Illum previous editions

illum 8 December 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/224220

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 35

Gladjat Ir-rotta talġurnalist 10 illum | Il-Ħadd 08 ta' Diċembru 2013 minn John Busuttil Jerome Caruana Cilia Il-lokalità ċkejkna ta' Pembroke Din il-ġimgħa l-ġurnalist żar il-lokalità pjuttost moderna ta' Pembroke. Pembroke, issemmiet hekk fl-1859 wara t-tnax-il "Earl ta' Pembroke" u Segretarju Ingliż talGwerra. Pembroke għandha fuq naħa waħda l-baħar Mediterran u fuq it-tliet naħat l-oħra l-belt ta' San Ġiljan u ż-żoni residenzjali tas-Swieqi u Baħar iċ-Ċagħaq. Il-qies tagħha hi ta' 2.3 km² u tinsab sitt kilometri bogħod mill-Belt Kapitali Valletta u tnax-il kilometru mill-Ajruport Internazzjonali ta' Malta. F'Pembroke wieħed isib speċi ta' pjanti endemiċi li wħud minnhom jinsabu hemmhekk biss, l-aktar importanti fosthom huma –Tursin il-għawl Xewwieki. F'Pembroke wieħed isib taħlita ta' siġar imħawla, bis-siġar taż-Żnuber l-aktar predominanti segwiti mis-siġar taż-Żebbuġ. Insibu tliet mogħdijiet tal-ilma – waħda tgħaddi minn Triq il-Mediterran lejn il-baħar magħrufa bħala l-Ponta l-Irqiqa; oħra ħdejn it-Torri tal-Madliena magħrufa bħala Id-Dahar; u l-oħra, l-aktar magħrufa hi Wied Ħarq Ħamiem li mid-daħla ta' Pembroke tagħti għall-bajja ta' San Ġorġ. Ħmieġ mal-madwar Bi ftit attenzjoni din il-lokalità tista' tkun ħafna isbaħ u aktar nadifa. Nispera li l-Kunsill Lokali ta' Pembroke jieħu l-passi neċessarji sabiex inaddaf dawn l-akkwati. Individwi rresponsabbli Matul ir-rotta sibt numru ta' kontenituri għall-ġbir tal-ħmieġ tal-annimali. Din hi inizjattiva pożittiva ħafna. Madankollu, ċerta individwi huma irresponsabbli u ma jagħtux każ tal-ambjent fil-madwar. Veduta millisbaħ Wieħed jista' jmur mixja u jgawdi din il-veduta mill-isbaħ fil-lokalità ta' Pembroke. Trabbiet fil-kumd LARA Dimitrijevic (nee Sciberras) hi avukat filqasam tal-familja li kellha trobbija komda u għandha żwieġ hieni. Dan kollu wassalha biex tiffoka ħajjitha biex tgħin lil dawk li ma kellhomx il-fortuna tat-trobbija tagħha u ta' dawk li qed ibatu minn żwiġijiet imfarrka. Ħolqot fondazzjoni għad-drittijiet tan-nisa biex tgħin lil ħafna u ħafna nisa li qed ibatu minħabba li huma maħqura, inkella jgħixu taħt il-madmad tal-patrijarka fid-dar u ma jistgħux jiċċaqalqu għax iħalluhom bla flus, inkella joħdulhom l-uliedhom jew iħalluhom bla saqaf fuq rashom. Lara ddeċidiet li tiġġieled dawn it-taqbidiet għal ħaddieħor. U trid titkellem magħha dwar dak li tiltaqa' miegħu Lara biex tkun taf x'faqar hawn, min qed jgħix fih, xi tbatija hawn u min qed jgħaddi minnha. Iltqajna f 'kafetterija l-Belt u hemm qattajna kważi sagħtejn tirrakkuntali episodji li jkexkxuk u fl-istess ħin b'emozzjoni kbira toħroġ il-ferħ tagħha meta jirnexxielha toħroġ vittma minn taħt il-madmad. Lara hi avukat żagħżugħa ta' 35 sena. Miżżewġa lil Aleksander li hu Serb u omm ta' Ivan li għandu 16-il sena, Maya ta' 13-il sena u Anja ta' 3 snin. Trabbiet f 'ambjent fejn missierha kien avukat u ommha kienet prokuratur legali u għalhekk il-liġi u x-xogħol ta' avukat kien Meta ser tittieħed azzjoni? Sfortunatament wieħed isib numru ta' postijiet li jinsabu f'telqa kbira. Dan minbarra l-kliem dispreġġjattiv li hemm miktub fuqhom. Lara u żewġha Aleksander parti mill-menu tal-ġurnata fid-dar tagħhom. Lara minn dejjem kien jgħoġobha l-volontarjat u li tgħin lil ħaddieħor u kien għalhekk li ddeċidiet li anke hi ssir avukat għax skont hi l-avukat hu l-persuna li jista' jgħin lil min ikun għaddej minn xi problemi. Studjat għal avukat bħala mature student meta kienet diġà miżżewġa. Sabet lil żewġha jgħinha biex tilħaq l-ħolm tagħha meta aċċetta li jieħu l-irwol tar-raġel tad-dar u hi toħroġ taħdem. "Bdilna l-irwoli tan-normalità. Hu jieħu ħsieb il-familja u jien il-professjoni. Li ma kienx għalih jien m'iniex fejn qiegħda llum għax zġur li ma stajtx inrabbi l-familja, nieħu ħsieb id-dar u naħdem bħala avukat. Aleksander jagħtini kull appoġġ, jieħu ħsieb it-tfal, il-ħasil, ilfaċendi, ix-xiri, isajjar lili u lill-familja kollha u anke jsib ħin jgħini fil-fondazzjoni. U fl-istess ħin qed jistudja l-Masters fir-Relazzjoni Internazzjonali." Ikolli nammetti li meta qaltli li hi laħqet avukat biex tgħin lil ħaddieħor kont ftit perpless. Għax safejn naf jien l-avukati jiddefendu anke lil kriminali li jkunu ħallew vittmi warajhom. "Iva ġieli kelli kawżi fil-qorti tal-kriminali u nammetti li ma nħossnix komda wisq fihom iżda bħala professjoni xorta nagħmel ħilti għax wieħed irid jifhem li l-avukat ma jistax jiġġudika l-klijent tiegħu hux ħati jew

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 8 December 2013