Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/240184
Il-Ħadd 12 ta' Jannar 2014 | illum 9 Għawdex: Int djamant minn John Busuttil L-istudenti Għawdxin jinqasmu? JIDHER li f 'Għawdex nibtet firda bejn l-għaqdiet talistudenti Għawdxin. Nibtet eżatt fil-21 ta' Diċembru meta l-organizzazzjoni studenteska 'Pulse' uffiċjalment annunzjat li daħlu fiċ-ċentru Sir M.A. Refalo (6th Form ta' Għawdex). Il-president tal-Pulse Matthew Zerafa u l-ko-ordinatur għal Għawdex (li ġie stabbilit dakinhar) Joseph Masini qalu li huma l-ewwel għaqda studenteska li ġew aċċettati minn din l-istituzzjoni. Qalu wkoll li huma għal dawn l-aħħar snin dejjem semmgħu leħinhom f 'isem l-istudent Għawdxi. Sadattant dan id-diskors ġie milqugħ bi kritika kbira mill-Għaqda Studenti Għawdxin (GUG) fejn qalet li l-għaqda tagħhom ilha attiva f 'din l-iskola għal dawn l-aħħar 27 sena u li huma dejjem irrappreżentaw l-istudent Għawdxi mingħajr intenzjonijiet partiġġjani għax GUG kienet u tibqa' dejjem bħala organizzazzjoni barra mill-politika partiġġjana. Għax il-Pulse huma għaqda studenteska marbuta ma' partit politiku. l-Illum talab liż-żewġ naħat jagħtu l-veduti tagħhom dwar din 'il-qasma' fost l-istudenti Għawdxin . Fejn iż-żewġ naħat tawna l-perspettiva tagħhom f 'din il-kwistjoni. Matthew Zerafa Matthew Zerafa (President Pulse) Għalina, il-ftuħ ta' rappreżentanza uffiċjali f 'Għawdex tfisser biss kontinwità ma' snin sħaħ li tulhom l-għaqda Pulse kienet qed tinkludi l-bżonnijiet tal-istudenti Għawdxin fil-politika tagħha. Fil-fatt, f 'dawn l-aħħar snin biss, mhux biss permezz talmanifesti elettorali tagħha għallKSU, iżda wkoll permezz ta' policy documents li ħarġet l-għaqda Pulse semmgħet il-vuċi talistudenti Għawdxin speċjalment fir-rigward ta' issues bħall-bżonn ta' trasport pubbliku aħjar u l-ħtieġa ta' iżjed eżamijiet li jsiru f 'Għawdex. Fil-Bord tal-għaqda għall-Affarijiet Ekonomiċi, Pulse ħasset il-bżonn li jkun hemm membru Għawdxi, biex ikun jista' jwassal il-vuċi tal-istudenti sħabu b'mod konsistenti, kif sar permezz tal-pożizzjoni uffiċjali talgħaqda għad-Dokument ta' Qabel il-Baġit li kien jinkludi kapitlu sħiħ għall-bżonn ta' viżjoni koerenti għall-gżira Għawdxija. Issa, permezz tarrappreżentanza f 'Għawdex, Pulse timmira li tkompli ssaħħaħ il-vuċi tal-istudenti Għawdxin, b'viżjoni ta' inklużjoni bbażata fuq ilprinċipju li student Għawdxi għandu jgawdi mil-listess opportunitajiet ta' sħabu Maltin. Il-valuri li fuqhom hi bbażata l-Pulse jiddettaw li l- ebda student m'għandu jħossu maqtugħ mid-deċiżjonijiet li l-iżjed jaffetwawh. Għaldaqstant, filwaqt li nirrispettaw u nirrikonoxxu bis-sħiħ il-bżonnijiet differenti li għandhom bżonn studenti Għawdxin, il-viżjoni tagħna hi li nħeġġu iżjed studenti Għawdxin biex ikunu fiċċentru, u mhux iżjed fittarf tal-ħajja studenteska, li sfortunatament hi tant nieqsa mil-listituzzjonijiet edukattivi f 'din il-gżira. Pulse se timmira li tagħti lil-listudenti Għawdxin esperjenza ta' attiviżmu żgħażugħ, u tħeġġeġ liż-żgħażagħ biex jinvolvu ruħhom direttament u jsemmgħu leħinhom f 'fora mhux biss reġjonali, iżda wkoll dawk nazzjonali. L-għan tagħna ċertament mhux li ntellfu mittajjeb li diġà sar u li aħna nirrikonoxxuh bis-sħiħ. Għall-għanijiet li semmejna, se nkunu qed niftħu l-bibien tagħna għal koperazzjoni sħiħa ma' kull entità konċernata, kif