Illum previous editions

Illum 19 January 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/244627

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 35

SPORTSillum Ritratt: Ray Attard Il-Ħadd 19 ta' Jannar 2014 | illum 27 Joseph Caruana jirbaħ il-ballun minn fuq l-awtur ta' doppjetta għal Tarxien Rainbows, Jorge Santos Silva Tarxien Rainbows jirritornaw għarrebħ kontra Rabat Ajax Tarxien R .................0 Vittoriosa S..............3 MINN CRISTIAN ANTONY MUSCAT TARXIEN Rainbows irritornaw għar-rebħ wara serje ta' riżultati negattivi u għamlu dan bil-kbir meta għelbu lil Rabat Ajax bl-iskor kbir ta' 6-2. IrRainbows marru fil-vantaġġ wara 10 minuti logħob permezz ta' daqqa ta' ras tajba ta' William Barbosa. Karl Pulo rdoppja l-iskor għall-istess tim man-nofs siegħa logħob meta tefa' ġewwa mill-viċin wara li l-goalkeper Andrew Zammit kien laqa' parzjalment kross- shot ta' Luca Martinelli. Il-BOV Plejer tal-Logħba Jorge Santos Silva għamilhom 3-0 fis-36 minuta permezz ta' xutt fil-baxx minn tarf il-kaxxa li ma ta l-ebda ċans lill-goalkeeper żagħżugħ ta' Rabat Ajax. Il-Magpies naqqsu l-marġni tal-iskor fil-61 minuta grazzi għal daqqa ta' ras ta' Malcolm Licari wara li rċieva minn kross ta' Diego Carrillo Pendas. Jorge Santos Silva għamel l-iskor 4-1 favur ir-Rainbows fil-71 minuta permezz ta' xutt tajjeb li għeleb lil Zammit wara li l-istess plejer rċieva kross mix-xellug. Minuta biss wara Ryan Micallef irnexxielu jsib ix-xibka għal Rabat Ajax permezz ta' gowl intelliġenti b'xutt angulat mix-xellug li ma ta l-ebda ċans lil Nicky Vella. Fit-72 minuta r-Rainbows komplew ikabbru l-marġni tal-iskor meta Karl Pulo seraq il-ballun mingħand il-goalkeeper Andrew Zammit u tefa' l-ballun fix-xibka permezz ta' xutt angulat mix-xellug biex skorja l-ħames gowl għat-tim tiegħu fis-77 minuta. U l-istess plejer skorja hattrick fil-logħba tmien minuti mit-tmiem tal-loghba hekk kif dar ma' numru ta' plejers tal-Magpies qabel għeleb lil Andrew Zammit permezz ta' xutt angulat millemin. Tarxien R. Vella, Sadowski, Mamo, Potezica (Ciantar 63'), Calheira Sera, Barbosa, Menendez Hevia, Pulo, Mifsud, Bonnici (Martinelli 63'), Santos Silva JORGE SANTOS SILVA Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer talLogħba mill-ġurnalisti preżenti Twieled fit-23 t'April 1987 fil-Brażil Qabel ingħaqad ma' Tarxien Rainbows fil-bidu ta' dan l-istaġun, f'Malta lagħab ma' Vittoriosa Stars, Sliema Wanderers u Birkirkara Jilgħab fl-irwol ta' attakkant u huwa prodott tal-klabb Brażiljan, Gremio Vittoriosa S. Cini, Ousimane, Aguiar (Siraj Arab 79'), Martin (Mifsud 82'), Samir Arab, Guerrero, Mitogo Garcia (Arriagada Mela 74'), Vella Critien, Pereira, Spiteri, Camilleri Referee Alan Mario Sant

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum 19 January 2014