Illum previous editions

illum 12 January 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/240184

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 35

Il-Ħadd 12 ta' Jannar 2014 | illum 15 ar biss nistgħu mmorru" "Mhux se jkollok tmur għoxrin lokalità oħra sakemm tasal il-Belt" anke jekk jidher li dan se jonqos ukoll. Għall-ishma bilfors trid tħallas xi ħaġa, allura ħallasna €1 biss, li jikkuntrasta bil-qawwi mattalba ta' 30 miljun li kienet saret fil-bidu." Rotot ġodda fuq rotot antiki L-aktar fattur kruċjali li se jiddetermina l-għażla tal-operatur il-ġdid huma r-rotot, tant li r-rotot li jrid il-ministru se jkunu inklużi fis-sejħa għall-interess li se toħroġ fil-jiem li ġejjin. Il-Ministru qal li r-rotot il-ġodda se jkunu bbażati fuq dawk ta' qabel ma ġiet l-Arriva, jiġifieri bil-Belt Valletta tkun fiċ-ċentru tar-rotot. Ir-rotot inħadmu wara l-proċess ta' konsultazzjoni mal-pubbliku u malkunsilli lokali. "Ibbażajna dawn ir-rotot fuq dak li kien hemm qabel l-Arriva. Ħafna milli ntqal fil-konsultazzjoni u milli ried il-poplu huwa eżattament dak: kif kienu qabel. Però b'xi tibdil għax iċ-ċirkustanzi jinbidlu u biex jkopri aktar postijiet." Joe Mizzi ssokta jgħid li l-Belt bilfors se tkun aktar attiva milli kienet bl-Arriva. "Mhux se jkollok tmur għoxrin lokalità oħra sakemm tasal il-Belt: titla' minn hawn, tieqaf hemm, terġa' taqbad dik… Malta ma tistax taħdem hekk, f 'każi speċifiċi biss jistgħu jaħdmu hekk. Kif tista "Irrid servizz li jkun aċċessibli, effiċjenti iżda wkol affordabbli. Irrid 'nollijiet soċjali' għax mhux kulħadd jaffordja l-istess" tispjega anzjan li biex imur sal-Belt irid jieqaf Bormla, Raħal Ġdid, Ħal Qormi, imbagħad xi darba jasal ilBelt? Anke lili diffiċli tfehemieli!" Il-Ministru għat-Trasport iċċara li kif jgħaddi ż-żmien u s-servizz eventwalment jitjieb, jkun hemm lok għal aktar rotot imma ma jistax jidħol kollox f 'daqqa. "Waħda mir-raġuni li fallew ċertu affarijiet fil-passat kien li daħal kollox f 'daqqa. Dan mhux possibbli." Mistoqsi jekk ir-rotot il-ġodda hux se jkunu kollha effettivi millewwel ġurnata, hu qal li dan hu impossibbli peress li l-operatur il-ġdid se jkollu bżonn perjodu fejn jara kemm hemm bżonn aktar vetturi u eventwalment jordnahom. "Mirakli ma nistgħux nagħmlu. Imma fir-rotot għall-aħjar biss nistgħu mmorru. Ma nistgħux immorru agħar milli konna!" Hu ħabbar li r-rotot se jkunu ppubblikati u murija lin-nies. Qal li dawn ġew tranġati għall-aħjar wara l-konsultazzjoni mal-kunsilli u mal-pubbliku, iżda jistgħu jinbidlu b'mod biex ikunu aktar effiċjenti waqt id-diskussjonijiet maloperatur il-ġdid. "Irrid sussidju raġonevoli" Mizzi qal li jrid jara bidla kbira fis-sistema kollha. Għalkemm deċiżjoni dwar il-prezzijiet u l-biljetti tkun definita meta jintleħaq qbil mal-operatur il-ġdid, hu ta x'jifhem li jrid lura l-biljett 'one-trip' li jkopri vjaġġ wieħed. Dan kien tneħħa mill-Arriva biex minflok tixtri biljett li jkoprilek ġurnata sħiħa. "Irrid servizz li jkun aċċessibbli, effiċjenti iżda wkoll affordabbli. Irrid 'nollijiet soċjali' għax mhux kulħadd jaffordja l-istess," ikkonferma Mizzi. F'dan il-kuntest qal li ma jistax jifhem il-kritika tal-PN dwar is-sussidju, għax dan hu bżonjuż sakemm iħalli l-frott. "Il-kwistjoni mhux li tagħti sussidju, iżda kif se jissarraf. Qabel kien jingħata sussidju u kellek servizz ħażin. Jien irrid nagħti sussidju imma b'servizz effiċjenti. U meta jkollok l-effiċjenza, jkollok inqas tniġġis, inqas traffiku. In-nies jaslu fil-post tax-xogħol fil-ħin u jkollok servizz affidabbli. Dan kollu jagħmel is-sussidju raġonevoli u li jaqblilna." Il-Ministru sostna li l-ammont ta' sussidju jkun definit biss wara n-negozjati mal-operatur il-ġdid. Bejgħ tal-bendy buses L-assi li l-Gvern wiret mill-ftehim tal-Arriva jinkludi l-Park & Rides, l-IT, il-liċenzja tal-operatur u l-karozzi. Mizzi