Illum previous editions

illum 29 December 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/234243

Contents of this Issue

Navigation

Page 22 of 35

Il-Ħadd 29 ta' Diċembru 2013 | illum 23 Editorjal J ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SGN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Sit: www.illum.com.mt • Email: illum@mediatoday.com.mt Is-sena ta' Joseph Muscat oseph Muscat rebaħ l-elezzjonijiet ġenerali wara kampanja twila u qalila. Kien hemm risposta waħda mill-elettorat. Risposta ċara u preċiża ta' protesta kontra l-gvern Nazzjonalista. Wara 25 sena n-nies kienu xebgħu mill-PN u bagħtu risposta. Kienet is-sena ta' Muscat, politiku ta' 39 sena u politiku li ċertament jibqa' mfakkar li ġabar il-partit Laburista mill-medjokrità li kien jinsab fih u pożizzjonah fl-aħjar pożizzjoni elettorali tiegħu flistorja tiegħu. Muscat flimkien ma' Duminku Mintoff sar wieħed mill-iżgħar Prim Ministri fl-istorja ta' pajjiżna. Kienet risposta, waħda ċara u preċiża, mas-36,000 votant ivvutaw biex jagħtu lill-PL rebħa kbira. L-ikbar waħda għall-PL u l-ikbar telfa għall-PN. Telfa li xorta waħda ma dehritx li kienet biżżejjed biex tbiddel il-mod kif il-PN seta' jirrispondi għannuqqasijiet tiegħu. Minkejja l-kobor tar-rebħa u t-telfa, ma kienx hemm analiżi serja u indipendenti dwar it-tellief u r-rebbieħ u ċertament dan l-editorjal ma jistax jagħmel analiżi serja talaħħar elezzjoni. Iżda b'mod superfiċjali nistgħu naslu għal ċerti konklużjonijiet. Fosthom li l-Gvern Nazzjonalista kien perċeput bħala arroganti u wisq aktar korrott. Ovvjament li ministru ssiefer ma' żewġ negozjanti mhux ikkunsidrat bħala 'korruzzjoni.' Kif ukoll li kien hemm deċiżjonijiet ħżiena u implimentazzjoni ħażina ta' ħafna politiki. U li kien hemm favoritiżmu u nepotiżmu fuq kull saff fejn il-gvern kellu s-setgħa li jiddeċiedi. Il-partit Laburista rebaħ għax deher aktar frisk, aktar preparat u l-għaliex il-PN kien dejjaq ħafna nies. Iżda Joseph Muscat tela' b'bosta wegħdiet li ħafna minnhom ser ikunu diffiċli biex jimplimenta. Fosthom dik tal-meritokrazija. Minkejja kollox, jista' jkun li tant hemm stennija li Muscat ikun pur u dirett li mhux qed intuh ilbenefiċċju tad-dubju. Ċertament ħafna Laburisti u dawk li vvutaw għall-partit Laburista għall-ewwel darba huma inqas fil-burdata li jtuh ċans. Iridu li jkun hemm miżuri ċari li jbiddlu l-mod kif isiru l-affarijiet u dan ma jfissirx biss slogans jew inkella qbil mal-politiki ħżiena li kien wettaq il-Gvern Nazzjonalista. Huwa ż-żmien li Muscat jinsa li għandu oppożiżżjoni bla saħħa, jew inkella li għandu maġġoranza ta' disa' siġġijiet. Huwa ż-żmien li jiftakar li minbarra li jagħti spinta lill-ekonomija u kif ukoll ilkunfidenza fil-konsumatur, għandu jpoġġi fiċ-ċentru tal-mira politika tiegħu t-tkabbir tal-qafas soċjali, b'mod speċjali f'dawk l-aktar filbżonn u fil-periferija tas-soċjetà Maltija.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 29 December 2013