Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/224220
6 illum | Il-Ħadd 08 ta' Diċembru 2013 Il-protest ġudizzjarju ta' Arthur Bajada: "Ipprova jrażżan lis-Sindku minn diversi abbużi" JEROME CARUANA CILIA jccilia@mediatoday.com.mt L-ISTORJA li żvelat ilgazzetta ILLUM, dwar it-tneħħija ta' Arthur Bajada minn Segretarju Eżekuttiv tal-Kunsill Lokali ta' Sannat f'Għawdex, kompliet tevolvi. Nhar l-Erbgħa 4 ta' Diċembru l-eks Segretarju Eżekuttiv tal-Kunsill ippreżenta protest ġudizzjarju fil-Qorti tal-Maġistrati f'Għawdex kontra l-Kunsill Lokali ta' Sannat f'Għawdex, kontra s-Segretarju Parlamentari għall-Kultura u l-Gvern Lokali u kontra d-Direttur tadDipartiment tal-Gvern Lokali. Il-gazzetta ILLUM għandha kopja tal-protest ġudizzjarju li fih hemm miktub li fil-Kunsill Lokali ta' Sannat f 'Għawdex kienu qed iseħħi ċerta abbużi minn uffiċjali tal-Kunsill, li Arthur Bajada kien pront waqfilhom u sa fejn seta' ġġieled sabiex dawn ma jkomplux itiru. Fosthom kien hemm episodji li kienu jolqtu direttament lis-Sindku Laburista Philip Vella u li fir-rigward tagħhom Bajada ħass illi l-affarijiet ma kinux mexjin sew u għalhekk mhux biss ġibed l-attenzjoni għalihom, iżda għamel minn kollox biex dawn ma jsirux, u kull meta kien hemm bżonn serva ta' whistleblower. "F'7 minuti għaddew il-mozzjoni tattkeċċija" Il-protest ġudizzjarju jkompli jgħid li l-mod kif mexa s-Segretarju Eżekuttiv m'għoġobx lis-Sindku Laburista u allura dan seta' rah bħala ostaklu għalih. Għaldaqstant, fil-laqgħa tal-Kunsill Lokali li saret b'urġenza nhar il-15 ta' Lulju 2013, il-Kunsill Lokali fuq proposta tas-Sindku Philip Vella għadda mozzjoni ta' sfiduċja għat-tneħħija tasSegretarju Eżekuttiv u talab għat-tneħħija tiegħu. "Iżda s-sindku kellu motivi oħrajn għalfejn ried jaġixxi kontra s-Segretarju Eżekuttiv, għaliex bit-tneħħija tiegħu kien ser ineħħi kull xkiel minn ma' saqajh ikollu l-via libera li jagħmel dak li jrid hu u jagħlaq ħalq l-esponenti (Arthur Bajada) darba għal dejjem." Il-protest ġudizzjarju mressaq mill-eks Segretarju Eżekuttiv jgħid isostni li r-raġunijiet miġjuba mis-Sindku sabiex jissustanzja l-mozzjoni tiegħu kienu raġunijiet inveritieri u banali tant li l-kunsilliera f 'isem il-Partit Laburista, Maria Cassar Sultana, ċanfritu uffiċjalment dwar kif ma ħax ir-responsabbilità li kien hemm bżonn fil-ħin adattat. "Informa lillKummissarju talPulizija b'dawn l-abbużi, iżda sal-lum baqa' ma sar xejn!" Fil-protest ġudizzjarju Arthur Bajada fisser kif għal dawn l-aħħar xhur jekk mhux snin, kien il-whistleblower li dejjem prova jrażżan lisSindku Laburista Philip Vella minn diversi abbużi. "F'waqtiet irnexxielu u f 'oħrajn le. Fost dawn hemm istanzi fejn kontijiet personali tasSindku ntbagħtu lill-Kunsill Lokali; fejn saru diversi direct orders minnu mingħajr l-approvazzjoni tal-Kunsill; anke