Illum previous editions

illum 1 December 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/219726

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 35

Il-Ħadd 01 ta' Diċembru 2013 | illum 7 Jerome Caruana Cilia jccilia@mediatoday.com.mt LANQAS ilu sena u blentużjażmu li daħħal fil-Knisja Kattolika reġa' ġibed lura lejn il-Knisja bosta individwi li għal xi raġuni jew oħra ppreferew joqogħdu fil-periferija u jkunu spettaturi. In-nifs ġdid li ġabet il-ħatra tal-Qdusija Tiegħu Papa Franġisku fit-13 ta' Marzu ma jitfissirx. Iżda l-ħeġġa ta' Jorge Mario Bergoglio tinsab fl-Eżortazzjoni Appostolika Evangelii Gaudium – 'Il-ferħ tal-Vanġelu'. Kitba mingħajr prolissità, iżda li fiha ssib temi varji, mill-ekonomija sal-evanġelizzazzjoni, iddjalogu soċjali u l-ħidma għall-paċi. Opinjonisti varji qed iqabblu din l-ewwel kitba uffiċjali tal-Papa mad-diskors famuż 'I have a dream' ta' Martin Luther King. Però iktar milli ħolma, din hi l-viżjoni ta' Papa Franġisku. Jaf x'bidliet hemm bżonn u fejn irid jasal. Fl-eżortazzjoni appostolika huwa jitkellem dwar l-aspett ekonomiku u l-faqar, dwar il-klerikaliżmu sfrenat li tħaddan il-Knisja, iċċentralizzazzjoni eċċessiva tal-poter u fuq kollox dwar l-irwol essenzjali tal-lajċi u ż-żgħażagħ. Il-Papa jsemmi wkoll l-isfidi li mhux biss ilKnisja Kattolika imma wkoll is-soċjetà qed ikollha tħabbat wiċċha magħhom. Il-globalizzazzjoni, l-indifferenza, ir-relattiviżmu, l-intolleranza u d-djalogu inter-reliġjuż kollha jidħlu filkitba ta' Papa Franġisku. "Din l-ekonomija toqtol" Għal għexieren ta' snin il-Knisja Kattolika dejjem ħambqet fuq l-importanza tas-suq ħieles u l-libertà fl-ekonomija. Anzi, tat l-impressjoni li dan hu parti mit-tagħlim. L-ewwel enċiklika li qajmet kuxjenza għall-ħtieġa tatTagħlim Soċjali, kienet ir-Rerum Novarum fl-1891 ta' Papa Ljun XIII fejn kemm il-komuniżmu u anke l-kapitaliżmu fl-estrem tiegħu ġew ikkundannati, u saħqet fuq l-importanza li l-ġid ikun imqassam b'mod ġust. Sussegwentament ilKnisja baqgħet issostni dan l-argument kemm fl-enċiklika Quadragesimo Anno miktuba minn Papa Piju XI fl-1931, fl-enċiklika ta' Papa Ġwanni XXIII Mater et Magistra fl1961 u fl-enċiklika Laborem It-terremot ta' Papa Franġisku Exercens ta' Papa Ġwanni Pawlu II fl-1981 fost l-oħrajn. Temi prinċipali fil-qalba ta' dawn il-kitbiet huma s-solidarjetà, is-sussidjarjetà, id-dritt għall-paga ġusta, id-dinjità tal-persuna u l-fatt li l-bniedem m'għandux ikun stmat bħala oġġett li tista' tixtri jew tbigħ, tbiddel u tneħħi kif ġieb u laħaq. Iżda maż-żmien setgħet ingħatat l-impressjoni li dan it-tagħlim twarrab u baqa' biss imwaħħal mal-karti. Minħabba l-irwol ċentrali li l-Knisja Kattolika kellha fil-waqa' tal-komuniżmu fl-Ewropa, permezz tal-Papa Ġwanni Pawlu II, diversi esponenti favur l-użu talkapitaliżmu fl-estrem tiegħu ppruvaw jinqdew bit-tagħlim tal-Knisja sabiex jiddefendu din l-ideoloġija. B'xorti ħażina, illum il-ġurnata qed naraw ir-riperkussjonijiet talkapitaliżmu bla kontroll. L-esklużjoni u l-inugwaljanza Fil-fatt Papa Franġisku jattakka dan l-istil ta' tmexxija ekonomika u jgħid li "din l-ekonomija toqtol". "Kif jista' jkun li meta persuna bla saqaf tmut ma tissemmiex fl-aħbarijiet, iżda mbagħad meta l-istokk tas-suq jonqos b'żewġ punti dan jagħmel ħoss kbir? Dan huwa każ ta' esklużjoni. Kif nistgħu nibqgħu b'ħalqna magħluq meta jintrema l-ikel, waqt li hawn nies isofru l-ġuħ? Dan huwa każ ta' inugwaljanza," jgħid il-Papa bi kritika lejn ċertu prijoritajiet talmezzi tax-xandir. Illum il-ġurnata kollox huwa mibni fuq il-liġijiet talkompetizzjoni u fuq il-fehma li min hu l-aqwa jħawwel, fejn il-qawwija jieklu minn fuq id-dgħajfa. Minħabba f 'dan – itenni Papa Franġisku – ħafna jsibu ruħhom mingħajr impjieg, mingħajr opportunitajiet u mingħajr ebda tama ta' emanċipazzjoni. Id-deċentralizzazzjoni talpoter Tassew Papa viċin tannies, mhux biss għaliex personalment ċempel lil min bgħatlu ittra jew għaliex xi minn daqqiet (għal kuntrarju tal-parir tal-Kap tas-Sigurtà) niżel jitkellem malmiġemgħa, iżda wkoll għaliex jemmen li