diġà għamilna mal-istituzzjoni nnifisha u l-Kulleġġ t'Għawdex. Lgħadu tagħna hi l-apatija, kif għandha tkun ukoll għal kull għaqda studenteska. Nemmnu li f 'Għawdex, kif għamilna fl-istituzzjonijiet loħra li ninsabu rappreżentati fihom, nistgħu naħdmu flimkien biex intaffu din il-problema u niggarantixxu esperjenza edukattiva iżjed ħolistika għallistudenti. Ryan Mercieca (President GUG) Il-Grupp Universitarji Għawdxin magħruf bħala GUG, ilu jaħdem għal dawn l-aħħar 27 sena b'għan wieħed, dak li jirrappreżenta u jaħdem għall-istudenti Għawdxin mingħajr ebda skop politiku u partiġġjan. Għalkemm minħabba l-isem, wieħed jista' jaħseb li l-għan huwa bbażat fuq studenti li jattendu l-Università, dan mhux il-każ għax sa mit-twaqqif tal-għaqda, jiġifieri fis-snin tmenin, il-ħidma kienet tinkludi l-istudenti post-sekondarji ta' Għawdex, saħansitra anke jattendu l-laqgħat tal-eżekuttiv tal-GUG u f 'dawn l-aħħar snin anke permezz ta' sottokumitati Rysm Mercieca fl-istituzzjonijiet tal-MCAST u ITS. Dan hu bbażat fuq korrispondenza u materjal li jinsab fl-arkivji tal-għaqda u mhux xi xewqa jew immaġinazzjoni. Fl-aħħar ġimgħat, l-għaqda Pulse ħarget bi stqarrija li hi se tibda taħdem għallistudenti post-sekondarji f 'Għawdex u li hi l-ewwel għaqda li ser topera għal dawn l-istudenti. Dan mhux minnu għax, bħala GUG ilha taħdem ferm qabel u anke saħansitra l-membru fl-għaqda Pulse li qiegħed suppost jaħdem għal Għawdex kien fis-sotto kumitat tal-GUG, magħruf bħala Students Voice fiżżmien tiegħu fl-iskola Sir M.A. Refalo. Għalhekk ilGUG tistaqsi x'inhu l-iskop ta' din l-għaqda? Fl-istess stqarrija, intqal li l-Pulse ilha taħdem għall-istudent Għawdxi fl-Università fuq diversi kwistjonijiet, fejn bħala GUG dan qatt ma rajnieh ħlief xi interess ftit ġimgħat qabel l-elezzjoni għal KSU u anke saħansitra meta l-GUG ressqet proposti favur l-istudenti Għawdxin bħal dik tal-Gozitan Liaison Office, il-Pulse stqarret li dik hi proposta tagħhom, però l-importanti mhux min imma dak li hemm bżonn isir, isir kif inhu xieraq. GUG hi favur l-attiviżmu fost l-istudenti, fiddiversi istituzzjonijiet, però wieħed għandu jifhem ir-realtà ta' kull istituzzjoni u l-bżonnijiet ta' kull istituzzjoni. Għalhekk wieħed irid jagħraf irrealtà tal-iskola Sir M.A. Refalo mhux bħal dik talJunior College ta' Malta u l-introduzzjoni tal-għaqdiet politiċi bħal Pulse tista' aktar tagħmel ħsara milli ġid għall-istudenti. Fl-aħħar mill-aħħar, dawn l-għaqdiet, fuq l-istess bżonnijiet ser ikunu qegħdin jitkellmu għax il-bżonnijiet huma l-istess għall-istudenti Għawdxin. Wieħed issa jistenna li la l-għaqda Pulse għamlet dan il-pass, l-għaqda SDM ukoll tagħmel hekk. Jekk xi ħadd vera jixtieq jaħdem għall-istudenti Għawdxin, għandu jingħaqad ma' min diġà qiegħed jaħdem b'dak l-iskop mhux jifred biex jipprova jieħu xi mertu għal xi vantaġġ politiku. Bħala GUG diġà infurmati li studenti Għawdxin fil-Pulse diġà rtiraw ilpożizzjoni tagħhom għax ma kinux infurmati minn qabel bil-vera skop tal-għaqda u ma ngħatawx spazju biex jesprimu l-opinjoni tagħhom. Il-GUG tappella għal aktar għaqda fost l-Għawdxin stess, għax huma jridu jkunu li jitkellmu fuq il-bżonnijiet ta' Għawdex u l-Għawdxin. Għax il-problemi li għandu Għawdex huma problemi soċjali mhux politiċi u għalhekk dawn iridu jiġu diskussi 'l bogħod millpolitika partiġġjana.