fejn ittieħdu deċiżjonijiet minnu li l-Kunsill ikun iddiżapprova espressament; fejn ġew avviċinati kuntratturi sabiex ma jixħtux tenders talKunsill; ordnijiet lill-kuntratturi sabiex jagħmlu xogħlijiet li ma jaqgħux fil-mansjoni talKunsill; aġir li jikkostitwixxi collusive tendering, jew altrimenti jekk ma jilħaqx dan il-grad, ma huwa xejn aġir seren u serju u abbużi simili f 'dak li għandhom x'jaqsmu ma tenders u subcontracting; deċiżjonijiet oħra li jistgħu jissejħu ultra vires u li qatt ma kienu approvati mill-Kunsill u li wħud minnhom setgħu jesponu lill-Kunsill Lokali għad-danni; kollha kommessi mis-Sindku." Saħansitra jgħid li jeżistu provi dokumentati għal dawn innuqqasijiet. Fil-protest ġudizzjarju li ressaq, l-eks Segretarju Eżekuttiv tal-Kunsill Lokali ta' Sannat, Arthur Bajada, sostna li dejjem ġibed l-attenzjoni għal dawn l-irregolaritajiet. Hu allega li spiċċa vittma tas-sindku li l-eħfef triq għalih kienet li jneħħih mis-saqajn, b'dik il-mozzjoni ta' sfiduċja sabiex ikompli jabbuża. Arthur Bajada qal li informa direttament lill-Kummissarju tal-Pulizija personalment b'dawn l-abbużi, li suppost kellu jinvestiga, iżda li sa fejn jirriżulta lil Arthur Bajada, sal-lum xhur wara baqa' ma sar xejn! L-eks Segretarju Eżekuttiv tenna li l-Kunsill Lokali ta' Sannat f 'Għawdex mhux biss kien l-imħallef tal-każ tiegħu stess iżda għadda din il-mozzjoni bla ma tah opportunità diċenti sabiex iressaq il-każ tiegħu u f 'seba' minuti l-każ kien magħluq. Parti mill-Protest Ġudizzjarju ppreżentat minn Arthur Bajada Il-protest ġudizzjarju jgħid illi l-Kunsill Lokali ta' ras il-whistleblower, qabad tiegħu għaliex kixef suspetti ta' Sannat f 'Għawdex bagħat u skarta dak li tgħid il-liġi u abbuż ta' terzi persuni f 'karigi din il-mozzjoni lis-Segretarju approva l-mozzjoni bla ma uffiċjali. Parlamentari għall-Kultura ta' opportunità anke minima Bajada qed jitlob sabiex u l-Gvern Lokali li fillil Arthur Bajada sabiex jgħid il-Kunsill Lokali ta' Sannat mansjonijiet tiegħu taqa' il-parti tiegħu u jiddefendi lilu f 'Għawdex, is-Segretarju l-approvazzjoni jew le ta' din nnifsu. Parlamentari għall-Kultura u il-mozzjoni. Madankollu, ma Fil-protest ġudizzjarju l-Gvern Lokali u d-Direttur tadjirriżultax illi ntbagħtu l-minuti l-Avukat Leslie Cuschieri f 'isem Dipartiment tal-Gvern Lokali li juru li din il-mozzjoni ġiet Arthur Bajada jgħid li huwa jbiddlu, jħassru u jirrevokaw approvata, għaliex dawn ilnġust li minkejja li f 'pajjiż id-deċiżjoni tagħhom u minuti għadhom sal-lum ma ċivilizzat li llum għandu l-liġi qiegħed iżommhom min issa ġewx iffirmati mis-sindku. tal-whistleblower, bniedem ta' responsabbli għad-danni kollha Fil-fatt meta l-gazzetta integrità jiġi mneħħi mill-kariga sofferti. ILLUM kienet talbet lillKunsill Lokali b'maġġoranza Laburista sabiex ikollna kopja – Lejn l-aħħar