Illum previous editions

illum 12 January 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/240184

Contents of this Issue

Navigation

Page 32 of 35

SPORTSillum Il-Ħadd 12 ta' Jannar 2014 | illum 33 Is-settur tar-referees f'pajjiżna fl-aqwa tiegħu IS-SENA 2013 kienet waħda importanti għas-settur tarrefereeing lokali, fejn kellna żieda ta' ħatriet mill-FIFA u l-UEFA. Kevin Azzopardi, Marco Borg, Clayton Pisani u Alan Mario Sant ingħataw xejn anqas minn 17-il partita, ħames partiti aktar mis-sena preċedenti fejn l-ammont ta' partiti kien ta' 12. Esther Azzopardi kompliet tistabbilixxi ruħha bħala waħda mill-aqwa referees nisa fid-dinja u ġiet appuntata bħala waħda mill-uffiċjali fil-Finali tal-Kampjonat Ewropew tan-Nisa li sar fl-Iżvezja f 'Lulju, filwaqt li Mitchell Scerri kien magħżul bħala wieħed minn tmien assistenti referees fil-Finali talKampjonat Ewropew ta' taħt id-19-il sena ġewwa l-Litwanja fl-istess xahar. Fil-Futsal Franco Cachia żamm postu fl-Ewwel Kategorija tal-UEFA u kkonferma l-potenzjal tiegħu bħala wieħed mill-aħjar referees internazzjonali talFutsal fl-Ewropa bħalissa, filwaqt li fil-Beach Soccer inkitbet paġna ġdida fl-istorja tar-refereeing Malti wara li Jude Amin Utulu ġie appuntat għall-Euro Cup Winners Cup (ekwivalenti għaċ-Champions League) ġewwa l-Italja, f 'April. Minbarra l-ħatriet mibgħuta mill-FIFA u l-UEFA, idDipartiment tar-Refereeing stinka sabiex jagħti aktar opportunitajiet permezz ta' partiti internazzjonali ta' ħbiberija, fejn fosthom spikkaw il-logħbiet "full internationals" Italja kontra San Marino f 'Mejju u Polonja kontra Slovakkja f 'Novembru, it-tnejn ikkontrollati minn Marco Borg, u Ċipru kontra r-Repubblika Ċeka taħt il-21 sena rreffjata minn Clayton Pisani. Tkompla l-programm ta' skambji f 'kampjonati domestiċi ma' Wales, il-Latvja u r-Repubblika Irlandiża, filwaqt li kellna skambji ma' erba' pajjiżi ġodda – l-Olanda, Andorra, il-Fillandja u San Marino. F'Mejju Fyodor Zammit, Luke Portelli u Emanuel Grech temmew b'suċċess kors intensiv fiċ-Ċentru ta' Refereeing Excellence (CORE) ġewwa l-Kwartieri tal-UEFA f 'Nyon u ngħataw Diploma, filwaqt li f 'Marzu Alan Ir-referees u l-assistenti referees internazzjonali li ġew ippreżentati bil-FIFA badges għas-sena 2014 Mario Sant u Mitchell Scerri ntgħażlu sabiex jipparteċipaw fl-ewwel kors avvanzat fl-istess Ċentru tal-UEFA. Id-Direttur tar-Refereeing Adrian D. Casha kien wieħed mill-kowċis tal-CORE u ġie fdat mill-UEFA bil-progress ta' terni arbitrali mill-Moldova u r-Repubblika Irlandiża f 'Ottubru. Għat-tieni sena konsekuttiva u b'kollaborazzjoni malMFRA, f 'Awwissu sar 'training camp/seminar' barra minn Malta, din is-sena flUngerija, għar-referees fl-Elite Category u Category 1, fejn ġew mistiedna jattendu wkoll ir-'referee observers'. Dan tmexxa mill-FIFA Instructor Steve Bennett. Għar-referees tal-Futsal ġie organizzat seminar hawn Malta taħt l-awspiċi tal-FIFA f 'Settembru, fejn l-Instructor tal-FIFA kien il-Belġjan Perry Gautier, filwaqt li l-Irlandiż Alan Snoddy kien il-mistieden tal-Malta FA sabiex imexxi seminar għar-referees filKategoriji 2, 3 u 4 ġewwa l-Kulleġġ Savio qabel beda l-istaġun f 'Awwissu. Il-proġett tal-bini tadDipartiment tar-Refereeing biswit is-Centenary Stadium tlesta u dan iċ-Ċentru qed jilqa' għandu b'mod regolari għadd ta' seminars, korsijiet, laqgħat u attivitajiet oħrajn għar-referees fil-kategoriji differenti, inkluż dawk li jattendu l-Akkademja tarReferees nhar ta' Sibt filgħodu. Għall-ewwel darba sar Workshop għall-Assistenti Referees fi Frar bilparteċipazzjoni tal-Instructor Olandiż Adriaan Inia, filwaqt li Instructor Olandiż ieħor Ed Janssen mexxa l-kors għall-assistenti referees