Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/228258
Il-Ħadd 15 ta' Diċembru 2013 | illum 17 ames Minuti ma' Raquel Galdes hemm ċans. X'taħseb dwar il-fatt li Gaia Cauchi ġiet nominata għal Ġieħ ir-Repubblika? Gaia hija l-ewwel persuna li rebħet il-Junior Eurovision f 'Malta u għalhekk jien talopinjoni li kien jistħoqqila premju tant prestiġjuż. Kemm hi importanti għalik l-imħabba? L-imħabba hi l-aktar ħaġa bażika fil-ħajja, jiġifieri għalija l-imħabba hi importanti ħafna. X'valur għandhom il-flus għal ħajtek? Il-flus f 'ħajti ma ntihomx l-ewwel importanza, però xorta konxja tal-fatt li huma vera bżonjużi u diffiċli tgħaddi mingħajrhom għax normalment, kull ħaġa li wieħed ikollu bżonn, tirrikjedi l-flus. X'taħseb dwar il-kaċċa f 'Malta? Fuq dan ma tantx nista' nikkummenta għax filġenerazzjoni tagħna, huwa inqas in-numru ta' dilettanti minn dak ta' ġenerazzjonijiet ta' qabel. Però, nifhem ukoll li bħal ma jien l-ikbar delizzju li għandi huwa l-kant, għal nies oħrajn, huwa l-kaċċa u ma tistax taqtagħlhom id-delizzju tagħhom kif ġieb u laħaq. X'tippreferi: is-sajf jew ixxitwa? Ix-xitwa! X'taħseb dwar il-kwistjoni tal-gay marriage? Nemmen li dik hija parti min-natura li għadha ma ġietx milqugħa minn kulħadd però kulħadd għandu jingħata ċans ugwali għaż-żwieġ. Taqbel mal-adozzjoni għall-koppji tal-istess sess u għalfejn? Ir-raġunament tiegħi għal din it-tweġiba huwa l-istess bħal ta' qabilha, però għal din hemm konsegwenza akbar għax jaf it-tfal jiġu ġġudikati minn sħabhom tal-iskola u jħossuhom inqas minn ħaddieħor. Però naħseb li l-mentalità mażżmien għad tinbidel u ma jibqgħux isiru ġudizzji f 'dan l-aspett. X'jiffrustrak? Li noqgħod nistenna X'ibeżżgħek? Il-brimb u l-mewt. Temmen f 'Alla? Għaliex? Iva, nemmen li hemm xi ħadd ikbar minni li jmexxi kollox. Kemm hi moħħha miftuħ Malta fejn tidħol moda? Ma tistax titkellem fuq Malta inġenerali, għax ilmoda tvarja skont l-etajiet u l-ġenerazzjonijiet. Però, biex nibqa' fuq il-ġenerazzjoni tagħna, dik żagħżugħa, il-maġġoranza iva għandna moħħna miftuħ fejn tidħol moda. Kemm tħobb lil pajjiżek? Inħobb ħafna lil pajjiżi. U għalkemm konxja taliżvantaġġi u d-difetti kollha, napprezza ħafna l-vantaġġi li toffri u kburija li jien Maltija. Kieku jkollok tagħżel pajjiż li jirrappreżentak liem pajjiż tagħżel? Il-Ġermanja, għax l-aktar pajjiż li togħġobni l-kultura tiegħu wara Malta u vera jogħġobni. X'inhu suċċess għalik? Suċċess hu meta tkun ħdimt għal xi ħaġa li tant tkun xtaqt u tirnexxi. Fil-każ ta' ħajti, is-suċċessi possibbli s'issa huma fil-kant, pjanu u skola. L-iktar darba li stħajt? Meta kont żgħira kont immur korsijiet tad-drama u l-iktar darba li stħajt kien meta kellna l-ewwel reċta fuq il-palk u setgħu jiġu jarawna n-nies. L-isbaħ esperjenza f 'ħajtek? L-isbaħ esperjenza f 'ħajti kienet meta sirt naf li ġejt magħżula mal-aħħar għoxrin finalist tal- Eurovision Song Contest. Din għalija kienet biss ħolma sa minn mindu kont żgħira u ħdimt ħafna biex wasalt s'hawn. Il-Futur ta' Raquel Galdes... Il-futur tiegħi se jkun żgur iffukkat fuq ilmużika, Ġermaniż u kummerċjalizzazzjoni. Dawn huma l-aktar affarijiet li għandi għal qalbi u naħdem ħafna biex nirnexxi fihom. Jitlesta x-xogħol wara xhur ta' Ippubblikat stennija il-ktieb dwar Ġwanni Pawlu II Din il-ġimgħa tlesta x-xogħol li jinsab fuq il-pont ta' Triq il-Mitħna f'Ħal Qormi li ġie ffinalizzat nhar il-Ħamis. Dan il-proġett hu parti minn xogħlijiet infrastrutturali bl-għan li tittaffa l-problema ta' għargħar li tolqot ferm lil din illokalità. Ġie ppubblikat 'It-Triq tal-Qdusija', ktieb li jieħu lill-qarrej fi vjaġġ fil-ħin matul il-pontifikat talBeatu Ġwanni Pawlu II. Il-vjaġġ jitlaq bid-deċiżjoni kuraġġuża tal-Kardinali nhar is-16 t'Ottubru 1978 bl-elezzjoni tal-Arċisqof ta' Krakovja, il-Kardinal Karol Jozef Wojtyla għas-Servizz Petrin. L-awtur tal-ktieb huwa l-vatikanista Frank Zammit.