Illum previous editions

illum 15 December 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/228258

Contents of this Issue

Navigation

Page 31 of 35

SPORTSillum 32 illum Il-Ħadd 15 ta' Diċembru 2013 Michael Mifsud taħt pressjoni fl-Awstralja – għadu ma rnexxielux isib ix-xibka... IL-CAPTAIN tat-tim nazzjonali Michael Mifsud xejn ma kellu bidu tajjeb fl-Awstralja ma' Melbourne Heart hekk kif għadu ma rnexxielux isib ix-xibka f 'logħba kompetittiva u rnexxielu jagħmel dan biss fit-taħriġ ma' sħabu l-plejers tat-tim Awstraljan. Mifsud ingħaqad ma' Melbourne Heart b'reputazzjoni bħala skorer mill-aqwa hekk kif fil-passat riċenti fost l-oħrajn lagħab fiċ-Championship Ingliż ma' Coventry City fejn ilkoll nafu kif fil-Carling Cup is-City kienu eliminaw lill-ġganti Ingliżi Manchester United permezz ta' doppjetta talattakkant Malti kif ukoll lagħab fil-Bundesliga filĠermanja ma' Kaiserslautern u fin-Norveġja ma' Lillestrom waqt li kien hemm interess minn klabbs bħal Chicago Fire mill-Major Soccer League fl-Istati Uniti u anki minn timijiet fil-Kampjonat Barclays Premier fl-Ingilterra. Ftit tal-jiem ilu, Mifsud li meta kien jilgħab flIngilterra kien tlaqqam 'The Mosquito' kif ukoll 'Messi ta' Malta', daħal fil-klabb tal100 hekk kif iċċelebra l-100 logħba mat-tim nazzjonali Malti fit-telfa ta' 4-1 li t-tim nazzjonali Malti sofra ġewwa daru kontra r-Repubblika Ċeka, f 'liema logħba Mifsud irnexxielu wkoll isib ix-xibka. Melbourne Heart xejn mhuma sejrin tajjeb matul dan l-istaġun u fil-fatt għadhom lanqas rebħu logħba waħda u ilhom ma jagħmlu dan sa minn rawnd 22 tas-sena l-oħra meta kienu għelbu lir-rivali Sydney. Barra minn hekk rimarkabbli huwa l-fatt li Melbourne Heart ilhom ma jiksbu rebħa barra minn darhom sa minn lejlet is-sena 2011, jiġifieri xejn inqas minn sentejn. Intant, Melbourne Heart għamlu żmien konsiderevoli mingħajr il-plejer ferm importanti, Harry Kewell li fost l-oħrajn niftakruh jilgħab ma' Leeds United fil-Kampjonat Premier flIngilterra, u kien biss ftit tal-jiem ilu li huwa reġa' rritorna fl-iskwadra. Flaħħar żewġ logħbiet li kienu impenjati fihom Melbourne Hearts huma kisbu biss żewġ punti f 'żewġ dros, l-ewwel dak ta' 3-3 kontra Adelaide u l-ieħor dak ta' 1-1 kontra t-tim qawwi, Western Sydney Wanderers fi tmiem ilġimgħa li għaddiet. Nikkonċentraw fuq id-dro ta' 3-3 kontra Adelaide fejn il-kowċ ta' Melbourne Heart, John Aloisi wera fiduċja sħiħa f 'Misud biex jibda mal-ewwel 11 iżda fejn sfortunatament Mifsud iddiżappunta bilkbir hekk kif huwa falla tliet okkażjonijiet ċari ta' skor. Madankollu, Mifsud, konxju mill-forma negattiva li jinsab għaddej minnha bħalissa L-ebda gowl sa issa għal Michael Mifsud fl-Awstralja fl-Awstralja ma' Melbourne Heart ċeda l-inkarigu talpenalty lil sieħbu, David Williams, liema penalty tefa' lil Hearts fil-vantaġġ momentarju ta' 3-2. Ta' dan il-ġest, ftit tal-jiem wara, Williams faħħar bis-sħiħ lil Mifsud fuq is-sit elettroniku uffiċjali ta' Melbourne Heart waqt li ddeskrivih bħala plejer li jġib l-ewwel lit-tim tiegħu. Wara dan id-dro kien hemm diversi spekulazzjonijiet u xnigħat fil-mezzi tax-xandir li l-kowċ Aloisi seta' tabilħaqq jitlef postu iżda kollox jidher li reġa' mar għan-normal wara d-dro ta' 1-1 kontra Western Sydney Wanderers barra minn darhom f 'Pirtek Stadium hekk kif dan kien punt prezzjuż mirbuħ minn Melbourne Heart kontra tim ta' ċertu kalibru. Id-dro ta' 3-3 ma kinitx l-ewwel logħba li fiha Mifsud falla okkażjonijiet ċari ta' skor hekk kif ftit tal-ġimgħat ilu huwa naqas li jċaqlaq ixxibka wara li ġie wiċċ imb wiċċ mal-goalkeeper ta' Western Sydney Wanderers, Ante Covic, ftit tal-ġimgħat ilu meta Melbourne Heart kienu qed jilagħbu barra minn darhom