-Mediterran kienu esperjenza kbira għalih hekk kif dawn irrappreżentaw l-ogħla livell ta' lotta li qatt iltaqa' miegħu fejn hemmhekk ikkompetew uħud millaqwa lottaturi fid- dinja fejn fosthom kien hemm ukoll atleti li jikkompetu fl-Olimpjadi. Fil-klassifika finali spiċċa fil-ħames post fost 9 lottaturi qabel pajjiżi bħall-Italja, Spanja u l-Greċja. Adam ikkompeta kontra lottatur mill-Marokk li rebaħ ilmidalja tal-fidda u kontra l-Maċedonja fejn rebaħ il-midalja tal-bronż. Wara din l-esperjenza huwa kkompeta ġewwa Wales fejn irnexxielu jirbaħ midalja taddeheb oħra. Ftit tal-jiem ilu, Adam Vella temm l-impenji tiegħu għal matul din is-sena li kienet waħda ferm impenjattiva għalih b'turnament internazzjonali li kien il-Malta International Open tal-Lotta fejn iġġieled kontra atleta ieħor minn Wales u lottatur ta' kategorija akbar millIrlanda ta' Fuq, fejn rebaħ l-ewwel post fil-kategorija tas-60 kilogramma fi ġlieda kontra Wales bir-riżultat finali ta' 7-0. Barra minn hekk wara din il-ġlieda, Adam iġġieled ukoll kontra l-medalista tad-deheb Irlandiż fil-kategorija tas66 kilogramma u rnexxielu jirbaħ ukoll din ilkompetizzjoni bir-riżultat finali jkun dak ta' 6-2. Fil-futur, l-għan ewlieni tal-lottatur Malti li kiseb suċċess liema bħalu għal pajjiżna f 'dawn l-aħħar snin, huwa dak li jkompli jibni fuq dawn is-suċċessi. Huwa jistenna li jkompli jinvesti aktar ħin f 'dan l-isport fejn hija x-xewqa tiegħu li jkompli jkabbar l-esperjenza tiegħu billi jikkompeti f 'turnaments internazzjonali oħra ta' livell ogħla, fosthom fis-sena 2014 fejn se jsiru l-Logħob talCommonwealth ġewwa Glasgow, fl-iSkozja. Xewqa oħra li għandu Vella filkarriera tiegħu hija dik li jibqa' jkun ta' għajnuna għall-Federazzjoni Maltija tal-Lotta, speċjalment fejn jidħlu atleti ġodda u żgħar fejn jista' jgħaddi parti mill-esperjenza tiegħu lejhom. F'kummenti li għadda lil dan il-ġurnal, huwa saħaq li Malta bħala pajjiż aħna limitati ħafna speċjalment fejn jidħlu riżorsi u atleti ma' min tista' titħarreġ, u allura huwa sostna li l-fatt li tkun hemm għal dawn l-atleti ġodda sabiex ikollhom ma' min jitħarrġu u jipprattikaw, tiswa ħafna.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 1 December 2013