Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/228258
Il-Ħadd 15 ta' Diċembru 2013 | illum 15 i Ewropej Jindirizzaw id-distakk 0 iż-żmien is-soċjaliżmu kellu jaddatta biex jibqa' relevanti għall-isfidi tal-preżent, imma dan ma jfissirx li s-soċjaliżmu tilef l-identità tiegħu. "Sirna moviment politiku b'orjentazzjoni soċjali li jiġġieled favur il-ġustizzja soċjali. Kellna bżonn direzzjoni soċjali ċara ta' fejn ridna naslu. Is-sitwazzjoni tvarja f 'kull pajjiż, u jkollna nammettu li l-identità tagħna ma ġietx promossa biżżejjed f 'kull pajjiż." Il-kap tas-soċjalisti kellu kliem iebes għal mod kif l-Unjoni Ewropea indirizzat ir-riċessjoni ekonomika. "Fl-aħħar snin il-faqar żdied fil-maġġoranza tal-iStati Membri, minkejja l-fatt li l-Ewropa hi meqjusa bħala kontinent sinjur. Hemm min jgħidlek li n-nies xorta jmorru jixtru u jieklu barra, imma dan mhux argument sinċier għax mhux jgħarfu li qed ngħixu f 'soċjetà b'diskrepanzi kbar bejn ilklassijiet soċjali. Ma tistax tinjora d-diffikultajiet talħaddiema sempliċiment għax ħaddieħor mhux affettwat mill-kriżi ekonomika," sostna Swoboda. Preżenti waqt l-intervista kien hemm il-kap taddelegazzjoni Laburista, l-MEP Joseph Cuschieri. u organizza l-maratona ġbir ta' fondi nhar il-Ġimgħa 13 ta' Diċembru. Din kienet l-ewwel ġabra tal-Mexxej Laburista Joseph Muscat bħala Prim Ministru. F'dawn il-ġbir ta' fondi l-Partit Laburista ġabar aktar mill-Partit Nazzjonalista u s-somma finali kienet ta' €457,235. F'kummenti mal-gazzetta ILLUM, il-President tal-Partit Laburista Daniel Micallef qal li "s-somma miġbura l-Ġimgħa qabżet l-aspettativi tagħna bħala Partit, u b'hekk is-sodisfazzjon huwa akbar u nixtieq nirringrazzja lill-eluf li kkontribwew sabiex kellna ġabra tant sabiħa." Hu sostna li grazzi kbira tmur ukoll lill-mijiet ta' attivisti li ħabtu bieb bieb, u li għenu fl-armar u l-loġistika tal-attività. "Li hu żgur hu li nistgħu nserrħu moħħ dawk li għenu l-Partit Laburista li l-infieq tal-flus isir bi pjanar, u b'mod li l-valur ta' kull ewro jiġi massimizzat u li jagħmilha possibbli nżommu l-livelli professjonali li wrejna bħala Partit fis-snin li għaddew." bejn it-teorija akkademika u l-prattika fil-Liġi JEROME CARUANA CILIA jccilia@mediatoday.com.mt IS-SOTTOKUMITAT li jirrapreżenta l-interessi talistudenti fil-professjoni fi ħdan il-Kamra tal-Avukati twaqqaf fis-sajf li għadda bil-għan li taħdem id f 'id mal-Kamra tal-Avukati kif ukoll mal-Fakultà tal-Liġi fl-Università sabiex tgħin telimina d-distakk li jeżisti bejn il-ħajja akkademika u dik tal-prattika. Bħalissa, din l-għaqda hija komposta minn ħames studenti fil-kors tal-LLD, kif ukoll student tat-tielet sena tal-LLB li għandu l-istatus ta' osservatur u bħala punt ta' kuntatt bejn dawk l-istudenti fl-aħħar sena tagħhom tal-LLB li qegħdin joqorbu t-tieni parti tal-kors tagħhom. Membru fi ħdan issottokumitat, Christopher Bergedahl, qal li "naturalment din l-istruttura ħa tinbidel fil-konfront tar-riformi tal-kors tal-liġi li ħa jsiru fil-futur qarib. Sfortunatament, u din hija xi ħaġa li ġiet imtennija diversi drabi fil-mezzi tax-xandir, kif ukoll mill-Prim Imħallef waqt l-inawgurazzjoni tagħna, qed ikollna numru sostanzjali ta' avukati li qegħdin jiggradwaw mill-kors tal-LLD iżda m'għandhomx l-għodda meħtieġa sabiex japplikaw l-għerf tagħhom għal sitwazzjoni prattika. Kif saħaq ukoll il-President ta' Malta George Abela, huwa ta' importanza kbira li l-avukati ġodda jagħmluha ma' dawk stabbiliti biex jiksbu l-esperjenza neċessarja. Din qed issir minħabba n-nuqqas ta' struttura formali li l-Kamra qed tipprova tindirizza permezz ta' programm ġdid li jissejjaħ il-Prattika Link." "L-idea ta' sottokumitat li jirrappreżenta l-interessi tal-istudenti fil-professjoni tal-avukati kienet avvanzata mingħand il-President talKamra tal-Avukati, Reuben Balzan, kif ukoll midDekan tal-Fakultà tal-Liġi l-Professur Kevin Aquilina, li wrew ħafna interess filproġett u għamlu ħilithom sabiex ikun suċċess fit-twelid tiegħu. Dan is-sottokumitat jopera taħt id-direzzjoni tal-Kamra tal-Avukati u taġixxi bħala l-vuċi tagħhom fil-forum studentesk. L-għajnuna li qed tingħata mill-Fakultà tal-Liġi hija kruċjali fil-kuntest taxxogħol tal-Kamra. L-għaqda għandha l-privileġġ u x-xorti li qed issib għajnuna kontinwa kif ukoll kostruttiva li qed tgħinha tavvanza 'l quddiem u taqdi lill-istudenti," kompla jgħid Bergedahl. Hu fisser kif għalkemm huwa veru li n-numru tal-istudenti li qegħdin jiggradwaw bħala avukati huwa sostanzjali, għandu jingħad bħala sitwazzjoni pożittiva – sakemm nistgħu nassiguraw livell għoli taledukazzjoni. Mistoqsi dwar ir-rekwiżiti sabiex wieħed jibda jistudja l-kors tal-liġi fl-Università ta' Malta, Bergedahl wieġeb Is-sottokumitat fi ħdan il-Kamra tal-Avukati flimkien mal-President George Abela hekk: "Fil-kuntest tarrekwiżiti sabiex wieħed jidħol fil-kors l-argument jibqa' l-istess – sakemm l-Università hija kapaċi biex tiggarantixxi livell ta' tagħlim għoli, il-proċess naturali tal-kors jindika min huwa kapaċi bħala bniedem biex jikkonfronta l-ħtiġijiet tal-programm tal-istudju. L-inkwiet jibda meta l-kwalità tat-tagħlim jibda jbati u l-Università tibda tipproduċi avukati ta' livell baxx – sitwazzjoni li tipperikola s-santità ta' din il-professjoni antika. Wieħed irid jifhem ukoll li l-kors tal-liġi huwa wieħed pjuttost wiesa' – jiġifieri għalkemm huwa veru li ħafna studenti jidħlu filkors tal-liġi bl-għan li jsiru avukati, hemm diversi tipi ta' xogħol ieħor li għalkemm ma jirrekjedux studju birreqqa tal-liġi bħala rekwiżit, xorta waħda jservi bħala mezz utli sabiex il-gradwat jiffaċċja l-problemi prattiċi li jsib quddiemu fil-ħajja ta' kuljum."