Illum previous editions

illum 15 December 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/228258

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 35

Il-Ħadd 15 ta' Diċembru 2013 | illum 7 o kien jinforma lil Farrugia Tony Debono qa' diversi drabi ma' Austin Gatt sar jaf li l-mara ta' ħuh kienet għamlet arloġġ għal Tonio Fenech. Barra minn hekk, żewġ arloġġi simili kienu ngħataw lill-Partit Nazzjonalista. Dawn l-arloġġi ma kinux jiswew aktar minn Lm500. Hu żied jgħid li l-PN kien tella' dawn l-arloġġi f 'lotterija. George Farrugia semma' wkoll li darba ngħatat karozza lill-Partit Laburista. Waqt il-laqgħa tal-PAC, Farrugia ċaħad li qatt ma ddiskuta xiri taż-żejt ma' Gatt, imma kkonferma li ltaqa' mal-eks ministru filBelt u l-Ħamrun. Farrugia kkonferma li ddiskuta investiment dwar il-ħażna taż-żejt ma' Gatt f 'isem kumpanija mil-Lvant Nofsani (Farrugia huwa negozjant filqasam taż-żejt u importatur ta' lubrikanti u żjut). Però, hu sostna li ma jiftakarx li ltaqa ma' Gatt f 'John's Garage, ilgaraxx tal-aħwa Farrugia. "Il-ftit drabi li kellimtu kien dwar pagamenti li l-Partit Nazzjonalista kellu jħallas minħabba xi servizzi li rċevew mingħand John's Garage." Farrugia qal lid-deputati li hu qatt ma tkellem ma' Gatt dwar tixħim u pagamenti li kienu qed jingħataw lil Tancred Tabone, fiż-żmien meta Tabone kien ċermen, fuq ix-xiri taż-żejt millEnemalta. "Jien kont qed nibża' minħabba li kont naf li dan kollu kien illegali." Is-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Ġustizzja Owen Bonnici, li kien qed imexxi l-iskrutinju tal-bieraħ, għamel referenza għall-fatt li Tabone u Gatt jiġu minn xulxin (fatt li Farrugia qal li sar jaf biss ħafna wara). Farrugia kkonferma wkoll li fl-2009 ltaqa' mannegozjant Beppe Hili, sabiex jiddiskuti l-interess ta' Horizon Terminals li jinsabu f 'Dubai, sabiex jibnu rig taż-żejt f 'Bengħisa. Din il-laqgħa kienet saret mal- Prim Ministru Lawrence Gonzi, l-assistent personali tiegħu Edgar Galea Curmi u Leonard Callus. Hu żvela wkoll lista ta' 'rigali' lill-uffiċjali talEnemalta: tliet pitturi, waħda minnhom ingħatat liċ-Chief Financial Officer Antoine Galea u oħra lid-deputat ċermen William Spiteri Bailey; u karozza tat-tip Daewoo minn John's Garage li l-familja Farrugia ngħatat lill-Partit Laburista.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 15 December 2013