Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/244627
Il-Ħadd 19 ta' Jannar 2014 | illum 3 wara li ttieħed il-vot pajjiżna. Id-dħul ta' biljun ewro mill-programm se jfissru li dan il-Gvern ser ikun qiegħed jinvesti dawn il-flus f 'bosta oqsma fil-qafas soċjali u b'hekk ser ikun qiegħed jindirizza bosta problemi li ħalla warajh Gvern Nazzjonalista, kompla l-kandidat Laburista. "Wieħed għandu jinnota kif il-Grupp tas-Soċjalisti Ewropej ħadem sabiex jitneħħa isem Malta minn fuq il-mozzjoni, xi ħaġa li l-MEPs Nazzjonalisti m'għamlux," temm jgħid Grixti Il-lekċerer fl-Università ta' Malta, Carmen Sammut, qalet li trid tħares lejn implikazzjonijiet kemm politiċi u anke ekonomiċi. Hi qalet li l-PN b'suċċess biegħ l-inizjattiva bħala "bejgħ tal-passaporti." Kemm barra u anke lokalment l-iskema saret "bejgħ" mhux "investiment" u din ilperċezzjoni weħlet sewwa ma' ilsien in-nies. "Waqt li l-gvern fil-bidu nieda l-iskema fuq sieq waħda biex wara kellu joqgħod jirranġa fiha, l-PN irnexxielu jiddomina l-aġenda. Simon Busuttil irnexxielu jnessi xi ftit it-tisbita elettorali tal-2013 u l-kawżi tagħha, filwaqt li dawwar l-attenzjoni lil hinn mill-baġit Laburista li tressaq f 'Novembru li kien ħalla togħma tajba mal-elettorat. Id-doża ta' nazzjonaliżmu populista injettat enerġija f 'partit li kien maqsum u mifluġ." Sammut fissret kif Joseph Muscat aktarx li se jsib li fuq medda qasira Malta tieħu daqqa fil-Country Brand Index. Se jiltaqa' ma' Maltin li huma urtati għax iħossu li l-passaport tagħna ġie żvalutat u Ewropej inkazzati għal xi waħda minn bosta raġunijiet. "Iżda there is no such thing as bad publicity u minħabba l-kjass li nqala', l-gvern Laburista se jdaħħal elf miljun ewro malajr u aktarx mingħajr sforzi kbar. Ċertament li l-kampanja taloppożizzjoni għenet bis-sħiħ biex l-erbat irjieħ tad-dinja jsiru jafu bl-iskema. L-injezzjoni ta' dawn il-flus kollha jagħmluha faċli biex il-gvern iwettaq ilprogramm elettorali ambizzjuż tiegħu. B'injezzjoni bħal din, aktarx li Muscat jista' jserraħ rasu minn elezzjoni oħra, l-aktar jekk l-ekonomija globali tkompli tieħu r-ruħ." Mistqosija x'għandu jkun il-pass li jmiss, wara dak li ġara fil-Parlament Ewropew, Sammut qalet li rridu nadattaw il-politika tagħna għall-proċessi ta' globalizzazzjoni, u dawn għandhom ukoll dimensjoni umana. Xejn ma jista' jwaqqaf dawn l-iżviluppi. "Anke jekk inħarsu lejn is-soċjetà tagħna stess, għandna nintebħu li llum terz taż-żwiġijiet huma ma' barranin. Wasal il-waqt li nitgħallmu li l-migrazzjoni umana ma ġġibx magħha biss piżijiet iżda fiha wkoll benefiċċji bħal fil-każ ta' persuni b'ħiliet imprenditorjali li jiġu l-Ewropa minn barra." Il-lekċerer fl-Università ta' Malta qalet li meta ma nibqgħux f 'sitwazzjoni fejn għal kull għadma hawn mitt kelb, ikollna aktar ħin nindirizzaw ir-raġunijiet għaliex hawn min iħossu ċittadin tat-tieni klassi. Ikollna aktar ċans niftakru f 'dawk iċ-'ċittadini' inviżibbli għax m'għandhomx għaxja ta' lejla u li għalkemm jikkwalifikaw għal passaport Malti, m'għandhom opportunità jużawh qatt. Iżda l-kandidat tal-Partit Nazzjonalista għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew, Stefano Mallia, qal li hu kontra l-iskema kif