Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/240184
Il-Ħadd 12 ta' Jannar 2014 | illum 7 ħtieġ li jfittex l-għaqda motivazzjoni. Fuq kollox irid ikun ħieles minn kontroversji u ta' karattru sod u fabbli." Mifsud qal li ma jaħsibx li dawn il-merti jinstabu biss fil-qasam politiku. "Wisq anqas ma naqbel li l-Oppożizzjoni għandha tippretendi li l-President jintagħżel minn fost il-Partit Nazzjonalista." "Jekk tinstab persuna b'dawn l-attributi barra mill-qasam politiku għandha tkun ikkunsidrata wkoll," sostna Mifsud. Jean Claude Micallef – Preżentatur "L-għażla ta' President hija prerogattiva tal-Prim Ministru u tkun xejn ħlief arroganza min jipprova jiddetta hu minflok." Micallef qal li jkun ġest sabiħ jekk ma jkunx ġej minn kamp partiġġjan iżda l-essenzjali huwa li jkun bniedem li jaspira l-poplu, jgħaqqad nazzjon u jirrappreżenta lir-Repubblika bl-aktar mod dinjituż. "Sabiex dan iseħħ m'hemmx għalfejn tkun Laburist jew Nazzjonalist." Therese Comodini Cachia – Kandidata għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew "Dak li huwa verament rikjest huwa li tintgħażel persuna kapaċi sabiex isservi f 'dan l-uffiċċju. Dan ifisser li tkun persuna li hija kapaċi ġġorr fuq spallejha r-rappreżentanza tal-Maltin kollha u mhux biss f 'Malta iżda anke f 'relazzjonijiet esteri. Trid tkun persuna li taf il-politika b'tali mod li tmur oltre politika partiġġjana għall-politika ta' servizz lill-interess pubbliku. Trid tkun persuna li mhijiex vulnerabbli u jekk ir-rabta mal-politika partiġġjana tagħmilha vulnerabbli, allura dik il-persuna m'għandiex ilkwalitajiet meħtieġa." "Fuq kollox għandha tkun persuna kompetenti, dinamika, assertiva u b'viżjoni. Għalkemm il-President ta' Malta m'għandux xi poteri kbar, xorta nemmen li l-President m'għandux ikun persuna li jingħalaq fluffiċċju tiegħu. Anzi għandu jkun wieħed li jfittex dejjem l-opportunità sabiex isaħħaħ il-fiduċja f 'Malta u fil-Maltin. Il-President huwa l-ogħla ambaxxatur ta' Malta, malMaltin u mal-barranin," qalet Comodini Cachia. Nicole Vella de Fremeaux - Avukat "Il-President tar-Repubblika huwa l-personifikazzjoni tal-Istat Malti. L-irwol tiegħu huwa illi jippromwovi l-valuri li jiddefinixxu lil pajjiżna u jaġixxi kemm bi kliemu kif ukoll b'għemilu in konformità mal-valuri u aspirazzjonijiet tal-poplu Malti. Huwa obbligat li jħaddan u jgħożż dawn il-valuri hekk kif protetti filKostituzzjoni." Vella de Fremeaux qalet li l-għażla ta' din il-persuna m'għandiex għalfejn tkun ibbażata u limitata għal dawk in-nies li għandhom rabtiet diretti jew indiretti mal-partiti politiċi. "Anzi għal kuntrarju nħoss illi din l-għażla għandha tkun ibbażata esklussivament fuq il-validità ta' persuna irrispettivament jekk hijiex konessa ma' partit politiku jew le; forsi jkollha edukazzjoni terzjarja, esperjenza fil- kamp diplomatiku u/jew soċjali, iżda fuq kollox trid tiġi evalwata skont inter alia l-integrità tagħha, l-abilità li tikkomunika u tinnegozja b'mod diplomatiku, kif ukoll l-abilità li b'mod indipendenti tippreserva, tipproteġi u tiddefendi l-Kostituzzjoni ta' Malta." Vella de Fremeaux tinsab konvinta li pajjiżna mgħoni b'nies validi ħafna u li jkunu kapaċi jassumu dan l-irwol prestiġġjuż u jagħmlu unur lillpajjiżna filwaqt li taspira unità fil-poplu Malti u Għawdxi kollu. "Pajjiż wieħed magħqud taħt xbieha ta' persuna jew aħjar persunaġġ." Rosianne Cutajar – Sindku, Ħal Qormi L-għażla ta' President għandha tiġi skrutinizzata bl-akbar serjetà u responsabbiltà għaliex il-persuna magħżula trid tkun kapaċi li tirrappreżenta lil kull Malti u Għawdxi bl-aktar mod dinjituż. Persuni idonji għal din ilkariga hawn, kemm involuti filpolitika kif ukoll f 'oqsma oħrajn importanti. Personalment naħseb li l-argument mhuwiex jekk il-President għandux ikun mill-qasam politiku jew le iżda l-argument għandu jkun il-validità tal-persuna, il-kontribut tagħha fis-soċjetà Maltija u l-kwalitajiet li għandha x'toffri." Is-Sindku Cutajar qalet li l-President il-ġdid għandu jkollu bħala prijorità assoluta l-għaqda tan-nazzjon tagħna u jkompli jaħdem fuq il-ħidma sfieqa tal-President attwali f 'dan l-aspett. "Huwa biss meta kien magħqud li l-poplu Malti u Għawdxi ra kisbiet kbar u suċċessi." Wara bosta ħatriet ta' Presidenti mill-kamp Nazzjonalista ma nara xejn ħażin jekk ikun President mill-kamp Laburista jew ta' twemmin Laburista," temmet tgħid is-Sindku Laburista. KORS TA' CHILDCARE GEWWA GHAWDEX KORS TA' CHILDCARE F'LIVELL TA' MQF LEVEL 4 F'GHAWDEX Il-Ministeru ghal Ghawdex b'kollaborazzjoni mal-Korporazzjoni tax-Xoghol u t-Tahrig (ETC) ser ikunu qed joffru kors ta' tahrig f'livell ta' MQF Level 4 ta' Childcare gewwa Ghawdex. Persuni nterressati jistghu jigbru applikazzjoni u jinghataw aktar informazzjoni mill-ufficcju tal-ETC fi Triq Sir Arturo Mercieca, ir-Rabat Ghawdex. L-applikazzjonijiet jaghlqu nhar il-Gimgha 31 ta' Jannar f'12:00pm CET. SEJHA GHAL SERVIZZI TA' TAHRIG TA' CHILDCARE (GHAWDEX) Il-Ministeru ghal Ghawdex b'kollaborazzjoni mal-Korporazzjoni tax-Xoghol u t-Tahrig (ETC) qed jilqghu applikazzjonijiet minghand ghalliema li ghandhom kwalifiki relevanti ghalll-kors ta' Childcare. Kopja tad-dokument bl-informazzjoni jista' jitnizzel minn fuq il-websajt tal-ETC (www.etc.gov.mt). Ghal aktar informazzjoni tista' tintbghat email fuq training.etc@gov.mt. Applikazzjonijiet kompluti bid-dokumenti ne�essarji kollha, jistghu jintbaghtu permezz ta' email fuq training.etc@gov.mt, jew "by hand" f'dan l-indirizz: Korporazzjoni tax-Xoghol u t-Tahrig, Project Leader – Childcare course Sir Arturo Mercieca Street, Victoria, Gozo L-applikazzjonijiet ghandhom jaslu sal-Gimgha 31 ta' Jannar 2014 sa 12:00pm CET.

