Illum previous editions

illum 8 December 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/224220

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 35

8 illum | Il-Ħadd 08 ta' Diċembru 2013 Il-Punt MIRIAM DALLI KANDIDATA LABURISTA GĦALLPARLAMENT EWROPEW Meta nedejt il-kampanja elettorali tiegħi għallelezzjonijiet tal-Parlament Ewropew, għażilt it-tema ta' 'Prijorità Malta'. Tema li se tkun qed tiggwidani fil-kampanja tiegħi bħala kandidata tal-Partit Laburista għal dawn l-elezzjonijiet. Din se tkun tema li se tkompli tiggwidani jekk kemmil darba l-poplu Malti u Għawdxi juri fiduċja fija u jagħżilni bħala waħda missitt rappreżentanti Maltin fil-Parlament Ewropew. Fadal anqas minn sitt xhur għal din l-elezzjoni. Sitt xhur li matulhom, l-elettorat Malti u Għawdxi se jkun qiegħed jagħrbel dak kollu li jkunu qed jgħidu u jagħmlu l-partiti ewlenin u kif ukoll dak kollu li jkunu qed jippreżentaw il-kandidati b'mod individwali. Għalija l-għażla tat-tema 'Prijorità Malta', kienet kważi awtomatika. Din mhijiex sempliċi slogan, imma hija l-filosofija politika li rrid li tiggwidani. F'dak kollu li nagħmel u f 'dak kollu li ngħid irrid li dejjem nagħti prijorità ewlenija lil pajjiżi, lillinteress ta' pajjiżi u l-interess tal-familji Maltin u Għawdxin. Nemmen li jekk verament nagħtu prijorità lil pajjiżna, ngħinu lil pajjiżna jimxi 'l quddiem, jesplora kull opportunità possibbli u verament ikun fost l-aqwa fl-Unjoni Ewropea. Għalhekk konvinta li pajjiżna u l-familji tagħna għandhom dejjem jingħataw prijorità fid-deċiżjonijiet li nieħdu, inkluż fl-ambitu talParlament Ewropew. Forsi xi drabi ftit nirrealizzaw kemm hu importanti l-Parlament Ewropew. L-Unjoni Ewropea, illum il-ġurnata hija istituzzjoni importanti fil-ħajja ta' kull wieħed Prijorità Malta u waħda minnha. Iżda huma ħafna li jħossu li din l-istituzzjoni hija waħda kumplikata u mhux qrib biżżejjed taċ-ċittadin. Għalhekk bħala politika rrid naħdem biex inressaq din l-istituzzjoni eqreb talfamilji Maltin u Għawdxin, biex kollha kemm aħna nkunu nafu x'inhu għaddej u kif dak li jiġi deċiż filParlament Ewropew qiegħed jaffetwa l-ħajja tagħna ta' kuljum. Hawnhekk, nixtieq nirreferi għal ħames prinċipji ewlenin li nemmen fihom bis-sħiħ u li nixtieq naqsam magħkom il-qarrejja tal-gazzetta ILLUM, prinċipji li qed nimpenja ruħi li nħares jekk inkun eletta fil-Parlament Ewropew. L-ewwel: li l-interessi ta' pajjiżi u tal-familji Maltin u Għawdxin ikunu rappreżentati b'mod xieraq Irrid naħdem bis-sħiħ biex nagħti vuċi soda lill-Maltin u l-Għawdxin u lil dawk il-kwistjonijiet li bħala pajjiż jagħmlulna differenza. Fuq kollox nimpenja ruħi li naħdem biex niskrutinizza l-liġijiet tal-Unjoni Ewropea ħalli l-proposti jkunu jirriflettu l-ħtiġijiet talfamilji tagħna. It-tieni: Trasparenza u kontabilità Nemmen f 'politika ta' trasparenza fejn nikkomunika dwar ixxogħol tiegħi b'mod kontinwu. Permezz ta' djarju li jinżamm aġġornat inkun qed inżomm lill-elettorat infurmat bix-xogħol li nkun qed nagħmel. Fl-istess ħin nemmen f 'ħidma favur trasparenza akbar fl-Unjoni Ewropea. It-tielet: Informazzjoni Ħafna jħossu li mhux infurmati biżżejjed dwar xi jkun qed jiġri fl-Unjoni Ewropea. Jien inħoss li dan m'għandux ikun. Nemmen li ċ-ċittadini Maltin u Għawdxin għandhom id-dritt ikunu jafu x'inhu għaddej u għalhekk għandhom ikunu kontinwament infurmati dwar deċiżjonijiet li jittieħdu fuq livell Ewropew u l-impatt li dawn iddeċiżjonijiet jista' jkollhom fuq il-ħajja tal-familji tagħna. Ir-raba': Komunikazzjoni Torbot mat-tielet