jgħidli li huma ma ridux li jirtu l-bendy buses u ma kinux lesti jħallsu għalihom. Madankollu, meta kien qed jerġa' jara l-ftehim irrealizza li l-bendy buses baqgħu fuq il-kotba ta' Transport Malta. Il-mistoqsija tiġi waħedha: x'se jagħmel bihom? "Vera sibna li baqgħu fuq il-kotba tagħna, iżda nassigurak li mhux se ssibhom fit-toroq. Se nbiegħhom, imma għal barra minn Malta. Fit-toroq tagħna mhux se jerġgħu jidħlu." Rigward l-inċidenti ta' nirien fuq bendy buses matul ix-xhur tas-sajf, il-Ministru qal li ma jistax jifhem il-kritika li qed jirċievi li għandu xi ħaġa x'jaħbi meta ma ppubblikax l-inkjesti u r-rapporti kollha. Jurini l-ewwel paġni tar-rapporti, fejn kien hemm miktub li dawn ma jistgħux jiġu ppubblikati mingħajr il-permess tal-Arriva minħabba sigurtà. Hu qal li partijiet mir-rapporti huma sensittivi għax saħansitra juru kif wieħed jista' jqabbad il-karozzi b'mod intenzjonat. Iżid jgħid li wara konsultazzjoni mal-esperti se jkun qed jippubblika partijiet li mhumiex sensittivi fejn jidħlu sigurtà. Roħs fil-prezzijiet tal-Park & Ride Il-gvern qed jara li jagħmel l-aħjar użu mill-assi tal-park & rides, u infatti mhux eskluż li dawn ma jgħaddux awtomatikament lilloperatur il-ġdid. Mizzi qal li fis-sentejn u nofs li għamlet l-Arriva, il-Park & Rides ftit li xejn intużaw. Qal li l-ħsieb hu li dawn jintużaw għal prezz ħafna orħos milli kien qabel. "Mhux qed naraw li jkollna qligħ kbir finanzjarju minn dan, imma l-iskop hu li jtaffi mill-problema tat-traffiku," ssokta jgħid Joe Mizzi. Ħabbar ukoll li peress li l-Park & Ride ta' Pembroke bilkemm sar użu minnu, intleħaq qbil mal-kunsill tal-lokalità biex parti mill-parkeġġ jintuża għall-iskejjel u ħaddiema tal-madwar. Serħan tal-moħħ għall-impjegati Mizzi serraħ ras il-ħaddiema talArriva dwar il-futur tagħhom, u kkundanna lil min prova jitfa' dell u inċertezza fuq il-futur tagħhom. Hu qal li jekk hemm bżonn ta' aktar karozzi biex ikopru r-rotot, dan ifisser li żgur mhux se jkun hemm tnaqqis ta' ħaddiema. Mistoqsi dwar jekk hux se jkollhom l-istess kundizzjonijiet, il- Ministru qal li hu ta kelma lill-unjin li tirrappreżenta l-maġġoranza tal-ħaddiema, li huma se jkunu fuq il-mejda tad-diskussjonijiet maloperatur il-ġdid. Konsulenzi: min b'miljun u min b'xejn Jekk il-konsulenzi għar-rotot li jmiss ġew b'xejn għax saru b'konsultazzjoni mal-pubbliku u l-kunsilli lokali, mhux l-istess jista' jingħad għal tliet snin ilu meta kienu ntefqu kważi miljun ewro. "Tliet snin ilu diġà kellna nies kapaċissimi fi Transport Malta li ġew imwarrba. Minflok, kienet issir konsulenza mal-barranin li kienu jispiċċaw isaqsu lil ħaddieħor. Min kien responsabbli ma kienx jaċċetta l-pariri tal-Maltin u kollox spiċċa f 'rebus sħiħ. Il-preparamenti kienu ilhom isiru minn qabel, iżda mhux man-nies li kellhom ikunu involuti." "M'għandix ħin noqgħod nibki fuq x'għamel ta' qabli" It-triq 'l quddiem Il-Ministru jżid jgħid li issa hu inutli twaħħal f 'ta' qablek u li xogħlu mhux biss li jwettaq riforma kif irid il-pubbliku, iżda wkoll li f 'dan il-proċess tranżitorju sakemm jinħatar operatur ġdid, it-trasport pubbliku jkompli bl-inqas skossi possibbli. "M'għandix ħin noqgħod nibki fuq x'għamel ta' qabli. Ir-responsabbiltà tiegħi hi li nħares lura biex nitgħallem, intejjeb, u ma nwettaqx l-istess żbalji. "Neħħejna l-bendy buses u kellna pjan, kien hemm xettiċiżmu għallwaqt il-bidu tas-sena skolastika u kellna pjan ukoll. In-nies qed jaraw li 'we mean business.' Bil-fatti urejna li minkejja bosta gambetti, it-trasport baqa' għaddej." Mistoqsi jekk għandhiex tintrefa' responsabbiltà tal-fjask tal-Arriva, Mizzi żamm kawt u qal li huwa l-poplu li jiddeċiedi x'għandu jagħmel. "Meta jiġi l-waqt il-poplu jkollu s-setgħa jiddeċiedi jikkastigahx jew le," temm jgħid Mizzi.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 12 January 2014