f 'AAMI Park. Huma diversi l-plejers li pprovaw jibdew esperjenza ġdida fl-Awstralja li iżda ma kisbux suċċess. Ilkoll nafu x'talent jippossjedi Michael Mifsud – il-poplu Malti jispera u jittama bis-sħiħ li Mifsud ma jkunx wieħed minn dawn il-plejers li ma kisbux suċċess fl-Awstralja. Intant, dan il-ġurnal bagħat diversi mistoqsijiet permezz tal-posta elettronika lil Michael Mifsud fl-Awstralja rigward l-esperjenza tiegħu s'issa ma' Melbourne Heart u ilu jagħmel dan għal diversi ġimgħat però sfortunatament bqajna mingħajr risposta. Sena oħra ta' suċċess għal Sue Abela fil-bowling SUE Abela - isem fl-isport lokali li għalih żgur li m'hemm bżonn tal-ebda introduzzjoni hekk kif din hija ambaxxatriċi ewlenija tal-isport lokali fejn kisbet numru bla qies ta' suċċessi kemm lokalment kif ukoll barra minn xtutna fit-tenpin bowling tant li hija magħrufa bħala r-Reġina tal-Mediterran f'dan l-isport. Ftit tal-jiem ilu hija ġiet rikonoxxuta b'mod speċjali mill-Kumitat Olimpiku Malti, il-MOC, hekk kif rebħet id-Double Platinum Award. Dan ilġurnal għamel kuntatt ma' din il-bowler ewlenija f'pajjiżna fejn talabha ttina rendikont dettaljat ta' x'fissret għaliha din is-sena li waslet biex tintemm kif ukoll x'fisser għaliha dan l-unur prinċipali fil-karriera tagħha. Sue Abela stqarret li "kien diġà ta' unur għalija li nkun fost in-nominati, u ovvjament kienet xi ħaġa mill-isbaħ li nirbaħ dan l-unur tad-double platinum. Dan huwa unur li jfisser ħafna għalija. Din is-sena kellha t-tlugħ u l-inżul tagħha għalija minħabba li weġġajt u għamilt ħafna xogħol mal-fiżjoterapista. L-ewwel turnament għalija matul din issena kien dak fi New Zealand għal-Logħbiet tal-Commonwealth tal-bowling fejn irbaħt il-midalja tal-bronż fissingles. Però, ġejt minn dawn il-logħbiet b'injury f 'għonqi u fi spallti u ridt fiżjoterapista biex jippreparani Sue Abela ppreżentata bid-Double Platinum għat-turnament li waqt il-MOC Awards kien imissni li kien it-'Tazza Mediterranean Challenge' fis-Slovenja. fil-ħin u t-tim tagħna kiseb Programm ta' taħriġ speċjali riżultati ferm pożittivi. Jien ppreparani biex inkun lesta irbaħt il-bronż fis-singles u midalja tad-deheb fid-doubles mal-bowler Tiziana Carannante u fil-mixed doubles fejn ikkompetejt mat-tifel tiegħi Justin u rbaħna midalja tal-bronż fejn spiċċajna biss 13-il punt wara l-Greċja li rebħu d-deheb. Bħala tim Malti rbaħna midalja talbronż fejn għal darb'oħra ġejna biss ftit pins wara t-Turkija u l-Italja li rebaħ id-deheb. Fl-'All event', li huwa t-total tal-logħbiet kollha li fihom konna lgħabna, irbaħt midalja tad-deheb – tajjeb ngħidu li dan kien l-iktar avveniment li fih l-iktar li Award mmur tajjeb. Minħabba l-'overall ranking' tiegħi, ikkwalifikajt għallMasters fejn irnexxieli nirbaħ il-bronż hekk kif ikklassifikajt wara l-Italja u Ċipru rispettivament. Għal darb'oħra nerġa' ngħid li ninsab onorata ħafna li rċevejt dan l-unur mill-MOC iżda ma stajtx nagħmel dan mingħajr l-għajnuna tal-Assoċjazzjoni Maltija tat-Tenpin Bowling, l-'Eden Super Bowl' kif ukoll lill-kowċ nazzjonali talbowling. Nixtieq nieħu din l-opportunità biex nirringrazzja lil sħabi l-plejers li nilgħab magħhom u r-relazzjoniiet li rnexxielna nibnu matul is-snin fejn inpoġġu l-kburija tagħna apparti u naħdmu bħala tim biex nirbħu l-midalji. Barra minn hekk, ringrazzjament speċjali jmur għall-Kumitat Olimpiku Malti li mingħajru ma kienx ikun possibbli li nasal fejn wasalt illum, ringrazzjament speċjali imur għall-Kumitat Olimpiku Malti li mingħajrhom ma kienx ikun possibli li nasal fejn wasalt illum kif ukoll lit-tim talfiżjoterapjia fl-isptar St James, f 'Tas-Sliema."

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 15 December 2013