Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/228258
Għawdex: Int djamant Il-Ħadd 15 ta' Diċembru 2013 | illum 9 minn John Busuttil m jinbidel f'villaġġ bibliku sekondati f 'dan il-post għal bini ta' dan il-villaġġ waslu biex joffru lil gżejjer tagħna kapolavur. Kapolavur li skont sit elettroniku Ingliż qed tqisu bħala t-tieni l-isbaħ post fiddinja li wieħed għandu jżur fi żmien il-Milied. Ħaddiem voluntier f 'dan il-post, Frenċu, qalli b'ċertu kburija fix-xogħol li hu u sħabu wettqu, "U s-sena li ġejja rridu nagħmluh l-aqwa fid-dinja." F'dawn ix-xahrejn u nofs ħadmu bla heda minn sbieħ filgħodu sa tard bil-lejl, madwar tużżana u nofs persuni mħarrġa fil-kostruzzjoni, ġardinara u magħhom ingħaqdu voluntiera li meddew idejhom għal kull ħaġa li kien hemm bżonn. Filfatt fil-post inżergħu 150 siġra u dan żgur li jgħin għall-ekoloġija u ambjent Għawdxi. Nisa tad-dar ħadu ħsieb il-150 kostum ta' rgħajja, tfal, suldati, ta' San Ġużepp, tal-Madonna u l-Bambin li ġew meħjuta minnhom. Ħadu anke ħsieb li jkunu adattati għal kif kienu jilbsu elfejn sena ilu f 'Betlem. Nhar l-Erbgħa attendejt laqgħa għal parteċipanti kollha li qed jieħdu sehem f 'dan il-proġett fejn mhux faċli biex għal dak il-ħin kollu wieħed irid janima dan il-villaġġ bibliku b'madwar 150 karattru, għal dawk issigħat kollha. Il-Bambin se jinbidel kull siegħa u nofs fejn diġà hemm ibbukkjati 10 trabi (anke bniet), flimkien mal-ġenituri tagħhom. Hemm madwar 15-il persuna Ingliżi li jgħixu Għajnsielem li se jieħdu sehem. Anke Maltin u Taljani talbu biex jkunu fost l-animaturi u dawk il-Maltin u Għawdxin li jixtiequ jieħdu sehem kulma għandhom jagħmlu hu li jmorru fil-Kunsill Lokali ta' Għajnsielem u jimlew formola. Jien se nkun wieħed mir-rgħajja. Ġejt infurmat ukoll li din id-darba mhux se jiġi żarmat bħalma ġara fis-snin ta' qabel kif kienu jiġu ordnati millMEPA. Iżda se jibqa' jintuża b'modi differenti matul is-sena. Fejn għal żmien l-Għid jista' jinbidel fil-Golgota u matul is-sena l-familji jistgħu jgawduh bħala park tal-familja fejn anke l-annimali li tant huma maħbuba mit-tfal se jibqgħu fil-post biex jagħtu dehra ħajja għal dan il-post li nbidel minn art abbandunata għal meravilja. Anke l-bini tar-raħal ta' Betlem huma mibnija b'mod li jistgħu jinbidlu minn żmien għal żmien, iżda l-istruttura prinċipali tibqa' hemm. Ħassejt ukoll li flok ir-ritratti li diġà drajna naraw ta' Betlem f 'Għajnsielem, bil-post lest, hawnhekk nipproduċu ritratti tan-nies li normalment ma jidhrux fir-ritratti u fuq l-aħbarijiet iżda jkunu dawn in-nies li jwasslu l-ħolm u l-proġetti tal-politiċi. Il-poplu Għajnselmiż jinsab bi ħġaru biex jagħti l-isbaħ rigal tal-Milied lil poplu Malti, Għawdxi u t-turisti li jżuruh. Milied reali mnisseġ b'taħlita ta' materjaliżmu fejn se jkun hemm bar, prodotti Għawdxin u ta' artiġġjanat Għawdxi u fl-istess ħin l-ispiritwalità fejn żgur li kulħadd se jżur l-għar tal-Bambin (u xi bambina wkoll) imdawwar bil-baqra u l-ħmara flimkien mal-figuri ta' San Ġużepp u Ommu Marija. Avvenimenti kulturali f'Għawdex Betlem f'Għajnsielem Il-Ħadd 15 ta' Diċembru It-Tnejn 16 ta' Diċembru Il-Ħamis 19 ta' Diċembru Is-Sibt 21 ta' Diċembru Il-Ħadd 22 ta' Diċembru L-Erbgħa 25 ta' Diċembru Il-Ħamis 26 ta' Diċembru Il-Ġimgħa 27 ta' Diċembru Is-Sibt 28 ta' Diċembru L-Erbgħa 1 ta' Jannar Is-Sibt 4 ta' Jannar Il-Ħadd 5 ta' Jannar 2.00pm sa 7.30pm 9.30am sa 1.30pm 9.30am sa 1.30pm 4.30pm sa 8.30pm 2.30pm sa 7.30pm 2.30pm sa 8.30pm 4.30pm sa 7.30pm 4.30pm sa 7.30pm 4.30pm sa 8.30pm 4.30pm sa 8.00pm 2.00pm sa 8.00pm 2.00pm sa 8.00pm Illum il-Ħadd 15 ta' Diċembru Festa titulari ta' Santa Luċija Proċessjoni, marċi u logħob tan-nar fil-villaġġ ta' Santa Luċija, Kerċem. Il-Milied ta' Dari: Iċ-Ċittadella mid-9am sas-6pm Ġurnata attivitajiet għal familja relatata ma' tradizzjonijiet u folklor antiki f'Għawdex. 22 presepju f'villaġġ wieħed: Xagħra Presepji artistiċi miftuħa għal pubbliku madwar il-pjazza u t-toroq tax-Xagħra Il-Ġimgħa 20 ta' Diċembru Christmas with the Musicals: Grand Hotel Mġarr fit-8pm Serata ta' diski tal-Milied u biċċiet minn musicals Is-Sibt 21 ta' Diċembru Il-Kunċert tal-Milied: Qala fis-7.30pm Kunċert mill-Malta Philarmonic Orchestra flimkien mal-Chorus Urbanus taħt id-direzzjoni ta' John Galea