l-poter m'għandux jibqa' f 'Ruma. Fl-eżortazzjoni appostolika jagħmilha ċara li ma jemminx li l-maġisteru papali jrid joffri l-aħħar kelma fuq kull kwistjoni li taffettwa l-Knisja fid-Dinja. "Il-Papa m'għandux jieħu l-irwol tal-Isqfijiet fid-dixxerniment dwar kwistjonijiet lokali li jinqalgħu fit-territorji tagħhom." F'dan is-sens il-Papa huwa konxju talħtieġa li jippromwovi deċentralizzazzjoni tal-poter. Kritika mill-faxxa tradizzjonali Min jiddeskrivih bħala rivoluzzjonarju u min jgħid li qed jesaġera. Insomma... għal Papa Franġisku mhux kollox ward u żahar. Issib membri tal-Kleru li huma b'mentalità tradizzjonali li jikkritikaw l-imġiba ta' dal-Papa. Papa Franġisku ma beżax jitkellem dwar temi li għallmembri fil-Knisja Kattolika huma tabù u li skont uħud m'għandhomx jintmessu. L-asserzjonijiet tiegħu wasslu għal skrutinju qawwi. Saħansitra kien hemm min inħasad b'dak li qal. It-Teoloġija tal-Liberazzjoni Minkejja li l-Papa qatt ma mar kontra d-duttrina tal-Knisja Kattolika, però l-attitudni li qiegħed jaddotta hija kompletament differenti minn ta' qablu. Stennejt li dan ser iġib bidla. L-ewwel nett Bergoglio huwa Ġiżwita u fuq kollox ġej mill-Arġentina mill-kontinent tal-Amerika Latina li hu msawwar fuq itTeoloġija tal-Liberazzjoni. Huwa fatt li bosta saċerdoti jibżgħu jitkellmu dwar l-omosesswalità. Min għax ma jafx kif jaqbad iwieġeb il-biżibilju mistoqsijiet li din it-tema ġġib magħha, u min għax bil-mentalità li l-omosesswalità hija intrinsikament ħażina. Iżda dan il-Papa mar oltrè minn hekk u meta kien mistoqsi dwar l-omosesswalità wieġeb: "min jien biex niġġudikahom?" Hu enfasizza li l-omosesswali għandhom jiġu integrati fis-soċjetà filwaqt li saħaq li dawn il-persuni m'għandhom xejn ħażin. Knisja missjunarja Il-Knisja qiegħda fil-periklu li terġa' tmur lura għal dak li kien ġara fil-Konċilju Vatikan I: fejn tingħalaq fiha nnifisha, tkun kuntenta li mliet l-ewwel erba' fillieri tal-knejjes kbar u tibqa' msakkra fis-sagristiji. Iżda Papa Franġisku jrid jeqred għal kollox din il-biża'. Il-Knisja għandha tiftaħ il-bibien beraħ u kif qalu l-Isqfijiet tal-Amerika Latina "jeħtieġ xeħta missjunarja flok noqogħdu nistennew passivament u bil-kalma filbini tal-knejjes." Ministeru għall-Intern u s-Sigurta` Nazzjonali L-Uffiċċju tal-Kummissarju għar-Refuġjati Fond Ewropew għar-Refuġjati 2013 L-Uffiċċju tal-Kummissarju għar-Refuġjati qieġħed ifittex is-servizzi ta' Project Officer u żewġ Administrative Officers (fuq bażi ta' kuntratt ta' Servizzi) għal żewg proġetti b'rata ta' ko-finanzjament ta' 75% mill-fondi tal-UE. Project Officer: Risponsabbli mill-implimentazzjoni tal-proġett Administrative Officers: Jassistu lil Project Officer -40 siegħa xogħol fil-ġimgħa -Jaħdmu fuq żewġ proġetti: 'Setting up a database for the electronic management of documentation during the asylum process and issuance of new protection certificates' u 'Enhancing the Information Session Stage in the Asylum Procedure by the Setting up of Structural Facilities'. -Esperjenza relatata u/jew fuq immaniġjar ta' fondi tal-UE -Ikollhom it-trasport tagħhom. Aktar tagħrif, inkluż termini dettaljati tar-riferenza, jista' jinkiseb mill-Uffiċċju tal-Kummissarju għar-Refuġjati jew b' e-mail lil refugeecommission@gov.mt . Id-dokument tat-'tenders' jista jigi mnizzel min dawn il-links: http://mhas.gov.mt/en/MHAS-Information/Tenders%20-%20RFQ/Pages/default.aspx jew http://mhas.gov.mt/ u agħzel 'Tenders' Sottomissjonijiet jistgħu jintbagħtu sa mhux aktar tard minn nofsinhar (CET) tat-Tnejn 16 ta' Dicembru, 2013 lil Uffiċċju talKummissarju għar-Refuġjati, 37/39, Rue D'Argens, Msida, MSD 1368. Ħinijiet ta' ftuħ 8:00am sa 12:30pm. Sottomissjonijiet li jaslu tard ma jkunux ikkunsidrati. Programm Ġenerali Solidarjeta' u Ġestjoni ta' Migrazzjoni 2007-2013 Fond Ewropew għar-Refuġjati (FER) Offerta parzjalment iffinanzjata mill-Unjoni Ewropea Rata ta' ko-finanzjament: 75% Fondi UE: 25% Fondi mill-Beneficjarju Ġestjoni Sostenibbli ta' Migrazzjoni

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 1 December 2013