Illum previous editions

illum 29 December 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/234243

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 35

8 illum | Il-Ħadd 29 ta' Diċembru 2013 Kirja ta' €1.5 miljun wara li l-PN baqa' ma sabx bini pubbliku għall-Awtorità tal-Mediċini GĦAL tnax-il sena sħaħ, gvern wieħed wara ieħor Nazzjonalista m'għamel xejn biex tinstab propjetà pubblika minn fejn tkun tista' topera l-Awtorità talMediċini. Konsegwenza ta' dan, gvernijet Nazzjonalista ħallsu €1.5 miljun f 'kirjiet fuq propjetà privata waħda f 'Rue D'Argens fil-Gżira minn fejn kienet qed topera din l-Awtorità. Intefqu wkoll €100,000 oħra biex saru xi xogħlijiet fuq din il-propjetà. L-ewwel kuntratt għallużu ta' din il-propjetà kien iffirmat fl-2001 u baqa' jiġġedded mingħajr ma sar ebda sforz biex tinstab xi propjetà oħra alternattiva, la tal-gvern u lanqas fil-privat. Fil-bidu l-kirja kienet ta' €113,000 fis-sena iżda spiċċat telgħet għal €138,000 fissena. L-ewwel kuntratt għall-użu ta' din il-propjetà kien għal sitt snin. Meta kien wasal biex jiskadi, fl-2007 il-gvern intalab jagħti direzzjoni dwar jekk kienx se jiġi mfittex post ġdid għall-Awtorità talMediċini. Il-gvern iżda baqa' ma ta ebda tweġiba. Ħames xhur wara li skada dan l-ewwel kuntratt għallkirja tal-binja fil-Gżira, ilgvern qabel li kellu jiġġedded għal sena oħra. Fl-2009 pjan biex bini f 'Santa Venera jibda jintuża fost l-oħrajn minn din l-Awtorità, sfaxxa u għalhekk il-kuntratt għall-kirja tal- propjetà privata f 'Rue D'Argens kien imġedded għal ħames snin oħra. It-tiġdid ta' dan il-kuntratt kien iffirmat f 'Settembru 2010 iżda daħal b'seħħ minn sentejn qabel. Fir-rapport annwali tiegħu għall-2012, l-Awditur Ġenerali jappella biex ilkwistjoni tal-kiri tal-bini li minnu qed taħdem l-Awtorità dwar il-Mediċini tingħata prijorità u tittieħed azzjoni. L-Awditur jappella biex isir sforz biex tinstab propjretà pubblika biex l-Awtorità tiċċaqlaq fiha. Jekk ikun deċiż li l-Awtorità għandha tibqa' tikri l-propjetà minn fejn topera mingħand il-privat, l-Awditur jappella biex issir sejħa pubblika bil-għan li jsir magħruf xi propjetà hawn fis-suq li tista' sservi bħala uffiċini għal din l-istess Awtorità. L-Awditur jappella biex jinkisbu l-aħjar rati u kundizzjonijiet permezz ta' proċess li jkun ġust u trasparenti. Reporter jiddiskuti l-faqar f 'pajjiżna GĦADA jirritorna Saviour Balzan bil-programm Reporter fuq TVM. Din il-ġimgħa s-suġġett ser ikun il-faqar f 'pajjiżna. Il-mistiedna speċjali ser ikunu Fr. Vince Magri u r-riċerkatur fil-qasam soċjali Leonid McKay. L-Editur Maniġerjali ta' MediaToday Saviour Balzan, ser janalizza s-sitwazzjoni tal-faqar f 'pajjiżna. F'pajjiżna jeżisti l-faqar? X'tip ta' faqar insibu? Hemm distinzjoni fil-qagħda soċjali bejn dak li nsibu fin-nofsinhar u fittramuntana ta' Malta? X'jista' jagħmel min jinsab fir-riskju ta' faqar jew saħansitra f 'sitwazzjoni ta' faqar assolut? Il-faqar huwa tort talindividwu jew għax is-sistema falliet? Waqt il-programm ser jintwerew ukoll numru ta' vox pops imħejjija aktar qabel minn Jerome Caruana Cilia. Reporter bi preżentazzjoni minn Saviour Balzan u produzzjoni mill-istess Saviour Balzan u l-ġurnalist Jerome Caruana Cilia, ser jixxandar għada fis-18.55 fuq TVM u b'ripetizzjoni għada stess fl-22.15 fuq TVM2.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 29 December 2013