Illum previous editions

illum 1 December 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/219726

Contents of this Issue

Navigation

Page 32 of 35

SPORTSillum Il-Ħadd 01 ta' Diċembru 2013 | illum 33 Divorzju bejn Casillas u Real Madrid JIDHER li l-goalkeeper ta' Real Madrid u tat-tim nazzjonali Spanjol meqjus fost l-aqwa fid-dinja filpreżent, Iker Casillas jinsab viċin li jitlaq lil Real Madrid biex jingħaqad mal-ġganti Ingliżi Manchester City. Dan hekk kif fil-jiem li għaddew f 'kummenti li għadda lill-ġurnal Spanjol 'Revista de la Liga' u li dehru fuq il-paġna ta' Twitter ta' Sky Sports, l-espert tal-futbol Spanjol, Guillem Balague żvela li Iker Casillas jinsab viċin li jilħaq ftehim li jħalli lil Real Mardid matul is-sajf li ġej. Balague saħaq li l-internazzjonali Spanjol mhux se jaċċetta li jkun il-goalkeeper sostitut ta' Real Madrid taħt Ancelotti jekk ma jerġax isir il-goalkeeper titolari talGalacticos sa tmiem l-istaġun u li Manchester City huma determinati li jingaġġawh magħhom. Balague saħaq li m'hemmx dubju li s-City iridu lil Iker Casillas għall-istaġun li ġej u Casillas ilu konxju ta' dan għal xi żmien. Iżda Manchester City mhumiex l-uniku tim li jinsab interessat f 'Casillas, u jekk huwa jibqa' ma jilgħabx u fil-fatt kollox jindika li dan se jkun il-każ jekk ma jweġġgħax il-goalkeeper li qed jilgħab bħalissa Diego Lopez, huwa jrid jitlaq lil Real Madrid fi tmiem l-istaġun. Fil-fatt skond Balague, Casillas diġà qed jimmaġina l-possibbiltà li jilgħab barra Spanja, u għalkemm iħobb il-Kampjonat Barclays Premier fl-Ingilterra, forsi dan il-kampjonat ma joħroġx l-aħjar mit-tip ta' logħba li jilgħab hu daqs ilkampjonat Taljan Serie A TIM jew il-Kampjonat Ġermaniż, Bundesliga. Casillas għadu lanqas lagħab logħba waħda ma' Real Madrid f 'dan l-istaġun u beda biss f '6 logħbiet mal-klabb fil-kompetizzjonijiet kollha li kienu involuti Real Madrid sa issa f 'dan l-istaġun fosthom il-Liga Spanjola, il-UEFA Champions League u l-Copa Del Rey. Huwa tilef postu għal Lopez taħt Mourinho u ra din it-'trend' tibqa' mal-wasla talkowċ Taljan, Carlo Ancelotti. Iż-żewġ kowċis jippreferu lil Lopez li biex ngħidu kollox huwa wkoll goalkeeper ta' klassi mondjali bħal mhuwa Casillas. Madankollu Casillas huwa leġġenda ħajja ta' Real Madrid fejn lagħab iktar minn 600 logħba għall-ġganti Spanjoli u rebaħ xejn inqas minn ħames kampjonati Spanjoli u żewġ UEFA Champions Leagues, flimkien ma' unuri prinċipali oħra li għandu x'joffri l-futbol mondjali fosthom unuri personali. Fuq livell internazzjonali rigward tim nazzjonali, huwa rebaħ it-Tazza tad-Dinja u darbtejn il-Kampjonat Ewropew mattim nazzjonali Spanjol fejn kien ukoll il-kap matul din Jidher li l-jiem ta' Casillas ma' Real Madrid huma magħduda l-iktar era glorjuża li għadda minnha t-tim nazzjonali Spanjol tul dawn l-aħħar snin. Għal Casillas li jpoġġi fuq il-bank tas-sostituti ta' 32 sena, li hija età relattivament żgħira għall-goalkeeper, hija xi ħaġa starordinarja u kemxejn inkwetanti. M'hemmx dubju li Casillas fil-preżent huwa fost l-aqwa ħames goalkeepers fid-dinja. U l-interess ta' Manchester City huwa wieħed li jagħmel sens. Dan hekk kif il-forma tal-goalkeeper internazzjonali Ingliż Joe Hart matul dan l-istaġun kienet tant ħażina li wasslet biex saħansitra jitlef postu mit-tim titolari millkowċ Manuel Pellegrini għallgoalkeeper ta' riserva, Costel Pantilimon wara serje ta' żbalji li ħallew effett ferm negattiv fuq Manchester City għalkemm huwa mistenni li Hart