ta' Ġunju: Arthur Bajada mar għand iltal-minuti tal-laqgħa li saret Kummissarju tal-Pulizija b'rekording. fil-15 ta' Lulju 2013 u li fiha l-Kunsill ivvota biex jitneħħa – Fir-rekording jinstema' kuntrattur li qed jallega li s-Segretarju Eżkuttiv Arthur s-Sindku Philip Vella kien qallu biex ma jixħetx l-offerta Bajada, s-Sindku Philip Vella tiegħu ħalli kuntratt partikolari jingħata lill-kuntrattur qalilna li l-minuti għadhom ieħor. Imbagħad il-kuntrattur li jintagħżel jagħtih ixmhumiex lesti. Dan għaliex xogħol hu. skont is-Sindku, l-eks Segretarju Eżekuttiv Arthur Bajada li – Fit-3 ta' Lulju: is-Sindku Laburista tal-Kunsill Lokali ta' kiteb il-minuti ta' dik l-istess Sannat Philip Vella, jippreżenta mozzjoni għat-tneħħija laqgħa, ma kienx raġonevoli. ta' Arthur Bajada minn Segretarju Eżekuttiv. "Kien hemm ħafna affarijiet li kiteb li ma qbiltx magħhom u – Fil-15 ta' Lulju: f'laqgħa msejħa b'urġenza, tliet kunsillieri għaldaqstant ma stajtx niffirma tal-Partit Laburista jivvutaw favur it-tneħħija ta' Arthur dawn il-minuti. Meta staqsejt Bajada minn Segretarju Eżekuttiv tal-Kunsill. lid-dipartiment tal-Gvern Lokali x'għandi nagħmel – F'din il-laqgħa li damet biss madwar 7 minuti, kunsilliera dwar din il-kwistjoni, huma tal-Partit Laburista tivvota kontra l-mozzjoni tas-Sindku qaluli biex ngħid lill-assistent Vella. Segretarju Eżekuttiv jikteb il-korrezzjonijiet bl-aħmar. Jien – 1 ta' Awwissu: Arthur Bajada talab lis-Segretarju tlabthom biex jibgħatuli kollox Parlamentari konċernat sabiex jagħtih l-opportunità bil-miktub, iżda s'issa bqajt jressaq il-każ tiegħu. mingħajr ebda tweġiba," spjega s-Sindku Ta' Sannat. – 19 ta' Novembru: fi dritt għar-risposta s-Sindku Philip F'ittra datata l-1 ta' Awwissu Vella jgħid li l-mozzjoni ġiet imressqa minħabba 2013, Arthur Bajada talab nuqqasijiet serji, gravi u ripetittivi min-naħa tal-istess lis-Segretarju Parlamentari eks Segretarju Eżekuttiv fil-qadi tad-dmirijiet tiegħu tul konċernat sabiex jagħtih medda twila ta' żmien. l-opportunità jressaq il-każ tiegħu kif għandu dritt li – 1 ta' Diċembru: Maria Cassar Sultana, il-kunsilliera jagħmel skont l-artiklu 49 (6) Laburista li vvutat kontra sostniet li lanqas biss kienet tal-Kap 363 tal-Liġijiet ta' Malta. infurmata li ser titressaq din il-mozzjoni. Barra minn hekk, filprotest ġudizzjarju Bajada – Il-kunsilliera Laburista Cassar Sultana tgħid ukoll li "dan jenfasizza li minkejja li l-aġir ma rajtux iseħħ fil-preżenza tiegħi. Għalhekk jien s-Segretarju Parlamentari li se nivvota kontra." kellu indikazzjoni li l-mozzjoni tat-tneħħija ma kinitx waħda – 4 ta' Diċembru: l-eks Segretarju Eżekuttiv tal-Kunsill, ġenwina, iżda kienet waħda Arthur Bajada, ippreżenta protest ġudizzjarju fil-Qorti ntiża biex tgħatti abbużi u tal-Maġistrati f'Għawdex. biex tagħlaq ħalq u taqta' Kif ġraw il-fatti: