Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/234243
Il-Ħadd 29 ta' Diċembru 2013 | illum 3 pportunitajiet u esperjenzi ġodda Miriam Dalli Miriam Dalli, Kandidata tal-PL għall-elezzjoni talParlament Ewropew "Is-sena 2013 kienet sena impenjattiva ħafna imma waħda mill-aktar sodisfaċenti sew fuq bażi professjonali u anke fuq bażi personali. Is-sena 2013 bdiet b'mod impenjattiv ħafna sa millewwel ġranet bil-kampanja elettorali li kont involuta fiha ta' kuljum. Ir-rebħa elettorali tal-Partit Laburista f 'Marzu 2013 għalija kienet ir-riżultat ta' snin twal ta' ħidma. Huwa ta' sodisfazzjon għalija li t-tranżizzjoni għall-gvern ġdid saret b'mod trankwill ħafna. Is-sena 2013 hija s-sena wkoll li fiha twieled it-tifel tiegħi Jack, is-sena li matulha temmejt l-istudji tiegħi fil-Ligi u ggradwajt bħala avukat u s-sena li fiha l-Partit Laburista wera fiduċja fija biex inkun waħda mill-kandidati tiegħu għall-elezzjonijiet talParlament Ewropew. Dan kollu jippreparani għal sena oħra impenjattiva, issena 2014!" Hi tittama li bħala poplu nitgħallmu nkunu aktar tolleranti ma' xulxin, nifhmu li d-diversità hi sabiħa u li fl-għaqda hemm is-saħħa, u li l-interess ta' kull wieħed u waħda minnha għandu jkun li nġibu l-aħjar riżultati għal pajjiżna. Jean Pierre Debono, Assistent Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista "Is-sena 2013 kienet sena impenjattiva ħafna għalija fil-ħidma politika tiegħi bħala Assistent Segretarju Ġenerali tal-Partit. Ovvjament fuq livell ta' partit kienet sena li sa Marzu kienet tinvolvi ħidma kbira minħabba l-Elezzjoni Ġenerali. Ħidma li ovvjament ma tatx ir-riżultat mixtieq peress li l-Partit Nazzjonalista tilef l-elezzjoni bl-akbar telfa elettorali li qatt sofra. Riżultat li kieku nista' nbiddel tkun il-ħaġa li nbiddel. Iżda inutli wieħed iħares lura u allura nara fir-riżultat okkażjoni fejn wieħed kellu jħares lura biex jitgħallem u jħares 'il quddiem b'viżjoni għall-ġejjieni. Għalhekk jiena proprju ddeċidejt li nkompli nagħti sehmi f 'dan iż-żmien ta' sfidi kbar għall-Partit. Ksibt il-fiduċja mill-ġdid talKunsilliera Ġenerali u allura komplejt bil-ħidma tiegħi fil-proċess tant importanti ta' tibdil u tiġdid tal-partit. Żvilupp ieħor fuq livell personali kien il-fatt li l-mara tiegħi ġiet eletta fil-Parlament u allura din ġabet sfidi ġodda għalina fuq livell familjari. Fuq kollox kienet sena ta' sfidi kbar għall-ġejjieni li rridu ndawruhom f 'opportunitajiet biex niksbu suċċessi ġodda fuq livell personali iżda fuq kollox fuq livell ta' Partit Nazzjonalista." Jean Pierre Debono Daniel Micallef, President tal-Partit Laburista "L-2013 kienet importanti ħafna għalija; fuq livell politiku bħala attivist filPartit Laburista, kienet sena storika b'riżultat elettorali li ħadd ma bassar. Wara ħames snin President talFŻL, wara l-elezzjoni ġenerali ġejt elett President tal-Partit Laburista, xenarju ġdid li qed nieħu gost naħdem fih flimkien mal-kollegi l-oħra fl-Amministazzjoni." Fuq livell professjonali kellu ħafna tibdil ukoll, fejn wara perjodu jaħdem bħala self employed, flimkien ma' żewġ periti oħra fforma kumpanija. "Kienet is-sena li fiha qtajt xewqa oħra, dik li nara lil Depeche Mode Live. Naħseb ħdejn snin oħrajn riċenti, għalija personali l-2013 tispikka b'mod pożittiv." Micallef qal li mhux persuna li jgħix fir-rimors, u dak li għandu jagħmel, jagħmlu. "Ilħajja qasira wisq. Inħares lejn l-2014 b'ottimiżmu. Nawgura s-sena t-tajba lill-qarrejja kollha." Daniel Micallef Neil Falzon, Fondazzjoni Aditus Mill-aspett ta' drittijiet umani, ċertament li l-2013 se tibqa' mfakkra bħala sena mimlija avvenimenti. "Magħha ġabet arja friska għad-drittijiet tal-komunità Maltija LGBTI. L-abbozz ta' liġi tal-Unjoni Ċivili, meta jgħaddi, se jpoġġi lil Malta fost il-pajjiżi ewlenin li tissalvagwardja l-prinċipji fundamentali dwar l-ugwaljanza u kontra d-diskriminazzjoni, billi toffri lill-koppji l-protezzjoni u d-drittijiet li r-relazzjoni tagħhom hi intolata." "Barra minn hekk, ilkonklużjoni tal-każ Joanne Cassar, nispera li twassal għal iktar miżuri legali li jiżguraw ir-rispett mistħoqq lejn id-dinjità tal-persuni transesswali, li ħafna drabi huma f 'riskju ta' esklużjoni." Falzon qal li ironikament, l-ugwaljanza u l-pożizzjoni kontra d-diskriminazzjoni ġew fix-xejn fil-mod kif l-immigranti irregolari u r-refuġjati ġew trattati fl-2013. Neil Falzon "L-attentat li ma rnexxiex f 'Lulju li għadda, li jintbagħtu lura l-Libja, rġiel, nisa u tfal li kienu qed jaħarbu millgwerer u l-persekuzzjoni, kien sinjal ta' biża' li l-aġenda tal-gvern preżenti dwar l-immigrazzjoni irregolari hi bbażata fuq il-populiżmu u tattiċi li jbeżżgħu, minflok fuq id-drittijiet fundamentali talbniedem u l-istat tad-dritt." Falzon sostna li dan l-inċident, l-avvenimenti marbuta mas-Salamis u l-insistenza tal-gvern li jirrifjuta li saħansitra jitkellem mal-NGOs dwar il-politika Maltija ta' detenzjoni, li ddeskriviha bħala waħda "illegali", huma sinjali ċari li resqin żminijiet diffiċli ħafna għalina. Meta jħares lejn il-pożittiv u n-negattiv tas-sena 2013, Falzon jgħid li "finalment li d-drittijiet fundamentali tal-bniedem jiġu mħarsa, sew jekk inti Malti, Somalu, omosesswali, eterosesswali, mara, raġel, anzjan jew tfal, tibqa' f 'idejn l-awtoritajiet governattivi. Għaldaqstant, is-sena 2013 kienet ta' xprun sabiex ingawdu dak li hu tagħna bi dritt, jiġifieri d-drittijiet fundamentali talbniedem."