addizzjonali f 'Mejju. Iż-żewġ instructors intbagħtu Malta mill-FA Olandiża, bħala parti mill-ftehim milħuq bejn idDipartimenti tar-Refereeing taż-żewġ Assoċjazzjonijiet, li ta wkoll l-opportunità biex referees Maltin jikkontrollaw partiti f 'kampjonati internazzjonali taż-żgħażagħ fl-Olanda, bl-ewwel wieħed ikun f 'Den Haag fl-aħħar ta' Mejju / bidu ta' Ġunju. L-implimentazzjoni talassistenti referees addizzjonali kien pass ieħor 'il quddiem u Malta kienet it-tmien pajjiż fl-Ewropa li investiet fl-użu ta' żewġ pari għajnejn addizzjonali għar-referee f 'żewġ partiti mill-Kampjonat Premier kull ġimgħa wara li l-esperiment irnexxa f 'partiti mill-Kampjonati tal-Youths u wara s-Semi-Finali u l-Finali tal-FA Trophy f 'Mejju. F'Mejju wkoll ġiet ipprovduta libsa ġdida għar-referees u l-assistenti referees fuq il-Panel talFIFA u dawk fil-Kategorija Elite, sabiex tintuża għallimpenji internazzjonali u f 'okkażjonijiet speċjali hawn Malta. Tkompla t-taħriġ speċjalizzat għall-assistenti, filwaqt li t-taħriġ kollettiv darbtejn filġimgħa kompla jagħti spinta 'l quddiem il-preparazzjoni fiżika tal-uffiċjali f 'kull kategorija. Saret ukoll sessjoni għal dik li hija preparazzjoni mentali mill-ispeċjalista f 'dan il-qasam, Adele Muscat. Intemmu b'suċċess l-ewwel korsijiet ta' sentejn flAkkademja tar-Referees, kif ukoll fil-Programm Speċjalizzat 'Talent & Mentor', u bdew korsijiet oħrajn ġodda. Filwaqt li l-Akkademja qiegħda tgħin lid-Dipartiment tar-Referees f 'Malta biex ittaffi l-problema ta' nuqqas ta' uffiċjali, it-'Talent & Mentor Programme' qed jgħin lill-istess Dipartiment biex jiskopri t-talenti żgħażagħ li għada pitgħada jkunu flOgħla Kategoriji tar-refereeing f 'pajjiżna. Ta' min isemmi s-seminar li sar hawn Malta f 'Ġunju bil-parteċipazzjoni tat-talenti żgħażagħ Maltin u dawk mill-Irlanda ta' Fuq. Saru wkoll seminars għallosservaturi tar-referees, sabiex huma wkoll iżommu ruħhom aġġornati u jkunu jistgħu jagħtu pariri siewja lilluffiċjali skont l-aħħar tagħlim mgħoddi lilna mill-FIFA u l-UEFA. Kompla jsir investiment fix-xiri ta' tagħmir ġdid ta' komunikazzjoni għall-użu tal-uffiċjali waqt il-partiti talKampjonat Premier, filwaqt li fil-ġimgħat li ġejjin anki r-referees tal-Ewwel Diviżjoni se jingħataw dan it-tagħmir. Inxtraw ukoll 'polar watches' ġodda għar-referees kollha fil-Kampjonat Premier u għall-assistenti referees fuq ilPanel tal-FIFA. Fil-ġimgħat li ġejjin se jinxtraw aktar arloġġi għall-assistenti referees tal-Premier li mhumiex fuq illista tal-FIFA u għal dawk irreferees żgħażagħ li jifformaw parti mit-'Talent & Mentor Programme'. Mal-bidu ta' dan l-istaġun u b'kollaborazzjoni mal-MFRA, l-uffiċjali kollha ngħataw uniformijiet Adidas ġodda għal-logħob, ħwejjeg għattaħriġ u basktijiet, wara li l-FXDD ġentilment offrew li jestendu l-isponsorship tagħhom bi ftehim mad-ditta sportiva, TeamSport. Hugh Dallas, UEFA Refereeing Officer, żar Malta f 'Novembru sabiex jara x-xogħol li qiegħed isir fis-settur tar-refereeing u kellu kliem ta' tifħir għall-organizzazzjoni tadDipartiment tar-Refereeing, tant li fir-rapport tieghu kiteb li "the model currently in place can be used as a shining example for other National Associations within UEFA." Is-Sena 2014 hija sena li bla dubju ser toffri sfidi ġodda lissettur tar-referees f 'pajjiżna. F'kummenti li għadda lillmezzi tax-xandir ftit tal-jiem ilu, il-Kap tad-Dipartiment tar-Referees fi ħdan l-MFA, Adrian Casha saħaq li rridu nkunu proattivi fil-mod li bih inħarsu lejn il-futur tarrefereeing f 'pajjiżna u nagħrfu nieħdu l-aħjar deċiżjonijiet sabiex inkomplu nkattru l-ġid miksub s'issa f 'dan is-settur.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 12 January 2014