Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/219726
Għawdex: Int djamant Il-Ħadd 01 ta' Diċembru 2013 | illum 9 minn John Busuttil eni l-eqdem tempju fid-dinja... mibdul dwar Għawdex ikunu jafu iktar mill-qrib fuq xiex qed jitkellmu" qaltli Joyce Dimech kuntenta bl-interess talmembri tat-tmexxija tagħha. Iżda bla dubju l-aktar persuna interessanti li kien hemm f 'din iż-żjara kienet iż- żagħżugħa Daphne Caruana, mix-Xagħra u li kienet parti mit-tim li ra t-twettiq ta' dan il-proġett. Daphne hi l-kuratur ta' dan il-mużew. Hi arkeologa u gradwata fl-istorja tal-arti u s-sagħtejn li qattajt nisma' (bid-djalett Għawdxi) fuq il-bidu tal-era neolitika f 'Malta u Għawdex (li skont Daphne kienet kontemporanja) inberikhom. Dak li mingħalija kont naf indunajt li ma kont naf xejn. Il-mod kif din it-tfajla ferm kolta twassal l-informazzjoni ħalliet lil kulħadd b'widnejh miftuħa. Mad-daħla għal dan ittempju wieħed isib mużew b'wirjiet ta' sejbiet ta' diversi għodod, għadam, fuħħar u sejbiet oħra minn żmien inNeolitiċi. Il-mużew innifsu hu mqassam fuq stil li min iżur il-mużewijiet barranin jara li dan il-proġett interattiv laħaq l-istess livell tal-barrani. Però ħafna drabi dawn it-tip ta' sejbiet nagħtuhom daqqa t'għajn u nibqgħu għaddejjin sa ma naslu għal dak li ħallasna għalih, it-tempju nnifsu. Iżda ma' Daphne ma kienx il-każ. Għal kull sejba kellha storja interessanti, kellha l-istorja tal-bidu taċ-ċivilizzazzjoni tagħna, ta' kif konna nidhru, ta' kif konna ngħixu, ta' x'konna nieklu u kif konna nħarsu lejn l-allat tagħna, 5,000 sena ilu. Bla dubju li jekk ikollok enċiklopedija umana bħal Daphne, moħħok jinbidel fi sponża ta' informazzjoni utli. Fattur ieħor interessanti f 'dan il-proġett hu li malli toħroġ mill-mużew tibda miexi fi speċi ta' kuritur fuq barra fejn wieħed jista' jara viżta li tafaxxinak tal-kampanja Għawdxija madwarek. Minn hawn tgħaddi minn mina ċkejkna mibnija minn dan il-ħadid li wieħed jaħsbu msaddad u minnu tilmaħ il-maestosità ta' dawn it-tempji tal-Ġgantija li jħalluk bla ebda kumment ieħor, ħlief li nħeġġiġkom biex iżżuru l-Ġgantija mibdula bħalma jagħmlu l-200,000 turist li jżuruh kull sena. Avvenimenti kulturali f'Għawdex Illum il-Ħadd 1 ta' Diċembru Christmas Bazaar fiċ-ċentru ta' Sant Antnin Għajnsielem Mis-7.30am sa 12pm u mill-4pm sas7.30pm. L-aħħar ġurnata ta' dan il-bazaar, li jsir kull sena, ferm imfittex għall-kwantità ta' pjanti u ornamenti tal-Milied. Jum il-Fontana u l-Festa ta' Sant'Andrija fil-Fontana Festa li tinkludi attivitajiet reliġjużi u anke soċjali fit-toroq ewlenin talFontana Minn għada 2 sat-8 ta' Diċembru Wirja ta' fjuri mnixxfa u dekorazzjonijiet tal-Milied Fis-Sala tal-esebizzjoni fil-Ministeru għal Għawdex, pjazza San Franġisk, Victoria