inhi. Hu sostna li l-prinċipju ċentrali tagħha hu li barrani li għandu biżżejjed flus jista' jixtri ċ-ċittadinanza mingħajr ma jkollu ebda rabta ma' pajjiżna. Din l-iskema ġabet ħafna kritika mid-dinja kollha u dan żgur ma jagħmilx ġid lill-pajjiżna u wisq anqas lillekonomija. "Wara l-kritika, il-Gvern qiegħed jgħid li żied il-kontrolli biex kull applikazzjoni tiġi miflija aħjar. Fil-fatt kif se jitħaddmu dawn il-kontrolli? L-avviż legali ma jgħid xejn dwar dan. Li jinġieb investiment lejn pajjiżna huwa tajjeb imma dan mhuwiex ilmod ta' kif inġibuh." Il-Kandidat tal-PN għallelezzjoni tal-Parlament Ewropew tenna li l-mira ewlenija ta' din l-iskema huma l-flus. Iżda l-effett ekonomiku tagħhom jiddependi fuq kemm jidħlu u kif jiġu investiti. "Jien għandi ħafna riservi fuq l-idea tal-fond ċentrali u kif dan għandu jaħdem. Aktar kemm tbaxxi l-prezz u l-kundizzjonijiet, iżjed ikollok applikazzjonijiet u aktar taqa' r-reputazzjoni ta' Malta. Din l-iskema diġà qed tkidd irreputazzjoni internazzjonali ta' Malta u dan jista' jkollu effett negattiv fuq l-investiment. Jekk dan jilħaq proporzjonijiet konsiderovoli nistgħu nispiċċaw nitilfu aktar milli ndaħħlu." Li huwa żgur hu li Henley and Partners se jiggwadanjaw mill-iskema jiġri x'jiġri, sostna Mallia. "Għalfejn pajjiż bħal Greċja li qiegħed f 'sitwazzjoni daqstant ħażina m'għamilx xi ħaġa bħal din? Għalfejn il-vot tal-Parlament Ewropew kien daqshekk kontra din l-iskema?" F'kummenti mal-gazzetta ILLUM, Mallia qal li wara dak li ġara fil-Parlament Ewropew il-Gvern għandu jieqaf ftit u jaħseb. Għandu jkompli d-diskussjoniet malOppożizzjoni u l-imsieħba soċjali. Għad hemm żmien biex tkun varata skema tajba li ma twaqqax lill-pajjiż għaż-żufjett u ġġiegħel lil min japplika għaċċittadinanza jkollu rabta aktar soda ma' pajjiżna. "Immaġina ftit il-messaġġ pożittiv u b'saħħtu li kieku l-Prim Ministru u l-Kap talOppożizzjoni joħorġu stqarrija flimkien illi nstab kunsens fuq skema ġdida. Għandna bżonn nagħmlu profil dettaljat ta' x'tip ta' nies u investiment se nipprovaw niġbdu lejna u x'tip ta' xerrej se nirrifjutaw anki jekk ikollu ħafna flus." tista' ssarraf f'suċċess u ġid ekonomiku u soċjali għallGvern Laburista mmexxi millPrim Ministru Joseph Muscat." Cuschieri qal li suċċess bħal dan jostakola ċ-ċans ta' Simon Busuttil li xi darba jkun Prim Ministru, kif ukoll li l-PN xi darba fi żmien qarib ikun filgvern. L-MEP Soċjalista tkellem ukoll dwar x'għandu jkun il-pass li jmiss għall-Gvern Malti. Hu qal li ċ-ċittadinanza hija kompetenza tal-istess Stati Membri u mhux tal-Unjoni Ewropea. "Dan iddikjarawh ilKummissjoni kif ukoll il-Kunsill kif ukoll l-istess riżoluzzjoni li approvajna fil-Parlament Ewropew. Il-Gvern Malti se jibqa' miexi 'l quddiem b'din l-iskema biex tkun waħda ta' suċċess." Cuschieri tenna li jekk ikun hemm il-ħtieġa li jsir tibdil fil-liġi eżistenti, il-gvern lest li jagħmel dan, dejjem jekk dan ikun fl-interess ta' pajjiżna u li fl-istess ħin itejjeb l-iskema u jagħmilha aktar attraenti. Għall-kuntrarju, il-Kap tadDelegazzjoni Nazzjonalista fil-Parlament Ewropew, David Casa qal li wara dak li seħħ din il-ġimgħa fil-Parlament Ewropew, illum wieħed jista' faċilment jifhem kemm din