punt hija komunikazzjoni li għandha titqies bħala għodda importanti filParlament Ewropew. Irrid naħdem biex nippromwovi komunikazzjoni aħjar u biex il-komunikazzjoni tintuża bħala għodda neċessarja sabiex iċ-ċittadini jkunu involuti fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet Il-ħames: Konsultazzjoni Konvinta li l-pubbliku Malti u Għawdxi għandu ħafna x'jagħti u x'jikkontribwixxi. Għalhekk, nemmen flimportanza li nikkonsulta mal-pubbliku qabel ma nieħu pożizzjoni dwar kwistjonijiet importanti, għal Malta u Għawdex u l-familji tagħna. Dan hu l-mod kif nixtieq inħaddem il-politika għaliex nemmen f 'politika minnies għan-nies. Politika li tagħti prijorità lill-pajjiżi u l-familji tagħna. Politika bbażata fuq il-valuri li nemmen fihom, jiġifieri l-onestà u x-xogħol, ilkuraġġ, id-determinazzjoni, it-tolleranza u l-lealtà. Din hija okkażjoni fejn dawn il-valuri nista' nħaddimhom fil-prattika. Hija din il-politika li jien nemmen fiha, hija din ilpolitika li jien irrid inkun parti minnha. Politika fejn il-prijorità hija Malta. YOUR FIRST CLICK OF THE DAY www.maltatoday.com.mt "Il-politiċi jiġu ma jisimgħuni Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet, attendejt għal konferenza organizzata mill-Għaqda Universitarji Għawdxin (GUG) flimkien mal-aġenzija żgħażagħ fl-Oratorju ta' Don Bosco, f'Għawdex. Konferenza mill-aktar interessanti bis-suġġett ikun ċittadinanza attiva, bl-għan ikun biex jitħajru aktar żgħażagħ fil-politika u fl-istess waqt biex iwasslu leħen iż-żgħażagħ Għawdxin fl-Ewropa. Għalhekk kienu mistiedna erba' kandidati għall-elezzjoni talParlament Ewropew, tnejn minn kull naħa. Kevin Cutajar (PN) u Clint Camilleri (PL) li huma Għawdxin u Cyrus Engerer (PL) u Stefano Mallia (PN). Fl-istess konferenza kien hemm kritika li l-organizzaturi ma stednux kandidati nisa. Filwaqt li tkellmu l-erba' kandidati għal parlament Ewropew fejn qalu l-istorja tagħhom u r-raġuni għaliex ħassew il-ħtieġa li joħorġu bħala kandidati u anke r-raġuni għaliex għażlu l-partiti rispettivi li għażlu, tkellmu wkoll il-president taż-żgħażagħ Universitarji Għawdxin, Ryan Mercieca u l-president tal-NGOs Għawdxin, Carmelo Zammit fejn it-tnejn li huma saħqu li huma jħossu li ż-żagħżugħ Għawdxi m'għandux leħen u ħadd mhu qed jiġġieled bis-serjetà għalih. IL-KONFERENZA bdiet u li jsir titjib fl-aċċessibbiltà. bl-erba' kandidati għallGħax Għawdex irid jimmira elezzjoni għall-Parlament fl-għoli. Ewropew jelenkaw dwar Stefano Mallia qal li l-iżbalji x'wassalhom s'hawn filwaqt f 'Għawdex qed ikunu li li tkellmu dwar x'fi ħsiebhom għad m'hemmx pjan ċar ta' jagħmlu jekk eventwalment fejn il-politiċi jridu jieħdu jiġu eletti fil-Parlament lill-Għawdex. Għalhekk Ewropew. ħafna studenti qed jistudjaw L-avukat Kevin Cutajar suġġetti li bihom ma jsibux saħaq li hu jemmen li l-importanti hu li jiltaqa' mannies għax dawn biss jistgħu jgħallmuh eżattament x'iridu. Però xtaq iwassal messaġġ liż-żgħażagħ Għawdxin u jgħidilhom li l-opportunitajiet hemm qegħdin, imma issa f 'idejhom li jfittxuhom, isibuhom u joħduhom. Il-perit Clint Camilleri talab lil GUG biex ikomplu jservu ta' grupp ta' pressjoni fuq kull min ikun imexxi mingħajr ma jdaħħlu ebda politika partiġġjana. Qal ukoll li Għawdex ma jistax jibqa' jitqies bħala l-gżira tal-ġbejniet u tar-raħħala biss għax Għawdex ma jistax jibqa' presepju bl-Għawdxin ikunu biss pasturi. Qal li hemm bżonn aktar investiment, aktar żvilupp bħal dak li jsir Malta Cyrus Engerer

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 8 December 2013