jerġa' jirbaħ postu mal-ewwel 11 ta' Manchester City wara l-logħba tajba li kellu fil-logħba ta' ħbiberija kontra l-Ġermanja fejn l-Ingilterra ġewwa darhom tilfu bl-iskor minimu ta' 1-0. F'dawn l-aħħar jiem Casillas ġibed ukoll interess mit-tim li bħalissa jinsab jokkupa l-ewwel post fil-Kampjonat Barclays Premier fl-Ingilterra, Arsenal għalkemm il-forma eċċellenti li minnha għaddej bħalissa l-goalkeeper Pollakk numru 1 ta' dan it-tim minn Londra, Wojciech Szczesny tagħmilha ferm diffiċli biex Casillas jeħodlu postu bejn il-lasti. Intant, f 'kummenti li għadda l-eks kowċ ta' Manchester City u li bħalissa jinsab fit-tmun tattim Tork, Galatassary, it-Taljan Roberto Mancini, u li dehru fuq il-paġna ta' Twitter ta' Real Madrid, 'Real Madrid info', huwa saħaq li Casillas huwa tabilħaqq wieħed mill-aqwa goalkeepers tad-dinja u dan jurih f 'kull logħba li jilgħab! Badminton Malta torganizza kors Eric Bezzina jirbaħ l-unur tal-Ġerrej tax-Xahar bażiku dwar badminton attiv BADMINTON Malta riċentament organizzat Kors Bażiku dwar Badminton Attiv immexxi minn wieħed mill-kowċis t'esperjenza fl-Iskozja, Billy Fulton. Ħadu sehem 35 parteċipant, fosthom għalliema tal-PE, kowċis tal-KMS / Instructors u plejers tal-Badminton. Il-kors jittratta dwar kif tagħti t-tagħlim bażiku tal-badminton lil dawk li għadhom jibdew u flistess ħin jieħdu gost. Ilparteċipanti raw kif permezz ta' logħob ta' pjaċir ġo u barra mill-court, wieħed jista' juri kif isiru strokes bażiċi tal-badminton, kif wieħed jaqbad sew ir-racket u kif jagħti serve. L-aktar aspett importanti tal-kors kien li l-player jitgħallem iħaddem moħħu. Ma jsirx eżami bil-miktub; il-kors huwa biss prattiku. Il-parteċipanti tqassmu fi gruppi ta' 3 jew 4, kull darba wieħed/waħda minnhom Billy Fulton jindirizza lil dawk preżenti waqt l-'Active Badminton Basics Course' trid tmexxi l-grupp. L-enfasi kien biex it-tfal jieħdu pjaċir waqt il-coaching u b'hekk jiġu mħajra jibdew jilagħbu l-badminton, waqt li fl-istess ħin il-kowċis tgħallmu iktar dwar il-logħba. M'hemmx għalfejn ngħidu li l-kors intlaqa' tajjeb għaliex il-parteċipanti ħadu sehem attiv fih. Fil-kors kienet trattata wkoll it-tema tas-Sigurtà u s-Saħħa. Fi tmiem il-kors tqassmu ċertifikati lill-parteċipanti. Badminton Malta rringrazzjat lis-Sur Billy Fulton u lill-Għaqda lokali fl-iżvilupp tal-kowċis u talplejers tal-badminton. IL-ĦADD wara nofsinhar saret il-premjazzjoni lil Eric Bezzina li ġie magħzul bħala l-ġerrej tax-xahar għall-Ottubru. Din ilpremjazzjoni tmexxiet miċċermen tal-Malta Racing Club, l-Avukat Matthew Brincat. Eric Bezzina rebaħ dan l-unur wara li matul Ottubru huwa rebaħ tliet tiġrijiet biż-żiemel 'Midnight Passion' inkluża l-'Cassar Fuels Condition Race' għal żwiemel tal-Klassi Gold. Bezzina għandu 37 sena u joqgħod il-Marsa. L-ewwel darba li saq kien fit-28 ta' Marzu 1993 bl-ewwel rebħa tiegħu tasal fuq Arnie's Dot nhar it-12 ta' Novembru 1995. Sal-preżentazzjoni Eric kien rebaħ 31 tiġrija iżda aktar tard matul il-programm irnexxielu jirreġistra rebħa oħra fuq Midnight Passion f 'waħda mill-heats tat-Tazza tal-President. Għalih dan l-aqwa staġun fil-karriera tiegħu u Midnight Passion huwa l-aktar żiemel li qatt tah sodisfazzjon. L-unur tax-xahar ta' Ottubru kien sponsorjat minn Winner's Circle Bar & Restaurant tal-Imġarr, grazzi għal Jason Vassallo. Eric Bezzina ppreżentat bl-unur tal-Ġerrej tax-Xahar għal Ottubru minn Dr Matthew Brincat

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 1 December 2013