l-iskema hija ta' żvantaġġ għal Malta u diġà qed tħalli riperkussjonijiet negattivi fuq id-dehra ta' pajjiżna mal-bqija tal-pajjiżi membri fl-Unjoni Ewropea. "Din il-ġimgħa tkellimt fil-Parlament Ewropew u spjegajt għalfejn kont qiegħed nivvota kontra din l-iskema li qed jintroduċi l-Gvern ta' Joseph Muscat. Din hija skema li timbarazza lill-poplu Malti u li tnaffar l-investiment lejn pajjiżna." Hu sostna li l-Gvern għandu jieqaf u jisma' u jagħti widen għal dak li qed jgħidlu l-poplu u r-rappreżentanti tal-poplu Ewropew fil-Parlament Ewropew. "Din hija skema li se tħalli impatt negattiv fuq l-ekonomija, l-investiment, ix-xogħol u l-identità ta' pajjiżna. Din l-iskema se tkun qed ittappan irreputazzjoni ta' pajjiżna, mhux biss mal-Ewropej iżda mal-bqija tal-pajjiżi l-oħra fid-dinja," temm jgħid Casa. a minkejja li ma qablux David Casa b'mod partikolari fil-qasam ekonomiku, tax-xogħol u dak soċjali." Hu enfasizza li skemi bħal dawn jitħaddmu f'pajjiżi oħra tal-Unjoni Ewropea. "Ma kontx sorpriż li l-PN immexxi minn Simon Busuttil jagħmel ħiltu kollha biex jostakola din l-iskema. Bla skruplu ntuża saħansitra l-Parlament Ewropew u dan bi ħsara għal Malta," qal Cuschieri. "Dan kollu sar għax Simon Busuttil jaf li skema bħal din Nar jaħkem parti mid-dħul ta' Kastilja ILBIERAĦ filgħodu għal ħabta tal-11.15am żviluppa nar fid-daħla ta' Kastilja minn Triq San Pawl. Jidher li n-nar kien ikkawżat b'short circuit. Ħadd ma' weġġa' f'dan l-inċident. Madankollu, peress li Kastilja hija propjetà talGvern se tkun qed tinfetaħ inkjesta maġisterjali dwar il-każ immexxija minn Consuelo Scerri Herrera. Fuq il-post kien hemm membri tal-Protezzjoni Ċivili u Pulizija, fosthom il-Kummissarju Peter Paul Zammit. Sewwieq ta' mutur fil-periklu tal-mewt RAĠEL ta' 39 sena jinsab filperiklu tal-mewt wara inċident li seħħ fi Triq Rodolfu, f'TasSliema. Fis-sigħat bikrin tas-Sibt filgħodu, il-Pulizija stazzjonati fl-Għassa ta' Tas-Sliema semgħu ħoss qawwi ta' ħabta u kif ħarġu raw lil vittma midrub. Il-vittma kien qed isuq mutur meta ħabat ma' karozza misjuqa minn ġuvni ta' 25 sena. Ir-raġel ġie ċċertifikat li jinsab fil-periklu tal-mewt. Il-Gvern se jibqa' għaddej bl-iskema taċċittadinanza IL-PRIM Ministru Joseph Muscat mhux se jċedi għall-pressjoni tal-Partit Nazzjonalista sabiex iwaqqaf l-iskema ta' bejgħ taċċittadinanza li ġiet ikkritikata bl-aħrax mill-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea. F'intervista fuq Radju Malta fil-programm 'Għandi xi Ngħid', ippreżentat minn Andrew Azzopardi, Muscat qal li minflok se jżid it-taxxi, l-Individual Investor Scheme se tħalli madwar biljun ewro mill-bejgħ taċ-ċittadinanza, 70% minnhom se jintużaw f'fond nazzjonali għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali. Busuttil jikkritika d-deċiżjoni żbaljata tal-PM ID-DEĊIŻJONI żbaljata talPrim Ministru Joseph Muscat dwar il-bejgħ taċ-ċittadinanza wasslet biex il-Kummissjoni Ewropea issa qed tikkunsidra passi legali kontra l-iskema. Jekk jinstabu nuqqasijiet fliskema, il-Gvern ikollu jirtira l-iskema. Il-bejgħ taċ-ċittadinanza kienet it-tema ewlenija li ġiet diskussa mill-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil waqt 'Għandi xi Ngħid'.